Skip to content

San Pietru fil-Ktajjen

 

San Pietru fil-Ktajjen
kitba ta’ Joseph Caruana.
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2002.

 

stampa

caption

 

Erodi Agrippa biex jintgħoġob ma’ l-għedewwa ta’ l-insara kkundanna lil San Ġwann għall-mewt u kellu l-ħsieb li jagħmel l-istess lil San Pietru – il-Kap tal-Knisja. Għalhekk qabad lil Pietru u tefgħu l-ħabs u għassu sewwa.

Filwaqt li Pietru kien arrestat il-ħabs l-insara kollha f’Ġerusalemm kienu qed jitoblu ‘1 Alla bil-ħerqa biex jeħilsu.  It-talb tagħhom instema’.  Fil-lejl ta’ qabel li kellu jiġi kkundannat, San Pietru kien rieqed il-ħabs f’nofs l-għassiesa u marbut tajjeb bil-ktajjen.  Hu ma kienx beżgħan li se jmut u kien qed jistenna li tiġi mwettqa r-rieda tal-Mulej.

F’daqqa waħda deherlu l-anġlu tal-Mulej u qajmu. L-anġlu qallu biex iqum minnufih, jilbes ħwejġu u l-qorq u jimxi warajh.

Fl-istess ħin il-ktajjen waqgħu minn idejh! Pietru u l-anġlu mxew ‘il barra u għaddew l-għassiesa sa ma waslu fil-bieb ta’ barra. Il-bieb ta’ barra li kien tal-ħadid infetaħ waħdu u l-anġlu wassal lil Pietru sat-triq u ma deherx aktar. Sa dak il-ħin Pietru kien għadu qed jaħseb li kien qed joħlom pero’ imbagħad irrealizza li l-Mulej veru bagħat l-Anġlu tiegħu biex jeħilsu mill-mewt.  Hu mtela’ b’ferħ u gratitudni kbira.

Pietru rħielha lejn id-dar ta’ Marija omm San Mark fejn kulħadd kien qed jitlob ‘l Alla biex jeħles lil Pietru. Hu ħabbat il-bieb u x-xbejba Rhoda marret tistaqsi min kien. Malli semgħet leħen Pietru hi marret tiġri tgħid lill-oħrajn bil-bxara t-tajba.

Huma ma setgħux jemmnu din l-aħbar u qalu li bilfors kien xi anġlu. Sadanittant Pietru reġa’ ħabbat il-bieb. Imbagħad fetħulu u ħallewh jidħol ġewwa u tgħidx kemm ferħu x’ħin raw li veru kien Pietru. San Pietru rrakkonta kif l-anġlu tal-Mulej kien ħelsu u lkoll flimkien irringrazzjaw lill-Mulej.

Skond il-kalendarju tal-Knisja din il-festa tiġi ċċelebrata universalment fl-1 ta’ Awissu u aħna l-Birżebbuġin għandna għax inkunu kburin li din il-festa hi l-festa titulari tagħna u j’alla permezz ta’ din il-ġrajja nkomplu nersqu aktar lejn xulxin u lejn is-sagramenti, b’mod speċjali f’dawn il-jiem ta’ festi f ġieħ San Pietru.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: