Skip to content

L-Alfabett ta’ San Pietru Appostlu

 

L-Alfabett ta’ San Pietru Appostlu
kitba ta’ Mario Sant.
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2002.

 

stampa

caption

 

Awwissu

Niċċelebraw il-festa tagħna dan ix-xahar, nhar l-ewwel Ħadd ta’ Awwissu.

 

Blata

Ġesu tah l-isem ta’ Pietru li jfisser blata.

 

Ċenturjun

Kornelju ċ-ċenturjun kien l-ewwel pagan li Pietru għammed.

 

Dgħajsa

“Imma Ġesu baqa’ jgħallem kullimkien, anke fejn ix-xatt ta’ l-Għadira ta’ Tiberija fejn tant inġabru nies li kellu jitla’ fuq id-dgħajsa ta’ Pietru.” (Lq.5:l-3)

 

Erodi Agrippa I

Is-Sultan Erodi Agrippa I beda jaħraq lill-insara biex jogħġob lil-Lhud. Qafel lil Pietru fil-ħabs mgħasses sewwa biex l-għada joqtlu. (Atti 12: l-23)

 

Frar

Nhar it-22 ta’ Frar niċċelebraw il-festa tal-Katedra ta’ San Pietru.

 

Ġaffa

F’Ġaffa, mara tajba jisimha Tabitha kienet tagħmel ħafna karità. Issa mardet u mietet.  Sejħu lil Pietru. Ġie, talab, berikha u qajjimha. Ġaffa kollha saret taf b’dan u bosta emmnu fil-Mulej. Pietru dam xi jiem hemmhekk. (Atti 9:36-43)

 

Galilija

Il-post fejn għex u ħadem Pietru.

 

Għadira

Wara li mbagħad Ġesu bagħat lin-nies, mar waħdu jitlob. L-appostli kienu qegħdin jaqsmu l-Għadira bil-lejl. Raw bħal raġel miexi lejhom fuq il-baħar.  Twerwru. Ġesu għamlilhom il-qalb: “Tibżgħux; jien hu!”  Pietru ried ikun ċert li dak kien l-Imgħallem: “Mulej, jekk hu int, ħa niġi ħdejk fuq l-ilma.” “Ejja,” tbissimlu Ġesu.  Pietru emmen u niżel mid-dgħajsa. Imma ħass ir-riħ u ra l-baħar taħtu. Beża’ u beda nieżel. “Salvani, Mulej għax se negħreq!” Ġesu qabdu u bil-ħlewwa qallu: “Bniedem ta’ fidi żgħira għaliex ma bqajtx sod fil-fidi; għaliex iddubitajt?” L-appostli ntebħu li Dak kien tassew l-Iben ta’ Alla. (MT. 14:22-23)

 

Ħasil tas-Saqajn

Fl-aħħar ikla l-appostli kollha ħallew ‘il Ġesu jaħsilhom saqajhom. Imma Pietru le.  Mistagħġeb, qal lil Ġesu: “Int, Mulej, taħsilli saqajja?” Ġesu wieġbu: “Pietru, ħalli f’idejja. Int issa ma tifhimx kollox. B’dan qiegħed nurikom kif bil-verità tridu tħobbu lil xulxin.” (Ġw. 13:l-20)

 

Heda

Pietru ma kienx jaf x’inhi heda. Mill-ewwel darba li sejjaħlu Ġesu, Pietru daħal b’ruħu u ġismu għal dan ix-xoghol u baqa’ jaħdem bla heda.

 

Indri

Kien ħuh Indri li ġera lejn Pietru u qallu li kienu ltaqgħu mal-Messija. Pietru mar miegħu u wara t-tnejn li huma saru appostli.

 

Jum il-Pentekoste

Ħamsin jum wara r-Reżurezzjoni, Pietru flimkien ma’ l-appostli u Marija, omm l-Imgħallem, kienu miġbura flimkien. Kif kien wegħedhom Ġesu waqt li kienu jitolbu, imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu. Dehru fuqhom ilsna qishom tan-nar u ħoss ta’ riħ qawwi mela d-dar.

 

Konċilju

L-ewwel Konċilju tal-knisja sar f’Ġerusalemm.  Il-Konċilju ltaqa’ biex jagħti tagħlim ċar lill-pagani li emmnu u saru nsara.   Il-Konċilju mmexxi minn Pietru ddeċieda biex lill-pagani ma’ jfixkluhomx bl-użanzi tal-Lhud. (Atti 5)

 

Le

“Le, mara, minix”… “Le, minix wieħed mid-dixxipli tiegħu.” …”Ma nafx x’inti tgħid.”

 

Mnarja

Festa kbira li l-Patrun tagħna jaqsam ma’ missierna San Pawl.

 

Nagħaġ

Ġesu qal lil Pietru “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.”

 

Omm il-Mara

Miraklu kbir Pietru rah jitwettaq fid-dar tiegħu stess. Omm il-mara tiegħu kienet mixħuta fis-sodda b’deni qawwi. Ġesu daħal, qabadha minn idha u qalilha: “Tibżax. Tkun imfejqa.” Id-deni ħallieha u bdiet isservihom. Il-fidi ta’ Pietru fl-Imgħallem aktar bdiet tissaħħaħ. (Mk. 1:23-31)

 

Prinċep ta’ I-Appostli

Kif ħafna jsejħu lill-Patrun tagħna.

 

Qabar

Kien Pietru l-ewwel li daħal fil-qabar wara li l-Imgħallem kien qam mill-imwiet.

 

Rasu ‘1 Isfel

F’Ruma, l-Imperatur Neruni għall-ħabta tas-sena 64W.K. qajjem persekuzzjoni qalila kontra l-insara.  Pietru nqabad u ntbagħat għall-mewt tas-salib. Ma riedx jissallab bħall-Imgħallem. Għalhekk sallbuh rasu ’1 isfel.  Demmu xerrdu għall-Mulej li tant ħabb.

 

Sajjied

Ix-xogħol li bih kien jaqla’ x’jiekol San Pietru.

 

Trasfigurazzjoni

Ġesu ħa lil Pietru, Ġakbu u Ġwanni fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. F’dan il-ferħ tat-Trasfigurazzjoni, l-appostli semgħu leħen il-Missier: “Dan hu Ibni l-Maħbub; isimgħu lilu.” (Mt. 17:l-8)

 

Ubbidjenza

Ġesu qal lil Pietru biex jaqdef  ‘il barra u jixħet ix-xbiek għas-sajd. Pietru qallu; “Bil-lejl hu l-aħjar ħin għall-ħut, u aħna għamilna lejl sħiħ nitħabtu u lanqas qbadna ħuta waħda.  Imma la qiegħed tgħidilna int, Mgħallem, ħa nobdi.” U varaw ix-xbiek fil-baħar.

 

Vatikan

Fejn indifen Pietru. Bosta pellegrini mid-dinja kollha jmorru biex jitolbu fuq qabar dan l-appostlu li wera fidi tant kbira f’Ġesu.

 

Widint Malku

Filwaqt daħlu għal Ġesu Ġuda u ġemgħa nies miegħu b’torċi, fanali u armi. Ġesu mar fuqhom u qalilhom: “Lil min qegħdin tfittxu?” “Jien hu Ġesu ta’ Nażaret.” Imwerwra mill-qawwa ta’ Alla, ilkoll waqgħu ma’ l-art. Pietru għamel il-qalb; silet is-sejf u qata’ barra widint il-leminija ta’ Malku, il-qaddej tal-qassis il-kbir. (Ġw. 18:l-11)

 

Xmun

L-isem li kellu l-Patrun tagħna qabel ma’ l-Imgħallem sejjaħlu Pietru.

 

Żewġ Ittri

Fil-parti ta’ l-Iskrittura Mqaddsa tal-Ġdid Testment insibu żewġ ittri miktubin minn San Pietru.

 

Zopp

Hekk kien ir-raġel li ltaqa’ ma’ Pietru u Ġwanni meta dawn kienu deħlin fit-Tempju ta’ Ġerusalem mill-bieb li jgħidulu s-Sabiħ. Dan ir-raġel talabhom karità.  “Deheb u fidda m’għandix,” qallu Pietru. “imma dak li għadni se nagħtihulek; fl-isem ta’ Ġesu Kristu ta’ Nażaret.  Imxi!” Ir-raġel fieq, qabeż bil-ferħ u radd ħajr 1 Alla.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: