Skip to content

San Pietru Appostlu

 

San Pietru Appostlu
kitba ta’ Ritienne Borġ
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2006.

 

stampa

caption

 

San Pietru – isem oriġinali Xmun – kien wieħed mit-tnax-il dixxiplu/appostlu ta’ Kristu.  Sajjied mill-Galilea, u flimkien ma’ ħuh Indri, kien imsejjaħ minn Kristu biex ikun wieħed mid-dixxipli tiegħu.  Fost id-dixxipli kollha, Pietru kien magħżul minn Sidna Ġesu Kristu bħala kap tal-Knisja fuq din l-art wara l-mewt tiegħu.

“U jien ngħidlek li int Pietru u fuq din il-blata nibni l-Knisja tiegħi, u bwieb l-infern ma jagħlbuhiex.”

“Mela wara li kielu, qal Ġesu lil Xmun Pietru: “Xmun, bin Ġwanni, tħobbni aktar minn dawn?”  Qallu: iva Mulej; int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” Reġa’ qallu t-tieni darba: “Xmun, bin Ġwanni, tħobbni?” U qallu: “Iva, Mulej: int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ.” (Ġwanni 21:15-16)

  • San Pietru huwa meqjus bħala l-ewwel papa u l-ewwel isqof ta’ Ruma.

  • Id-disgħa u għoxrin ta’ Ġunju, 69 A.D., hija d-data li ħafna jaħsbu li fiha miet San Pietru, iżda m’hemm l-ebda ċertezza minn dan. Fil-fatt xi studjużi oħra jemmnu li San Pietru miet fit-tlettax ta’ Ottubru 64 A.D. Huwa tradizzjonalment magħruf li kien ingħata s-sentenza tal-mewt fuq is-salib mill-awtorità Rumana. Fuq talba tiegħu, Xmun Pietru ġie msallab rasu ‘l isfel u jinsab midfun taħt il-Bażilika ta’ San Pietru ġewwa l-Vatikan.

  • F’ħafna mit-tpinġijiet, naraw li San Pietru jżomm iċ-ċwievet tal-ġenna. Dan hu simbolu li juri li huwa kien il-kap tal-Knisja.

“U lilek nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet;” (Mattew 16:19)

  • Ħafna mill-affarijiet li nafu fuq il-ħajja ta’ San Pietru jiddependu fuq it-Testment il-Ġdid, qabel ma sar dixxiplu ta’ Kristu, Xmun kien sajjied. Huwa twieled f’Betsajda, iben Ġona.

Kien Filippu min Betsajda, mill-belt ta’ Indri u Pietru. (Ġwanni 1:44)

U qallu Ġesu: “Imbierek int, Xmun, Bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm għarrfek, imma missieri li hu fis-smewwiet.” (Mattew 16:17)

  • Mill-Evanġelji naraw ukoll  kif omm il-mara ta’ San Pietru ġiet imfejqa minn Ġesu fid-dar tagħhom ġewwa Kafarnahum.

Imbagħad Ġesu daħal għand Pietru u ra omm martu mixħuta bid-deni. Messilha idha u d-deni telaqha; u hi qamet u bdiet taqdih. (Mattew 8:14-15)

Minnufih, malli ħareġ mis-sinagoga ġie għand Xmun u Indri flimkien ma’ Ġakbu u Ġwanni. Mela omm il-mara ta’ Xmun kienet mixħuta bid-deni. U malajr qalulu biha. Hu resaq lejha, qabdilha idha u qajjimha; id-deni telaqha, u bdiet iddur bihom.  (Mark 1:29-31)

Telaq mis-Sinagoga u daħal f’dar Xmun. Omm il-mara ta’ Xmun kienet mixħuta b’deni qawwi, u talbuh għaliha. (Luqa 4:38)

  • B’hekk nafu wkoll li San Pietru kien miżżewweġ iżda isem il-mara tiegħu mhux magħruf.
  • Jidher li San Pietru, flimkien ma’ Ġakbu u Ġwanni, kien wieħed mill-iktar dixxipli qrib ta’ Ġesu, preżenti f’ħafna mumenti importanti, bħal fit-transfigurazzjoni.

Il-Bażilika ta’ San Pietru, ġewwa l-Vatikan, hi mibnija proprju fil-post fejn kien imsallab San Pietru, u taħt l-artal prinċipali, hemm artal iddedikat lilu. Tħaffir riċenti kixfu oqbra aktar fil-fond taħt dan l-artal, li fosthom instabu fdalijiet ta’ ġisem, li għandu saqajh neqsin. Xi arkeologi jaħsbu li dawn huma l-fdalijiet ta’ San Pietru.  Dan għaliex jemmnu li wara l-mewt tiegħu fuq is-salib rasu ‘1 isfel, San Pietru nqatgħulu saqajh biex ikun jista’ jitniżżel. L-arkeologi jgħidu li l-età tal-mejjet hija dik ta’ bejn sittin u sebgħin sena, li fil-fatt hija viċin ħafna dwar l-età li jaħsbu li kellu San Pietru meta miet. Huma jgħidu wkoll li nstab miktub bil-lingwa Griega fejn kien hemm l-għadam PETROS ENI li tfisser ‘Hawn jinsab Pietru’.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: