Skip to content

San Pietru Maħlul mill-Ktajjen u Meħlus mill-Ħabs

 

San Pietru Maħlul mill-Ktajjen u Meħlus mill-Ħabs.
kitba ta’ Joe Chetcuti
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2006.

 

stampa

caption

 

Fl-istorja tal-Martri ta’ l-ewwel sekli ta’ l-era Kristjana nsibu każi fejn dawn il-martri ma kienu jiddejqu xejn, anzi jifirħu, li jkunu mitfugħin f’ħabs u marbutin bil-ktajjen.  Insibu miktub fl-atti tal-Martri li bosta nsara kienu jmorru għall-martirju b’ċertu ferħ, anke jkantaw! Ċertament li l-ħeġġa għall-martirju li kellhom dawn l-insara ta’ l-ewwel żewġ sekli tal-knisja kienet dovuta wkoll għall-eżempju qawwi ta’ l-appostli fl-arrest u l-martirju tagħhom. Dan jgħodd ukoll, anzi b’mod speċjali, għall-eżempju ta’ qawwa li tal-appostli, San Pietru, l-ewwel papa tal-knisja ta’ Kristu. Niftakru dejjem li San Pietru miet imsallab bħall-Imgħallem tiegħu Ġesu, bid-differenza li, kif jingħad, ġie mislub rasu ‘l isfel. San Pietru sofra l-martirju ġewwa Ruma, imma kien beda jbati l-persekuzzjoni u l-arrest fil-Belt ta’ Ġerusalemm.

Naqraw fl-istorja tal-Lhud, li Erodi Agrippa, sultan tal-Lhud, wara li qatel lil San Ġakbu l-Kbir fis-sena 44, qatagħha li jdur ukoll għal San Pietru li dik il-ħabta kien Ġerusalemm. Dan biex jogħġob lil-Lhud li ma ħamlux li r-Reliġjon il-ġdida ta’ Kristu tmur ‘il quddiem. Erodi mhux biss arresta lil San Pietru, imma wkoll kellu f’moħħu li joqtlu fil-pubbliku wara l-festa ta’ l-Għid. Fl-Atti ta’ l-Appostli ktieb ta’ l-Iskrittura miktub minn San Luqa, insibu l-knisja kollha ta’ Ġerusalemm kienet bla taqta’ tagħmel talb ħerqan biex Pietru jiġi meħlus. U Alla semagħhom.

Erodi kien ħa l-prekawzjonijiet kollha possibbli biex San Pietru ma jkollu l-ebda ċans li jaħrab mill-ħabs. Dan għaliex Erodi kien sema’ li f’okkażjoni oħra qabel, San Pietru u sħabu kienu mirakolożament ġew meħlusin mill-ħabs permezz ta’ Anġlu. Mela lejlet li San Pietru kellu jiġi meħud għall-martirju hu b’kuxjenza l-aktar safja u mistrieħa kien rieqed kollu rassenjat mal-volontà ta’ Alla.  Erodi kien assenja sittax-il suldat biex jgħassu lil Pietru.  Dawn kienu mqassmin f’erba’ xiftijiet ta’ erba’ suldati f’kull xift. Is-suldati ta’ kull xift kellhom l-ordni, li tnejn dejjem ikunu ħdejn Pietru allavolja kien marbut b’żewġ ktajjen ma’ l-art.  It-tnejn l-oħra kienu jkunu għassa mal-bieb li kien miżmum magħluq u mbassat bl-istaneg.

Mela fl-għeqqel tal-lejl, meta Pietru kien rieqed bejn iż-żewġ għassiesa, iċ-ċella timtela b’dawl kbir. Jidher anġlu tal-Mulej li b’idu ċaqlaq lil Pietru billi messlu ġenbu. U Pietru qam min-nagħas tiegħu. Fil-pront iż-żewġ ktajjen li bihom Pietru kien marbut ma’ l-art, waqgħu maħlulin minn idejh. L-anġlu għamel sinjal lil Pietru biex jilbes il-libsa u s sandli u anke l-mantar għax kienu se joħorġu mill-ħabs. L-anġlu beda miexi ħdejn il-bieb ta’ barra, kanċell tal-ħadid, u Pietru miexi warajh.

L-anġlu u Pietru għaddew mill-ewwel għassa kif ukoll mit-tieni għassa bla ma ħadd minn dawn ma ntebaħ. II-kanċell tal-ħadid infetaħ waħdu billi waqgħu l-istaneg tal-ħadid.  L-anġlu mexxa lil Pietru matul triq waħda ta’ Ġerusalemm u f’daqqa waħda sparixxa ma deherx iżjed.  Wara ftit ħsieb, Pietru ddeċieda li jmur iħabbat fid-dar ta’ Marija (li kienet omm Ġwanni jew kif kienu jsejħulu n-nies, Marku). F’din id-dar kien hemm miġbura xi appostli u dixxipli fejn kienu jitolbu lil Alla għall-ħelsien ta’ Pietru.

Il-ktajjen li bihom kien marbut San Pietru, għadhom jeżistu. Waħda minnhom tinsab fil-knisja msejħa San Pietru ad Vincula. Il-festa biex tikkommemora din il-ġrajja ta’ l-għaġeb li San Pietru ġie meħlus mill-ktajjen tiġi ċċelebrata fis-16 ta’ Jannar, il-jum li fih ġiet iddedikata knisja fil-Lvant.  Fil-knisja tal-Punent il-festa ta’ San Pietru fil-ktajjen tiġi ċċelebrata fl-ewwel ta Awissu, għax f’dan il-jum ġiet iddedikata l-knisja famuża li hemm Ruma, knisja antika, knisja li ġibdet lejha devozzjoni kbira mhux biss min-nies ta’ Ruma imma mill-eluf ta’ pellegrini mid-dinja kollha li jżuru din il-knisja.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: