Skip to content

Għaliex għażel lil Pietru?

 
Għaliex għażel lil Pietru?
Kitba ta’ Jimmy Bonnici.
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 1993.

 

stampa
caption

 

Bonġu Ġann, hemm x’qed tipprova tikteb?” ħasadni Feliċ hekk kif kont mitluf fi ħsibijieti.  “Irrid nikteb erba’ kelmiet dwar San Pietru u qed naħseb kif l-aħjar li nibda.”  “Jekk hemm karattru fil-Vanġelu li jagħmilli kuraġġ biex ngħix ta’ veru nisrani, dan huwa bla dubju l-figura ta’ Pietru. U taf għaliex? Għax għalkemm kien bniedem dgħajjef u midneb, Ġesu Kristu xorta LILU għażel bħala Kap tal-Knisja.”

Din ir-riflessjoni ta’ Feliċ tant għoġbitni li ddeċidejt li nużaha bħala introduzzjoni.

Iżda x’kien hemm speċjali f’Pietru li jnissel daqshekk kuraġġ f’Feliċ u f’ħafna nies oħra? Ejjew nistudjaw aħjar in-natural tiegħu. Pietru kien mill-Galilija u bla dubju ħa bosta min-natural tal-post. Il-Galilin kienu nies bla ksuħat u arja. Kienu ta’ żaqqhom f’fommhom, bla ħażen u qatt ma juru wiċċ b’ieħor. Kellhom ħabta jgħawġu l-kliem tant li kienu jdaħħqu n-nies bihom. Dwar ir-reliġjon, ma tantx kienu fanatiċi peress li magħhom kien hemm jgħixu ħafna pagani.

Pietru kien bħal ħutu l-Galilin. Kien twajjeb, qalbu f’idu, ta’ żaqqu f’fommu, goff fi kliemu u f’għemilu. Skola qatt ma mar iżda għalkemm ma kienx għaref kien bniedem għaqli. Kien bniedem nervuż u jindaħal f’kollox.

Madankollu f’dan il-bniedem bħalna, Ġesu ra kwalitajiet biżżejjed biex jaħtru mexxej tal-bnedmin ħutu. F’Pietru kien jara raġel li jaf iħobb b’qalb kbira u b’rieda tajba. Għalkemm bħalna kien jidneb, malli kien jara s-sewwa dlonk kien iħalli dak li hu ħażin u jimxi warajh.

Pietru kien sajjied u bħas-sajjieda sħabu żgur li kien bniedem ta’ ftit kliem u ta’ ħidma kbira.  Xogħolu ġiegħlu jkun bniedem qalbieni, bieżel u ta’ paċenzja kbira; bniedem li ma jaqtax qalbu malajr u jaf x’jiġifieri tbati. U dawn il-kwalitajiet sbieħ f’Pietru, Ġesu nqeda bihom biex jibni l-Knisja tiegħu.

Wara l-laqgħa li Pietru kellu ma’ Ġesu fuq ix-xtut ta’ Betsajda, ħajtu nbidlet mill-lejl għan-nhar u sar bniedem ġdid. Intelaq f’idejn Ġesu u wriena x’tista’ tagħmel il-qawwa tal-grazzja fi bniedem illitterat u dgħajjef bħalna.

Jista’ jkun li inti li qed taqra ġieli staqsejt dil-mistoqsija f’qalbek: “Imma kif jista’ jkun Kristu jħobb jew jara xi ħaġa tajba fija daqs kemm għandi vizzji u noffendih?” Nistħajjel lil Pietru jħares lejk u jgħidlek: 

“Le, ħabib, Kristu mhux bħall-bnedmin li jaraw il-qoxra ta’ barra. Hu jaf li inti fil-fond ta’ qalbek bniedem twajjeb.  Permezz tiegħek Kristu jista’ jagħmel ħafna ġid. X’qed tistenna biex bħali taċċettaħ f’ħajtek. J’Alla l-istorja tiegħi timlik bil-kuraġġ.

Saħħa, Pietru”

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: