Skip to content

Ħolma f’Dinja Moderna

 

‘Ħolma f’Dinja Moderna’
M. Micallef Cutajar
Ippubblikat fuq ‘Leħen il-Banda’, Għaqda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957, Festa 1999.

 
Crucifiction of Saint Peter, Abbey of Fontevraud, France
 
Waqt li din is-sena fil-Parroċċa tagħna qegħdin infakkru l-Erbgħin sena mill-Miġja ta’ l-Istatwa Titulari u l-Ħamsa u Għoxrin sena minn mindu ġiet indurata (ara d-data tal-artiklu), meta ħarist lejn l-istatwa ta’ San Pietru, mohħi mar f’viżjoni lura ħafna fis-snin, f’ħolma li xtaqt naqsam magħkom dwar il-martirju ta’ San Pietru.
 
Is-siegħa ta’ l-Appostlu waslet.  Folla kbira nġabret quddiem il-ħabs.  Fl-aħħar il-bibien infetħu u Pietru deher imdawwar mis-suldati. Ix-xemx kienet fl-aqwa tagħha u l-ġurnata kienet mill-isbaħ.
 
Minħabba ż-żmien li kellu, Pietru ma kienx imġiegħel iġorr is-salib, għax żgur ma kienx jifilħu.  Miexi bil-mod, fejn dawk li nġabru setgħu jarawh.  Filwaqt li ras l-Appostlu, b’dak ix-xahar abjad, dehret qalb l-elmijiet tas-suldati, il-folla bdiet tolfoq, iżda malajr waqfet, għax dak il-wiċċ anzjan kien tant solenni u ferħan li huma fehmu li hu ma kienx ser ikun il-vittma ta’ dawk li bagħtuh għall-mewt, iżda r-rebbieħ tal-kuruna għall-glorja ta’ dejjem.
 
U hekk kien.  Fil-fatt is-sajjied li s-soltu kien jimxi milwi u kollu umiltà, issa deher itwal mis-suldati l-oħra, u l-imġiba ta’ Pietru qatt ma dehret hekk solenni.  Minn kull parti tat-triq kont tismagħhom jgħidu, “Ekku Pietru li sejjer għand il-Mulej.”
 
Dawk li kienu għaddejjin, waqfu mgħaġġba bid-dehra ta’ dak ix-xwejjaħ, u l-insara bdew jinstemgħu jgħidu “Ara kif imut min ta xhieda tal-verità.  Hu li kien jaf lil Kristu u ppriedka l-imħabba lid-dinja!”  Waqt li kien qed jisma’ dan, wiċċ Pietru xeghel bil-ferħ.  Hu ħass li xogħlu f din id-dinja kien għamlu u l-verità mgħallma minnu tat il-frott u li xejn ma jista’ jżomm din il-verità li tinxtered.
 
Pietru għolla għajnejh lejn is-sema, u qal b’qalbu kollha: “Mulej! Mulej, Int ordnajtli biex nirbaħ din il-belt li ddominat id-dinja, u jien irbaħtha għalik.  U issa li hi tiegħek, Mulej, jiena ġej għandek għaliex l-għajja fuqi hi kbira tassew.”  Fl-aħħar l-isfilata waqfet ħdejn il-għolja tal-Vatikan.  Uħud mis-suldati bdew iħaffru u oħrajn poġġew fl-art flimkien ma’ l-imrietel u l-imsiemer.
 
Il-miġemgħa siekta u kalma, qagħdu għarkuptejhom.  Ħadd ma seta’ jifhem li f’nofshom kien hemm dak li rebaħ dik il-belt tal-Imperu Ruman.  L-Imperaturi għad jispiċċaw u s-sekli jgħaddu, imma dak ix-xwejjaħ għad jirrenja u r-renju tiegħu jibqa’ għal dejjem.
 
Is-suldati resqu viċin ta’ l-Appostlu biex ineżżawh, iżda hu kien miġbur fit-talb.  Malli meddew idejhom fuqu, Pietru għolla idu l-leminija b’tant solenità biex iberikhom, li kulħadd baqa’ skantat.
 
Hemm, minn fuq l-għolja tal-Vatikan, fil-ħin suprem tal-martirju, Pietru bil-pawsa bierek, bis-sinjal tas-salib, dik il-belt u lid-dinja. “URBI et ORBI.”
 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: