Skip to content

San Pietru Appostlu: Profil tal-Karattru

 

San Pietru Appostlu: Profil tal-Karattru
kitba ta’ Joe Chetcuti.
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2002.

 

stampa

caption

 

San Pietru kien mill-Galilija u l-isem proprju tiegħu kien Xmun. Missieru kien jismu Ġona (Mat. 16: 17) Ġona huwa isem ieħor flok Ġwanni (Ġw. 1: 42) Nafu żgur li Xmun kellu ħuh u t-tnejn, flimkien ma’ missierhom, kienu sajjieda bħal ma kienu l-biċċa l-kbira ta’ l-irġiel li kienu jgħammru max-xtajtiet tal-Baħar tal-Galilija. Għall-ewwel, il-familja ta’ Pietru kienet toqgħod f’Betsajda imma minħabba nuqqas ta’ negozju fil-bejgħ tal-ħut, il-familja ddeċidiet li tmur toqgħod fil-belt aktar kbira ta’ Kafarnaw. F’din il-belt kienu jgħixu bosta sinjuri, u allura n-negozju tal-ħut kien aħjar.

Nafu li Xmun-Pietru kien miżżewweġ għax darba, meta omm il-mara tieghu kienet marida ħafna bid-deni, Ġesu mar id-dar ta’ Pietru u fejjaqha (Mat:8.14; Mark 1:30; Luqa 4: 38).  Fl-ewwel ittra ta’ San Pawl lil Korintin insibu ħjiel li wara li Ġesu tela’ s-Sema u Pietru beda l-vjaġġi tiegħu missjunarji, huwa ħa miegħu lill-mara tiegħu li kienet tgħinu fil-missjoni Appostolika tiegħu.

Imma xi ngħidu għall-karattru ta’ Xmun-Pietru?  Xmun Pietru kien bniedem xi ftit rozz, mhux biss fi kliemu imma anke f’għemilu. Imma dan in-nuqqas ta’ raffinatezza etika kien ibbilanċjat, anzi ssuperat bil-kbir, mill-qalb kbira, rieda tajba u sinċerità l-aktar kbira li kellu. Bilfors li dawn il-virtujiet ta’ Pietru kienu jidhru sbieħ u kbar fl-għajnejn ta’ Ġesu u li minħabba fihom Ġesu ħatar lil Pietru biex ikun il-mexxej tal-Knisja tieghu. Dan il-karattru ta’ Pietru kien jaqbel perfettament man-natural tal-biċċa l-kbira tan-nies tal-Galilija.  II-Galilej kienu nies twajba, qalbhom f’idejhom, lesti biex jisimgħu u jieħdu parir u fuq kollox, sinċieri. Is-sinċerità ta’ Pietru narawha fir-reazzjoni tiegħu meta saret il-qabda enormi tal-ħut. L-Evanġelista Luqa jgħidilna: “Meta ra dak li ġara, Xmun-Pietru nxteħet f’riġlejn Ġesu u qallu: “tbiegħed minni, għax jien raġel midneb, Mulej”, għax qabditu dehxa, lilu u lil dawk kollha li kienu miegħu, għal dik il-qabda ħut li qabdu. (Luqa5: 8-10).

Waħda mill-kwalitajiet kbar u sbieħ li Ġesu ra fis-sajjied ta’ Kafarnaum kienet dik il-kapaċità, dak il-potenzjal, li jkun leader, mexxej. Mr. Lawrence Clarke, awtur li kiteb fuq San Pietru jinnota li l-Evanġelisti kollha meta jsemmu l-għażla tat-tnax-il appostlu, dejjem ipoġġu lil Pietru quddiem nett. Jinnota wkoll, li Ġesu meta kien ikellem lill-appostli flimkien, kien ġeneralment jindirizza l-kelmiet tiegħu lil Pietru. L-istess Pietru, imbagħad, kien jirrispondi f’isem sħabu. Dan juri li mill-bidu nett, Pietru kien meqjus minn Ġesu u minn sħabu bħala d-dixxiplu ewlieni – bħala l-Mexxej.

Għidna li San Pietru kien qalbu f’idu, u altruwist.  Meta huwa u Ġakbu u Ġwanni kienu fuq it-Tabor waqt dik il-viżjoni tal-glorja, Pietru qal: “Mulej, kemm hu sewwa li qegħdin hawn! Ħalli nagħmlu tliet għerejjex, wieħed għalik, ieħor għal Mose u ieħor għal Elija.” (Mark. 9: 6) Żgur li Pietru ma ħasibx fih innifsu. Ma talabx li jibni għarix għalih stess.

It-tendenza li kellu Pietru li jkun impulsiv, mhux dejjem qdietu għall-vantaġġ tiegħu.  Insemmi l-episodju meta fettillu jmur ħdejn Ġesu billi jimxi fuq il-wiċċ ta’ l-ilma tal-baħar.

Beda bit-tajjeb imma wara ftit marlu l-kuraġġ u beda jegħreq. L-istess Pietru wera ruħu impulsiv meta.  Biex mingħalih jiddefendi lil Ġesu, ħareġ is-sejf u qata’ l-widna tas-seftur tal-qassis il-kbir. F’dan il-każ Pietru kellu ċanfira mingħand Ġesu stess.

Ma għandix spazju biex inkompli nelabora dwar il-karattru ta’ Xmun-Pietru; ngħid biss, li bil-miġja ta’ l-Ispirtu s-Santu fuqu nhar l-Għid il-Ħamsin. l-aspetti negattivi tal-karattru tiegħu ġew issuperati u sar kolonna ewlenija tal-Knisja ta’ Kristu.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: