Skip to content

L-Arti Sagra u l-Knisja Kattolika

Introduzzjoni mill-Webmaster

Ta’ spiss tiltaqa’ ma’ nies li għaliex huma ġenwini jew x’aktar huma ġenwini ż-żejjed jaħsbu li l-knisja għandha ħafna lussu żejjed li m’għandhiex bżonnu.  Jgħidu pereżempju li l-knisja jmissha tbiegħ kollox u tagħtih kollu lill-fqar, bħallikieku huma stess lesti li jagħmlu l-istess bl-affarijiet tagħhom li għamdhom fid-dar.  Jgħidu li l-festi huma sparpaljar ta’ flus meta kapaċi huma stess jonfqu flejjes kbar fil-passatempi tagħhom b’detriment għall-familji tagħhom.  Hawn min jinsinwa wkoll li l-affarijiet tal-knisja bħal statwi u pitturi u ornamenti sagri huma ħżiena u jmorru kontra Alla.  Gravi ħafna hija l-insinwazzjoni ta’ min jgħid li l-istatwi tagħna huma ħżiena u jmorru kontra t-tagħlim t’Alla u din l-insinwazzjoni jibbażawha fuq l-ewwel kmandament u kwotazzjonijiet oħra bl-addoċċ mill-Bibbja.

L-Arti Sagra: fl-Iskrittura Mqaddsa, Fit-Tradizzjoni u fil-Ħajja tal-Knisja
Kitba ta’ Dennis Mifsud S.Th.Dip., B.A (Hons) Th., CKK.
(Ippubblikat fuq ‘Luminaria’ Edizzjoni 109, Gunju 2012 – Nadur)

Fost  il-ħafna  opri  tal-arti  sagra  li  jsebbħu  l-Kolleġġjata Bażilika tan-Nadur, insibu l-istatwa imponenti u majestuża tal-Appostli San Pietru u San Pawl.  Id-disinn oriġinali ta` din  l-istatwa saru mill-maħbub u qatt minsi Arċipriet Dun Ġwann Camilleri u saret mid-ditta Galard et Fils ta` Marsilja f’Franza.  Nafu li nħadmet f żmien relattivament qasir tant li f-1882 kienet tinsab fn-Nadur.  Ir-raġuni wara dan l-artiklu mhijiex  l-istorja  ta` din  l-istatwa  (fuq dan  inkiteb ħafna u għad jinkiteb fl-futur), imma nixtieq nesponi ftit it-Teoloġija tal-Arti Sagra u l-importanza li din għandha ft-trasmissjoni tal-fdi u f-għarfen tal-ħwejjeġ tas-sema permezz ta` xbihat u immaġini qaddisa.

Fl-Antik Testment

Alla kien minn dejjem ta` dejjem, bla bidu u bla tmiem.  Huwa spirtu  pur, ma  hemm  fh  l-ebda materja  u mhux marbut biż-żmien u bl-ispazju.   Kien hemm mument meta Alla ta bidu għall-istorja.  Jalludi għal dan il-fatt, il-Ktieb tal-Ġenesi; l-ewwel ktieb tal-Iskrittura Mqaddsa.  Ir-rakkont tal-Ħolqien hekk  kif  insibuh  fl-Ġenesi m`għandniex  inqisuh  bħala deskrizzjoni ta` dak li ġara tassew, imma naraw fh tweġiba teoloġika għall-misteri li ħabblu moħħ il-bniedem mal-medda tas-sekli, ċioe`; Min huwa l-bniedem? Min ħalqu? Għaliex qiegħed hawn? U fejn imur wara mewtu?

It-tweġiba hija li Alla kollu tajjeb u qaddis, ta bidu għall-storja tad-dinja u tal-bniedem.  Biss lill-bniedem, Alla ħalqu fuq ix-xbieha u s-sura tiegħu u għalhekk huwa ħlejqa speċjalissima f`għajnejn Alla.  Il-bniedem mela, ft-totalita` tiegħu, ġisem materjali u ruħ spiritwali, mogħni bil-fidi u bir-raġuni, huwa xbieha ta` Alla l-Ħaj.  Il-bniedem, ġisem u ruħ, jirrapreżenta lil Alla.  Mela, sa mill-bidu tal-ħolqien, Alla għamel immaġini tiegħU nnifsu, u dan huwa l-bniedem.  Il-bniedem huwa wkoll Capax Dei;  jiġiferi, fh hemm  il-kapaċita`  li  jagħraf, iħobb u jaqdi lil Alla.

Il-Preistorja  u  l-Istorja  juruna  kemm  dan  huwa minnu!  F`kull post u f`kull żmien, il-bniedem dejjem ħass il-bżonn tal-Omnipotenti.   Quddiem  ċerta  realtajiet  tal-ħajja,  il-bniedem  dejjem ħassu  inkapaċi  u  limitat. Ħass  li  hemm Esseri sopranaturali li huwa ’l fuq mill-umanita`.  Għalkemm fl-Preistorja,  il-bnedmin ma  kellhomx  il-fdi  f`Alla wieħed (hekk kif rivelat f-Antik Testment), pero` xorta jibqa` l-fatt li l-bniedem preistoriku għaraf li hemm esseri sopranaturali, omnipotenti u li kull ħaġa tajba jafha lilu.

Alla jsejjaħ lill-bniedem

L-istorja tibda bis-sejħa ta` Alla lil missierna Abram, rakkont li nsibuh fl-Ktieb tal-Ġenesi.  F`Abram aħna nilmħu il-bniedem “Capax Dei” illi jagħmel att ta` “ubbidjenza tal-fdi” u jitlaq fejn jitlob minnu Alla.  Kienet din l-“ubbidjenza tal-fdi” li tat bidu għall-Istorja tas-Salvazzjoni tagħna.  Alla jibdillu ismu f`Abraham li jfsser “Missier ta` ħafna ġnus”.  Skont David M. Rohl (Etimoloġista Ingliż),  l-isem Abraham  jista  jkun  li jfsser ukoll “il-missier iħobb”.  Mela f`Abraham aħna mhux biss nilmħu l-persuna li tagħraf u tħobb lil Alla, imma wkoll il-persuna  li  tagħmel patt ma’ Alla u  li sussegwentament taqdiH.

Il-Bniedem jimmina l-kapaċita` li jagħraf u jħobb lil Alla

Għalkemm il-bniedem huwa Capax Dei, pero` għax mogħni bil-virtujiet tal-liberta` u tar-raġuni, huwa għażel li jitwarrab minn Alla għax għamel dak li huwa projbit mill-Liġi Divina u Naturali.  Irridu  nfakkru,  li  f`kull  bniedem  hemm  Liġi  li tirregola l-azzjonijiet u x-xewqat tiegħu.  Din il-Liġi tapplika għall-bnedmin kollha ta` kull żmien u post, irrelevanti l-kulur tal-ġilda, il-kultura u saħansitra r-reliġjon.  Din hija l-istess Liġi li Alla l-Imbierek ta lil Mose fuq il-muntanja Sinaj.

Id-Duttur tal-Knisja Santu Wistin ta` Ippona (354-430), jgħid li Alla naqqax il-Kmandamenti tiegħU fuq it-twavel ta` Mose` biex ifakkar lill-bniedem f-istess Kmandamenti li huma diġa mnaqqxin f`qalbu.  Mela, biex il-bniedem jagħraf x`irid Alla minnu, l-ewwelnett irid u  jista’ jaqra l-Liġi ta`Alla f`qalbu!  Ir-Rivelazzjoni Divina (ċioe` dak li Alla qal u trasmetta lill-bniedem hekk kif insibuh f-Iskrittura Mqaddsa), ikompli jgħin u jirfna din il-Liġi ġa eżistenti fl-bniedem.

Bosta  rakkonti  bibliċi  f-Antik Testment  juruna  li  l-Poplu l-Magħżul (il-Lhud), kemm-il darba twarrbu minn dak li Alla ried minnhom.  Pero` Alla, li jaf minn xhiex hija magħmula n-natura umana, minn  żmien  għal  żmien  kien  jibgħat  il-Profeti  qaddisin  tiegħU mhux  biss  biex iħabbru  l-ġejjieni imma biex iwasslu l-messaġġi u l-premonizzjonijiet ta` Alla.  Il-Profeti jgħajtu,  iwissu,  iċanfru,  jeżortaw u  jħeġġu għall-indiema.  Bħalma missier jikkastiga lil ibnu meta dan jiżbalja, hekk ukoll Alla l-Imbierek ġieli kkastiga lill-Poplu tiegħu biex ifakkru  fl-Patt  illi  kienu għamlu.   Kien Alla  li wiegħdhom ħelsien  u  protezzjoni,  l-unika  kundizzjoni  illi għamlilhom kienet it-tħaris tal-Kmandamenti.

L-Ordni ta` Alla dwar ix-xbihat

Fid-Dekalogu, l-Ispirtu  s-Santu jgħid; “ La tagħmel ebda naqxa u ebda xbieha ta` li hemm fs-sema ’l fuq, u ta` li hemm fl-art minn  taħt, jew ta` li hemm fl-ilma ta`taħt l-art.  La tmilx quddiemhom, u la tqimhomx, għax jien il-Mulej Alla tiegħek, Alla għajjur, li nħallas dnub il-missirijiet f-ulied sat-tielet u sar-raba` nisel ta` dawk li jobogħduni” (Eż.20: 4-6).  F`dan il-pass bibliku, Alla jordna biex ma ssir ebda xbieha tad-Divin u lanqas tal-uman u li ma għandha ssir ebda adorazzjoni quddiem dawn ix-xbihat.  L-adorazzjoni tixraq lil Alla biss!

Meta l-Lhud għamlu għoġol tad-deheb u niżlu jadurawh, Alla tenna lil Mose` dawn il-kelmiet; “Twarrbu malajr mit-triq, li jien ordnajtilhom; għamlu għoġol bit-tidwib, u tawh qima u offrewlu sagrifċċji u qalu; “Dan hu alla tiegħek, ja Israel, li tellgħek mill-art tal-Eġittu”(Eż.32:8-9)/  Mose`; “imbgħad qabad l-għoġol, li kienu għamlu, u ħarqu fn-nar; u saħqu sakemm sar trab; ferrxu fuq l-ilma u sqieh lil ulied Israel” (Eż. 32: 20-21).

Fis-Salm  115  naqraw;  “L-allat  tagħhom  fdda  u  deheb, għamil idejn il-bniedem.  Għandhom il-fomm u ma jitkellmux, għandhom  l-għajnejn u ma  jarawx, għandhom  il-widnejn u ma jisimgħux.   Għandhom  l-imnieħer  u ma  jxommux, għandhom  l-idejn  u ma  jmissux  u  r-riġlejn  u ma  jimxux, ebda  ħoss ma  joħroġ minn  fommhom.   Bħalhom  ikunu dawk li jagħmluhom” (Salm 115: 4-8).  Għandna r-rakkonti tal-Profeta Danjel  li ma  jobdix  l-ordni biex  jadura  l-idoli u tat-tliet żgħażagħ mixħutin fl-forn (ara  l-Ktieb  ta` Danjel).  Mela,  dan  kollu jurina  li  fs-sistema  reliġjuża  u  liturġika Lhudija, l-użu tax-xbihat, immaġini u statwi kienet totalment projbita.   Dan kien preċett Divin u kien  jinżamm bl-ikbar skrupolożita`.  Irridu niftakru dejjem li l-Lhud kienu mdawrin minn ħafna razez u tribujiet li kienu jaduraw bosta divinitajiet foloz u  jagħmlu xbihat  tagħhom.    Il-fidi Lhudija kienet fidi f`Alla wieħed, spirtu pur u traxxendenti!  Il-Lhud ma kinux jitħalltu ma’ popli oħrajn, preċiżament għax dawn tal-aħħar kienu meqjusin impuri u idolatri.

Il-mistoqsija tiġi waħedha!  Għaliex l-insara mela jagħmlu xbihat  ta` Kristu,  tal-Verġni Marija u tal-Qaddisin?   Dawn mhumiex jobdu l-ordni ta` Alla kif tinsab f-Antik Testment?  Irridu nżommu  dejjem  f`moħħna  li  fż-żmien  li  fh  inkiteb l-Antik Testment, tant razez u popli li qatt ma kienu semgħu b`Alla ta` Abraham, Alla ta` Iżakk u Alla ta` Ġakobb; kienu jonqxu xbihat u  immaġini  ta` kif huma kienu  jimmaġinaw id-Divin.  Dawn it-talin ma kellhomx l-għarfen u l-fdi f`Alla wieħed, dak Alla li rrivela lilu nnifsu lil-Lhud.  Kienu politejisti, jiġiferi jaduraw bosta allat.  Anke f pajjiżna, in-nies preistoriċi kienu  jaduraw  ħafna  allat,  x`aktarx  ix-xemx,  il-qamar  u l-forzi  naturali  u  tal-fertilita`.   Difatti  nstabu  bosta  sejbiet arkejoloġiċi li jikkonfermaw dan il-fatt.

Mela, anke dawn in-nies (il-politejisti) kellhom il-kapaċita` li  jagħrfu d-Divin, għalkemm dawn ma kellhomx  ix-xorti  li jagħrfuh b`mod perfett u assolut.   Frattant biex  jifhmu u jħossu qrib tagħhom lill-allat li kienu jaduraw, huma kienu jagħmlu xbihat u statwi ta` kif huma kienu jimmaġinaw lill-allat tagħhom.  Eventwalment kienu wkoll jadurawhom!

Alla, f-Antik Testment ifakkar lil-Lhud li Huwa ma jistax jiġi rapreżentat b`xogħol  idejn  il-niedem, dan għaliex Huwa esseri  spiritwali.   Dak  li huwa  spiritwali ma  tistax  tmissu b`idejk u arah b`għajnejk.  Fih ma hemm l-ebda materja.  Huwa  lil  hinn miż-żmien  u  l-ispazju.   Mela  l-Lhud ma setgħux joħolqu kunċett fżiku ta` Alla u jnaqqxuh fl-ġebla jew ipittruh fuq it-tila.  Dan il-kunċett baqa` jinżamm dejjem f-ideja Ġudajka.  Sal-lum, is-sinagogi Lhud huma deprivati minn kull  forma  ta’ xbihat  u  immaġini.  Tradizzjoni  simili nsibuha f-Iżlam.

Alla jinqeda b`simboli sagri

Fil-Ktieb  tal-Eżodu,  aħna  nsibu  li Mose`  stess  sejjaħ; “Lin-nies kollha  ta` ħila biex  iżejnu kif  jixraq, permezz  ta` żewġ  kerubini,  l-Arka  tal-Patt.”(Eż.37:7) Aktar  tard, meta il-Lhud kellhom it-Tempju (il-post fejn jgħammar Alla l-Ħaj), Salamun  żejjen  bi  xbihat  simili  l-kamra  tat-tempju  li  fha kienet  tinżamm  l-Arka  tal-Patt. Ġożwe` u  l-anzjani  kienu jintefgħu għal wiċċhomm f-art quddiem l-Arka tal-Patt (ara Ġoż.7:6). Fil-Ktieb tan-Numri mbagħad naraw kif Alla stess ordna lil Mose` biex jagħmel serp tal-bronz u jqiegħdu fuq qasba biex kull min ikun migdum mis-sriep velenużi u jħares lejh, jibqa` ħaj. (ara Num. 21:8) Mela, Alla stess trasmetta  ħwejjeġ  spiritwali  lill-Poplu  Lhudi  billi  ordalhom jirrapreżentawhom permezz ta` ħwejjeġ materjali.

Fil-Ġdid Testment

L-ewwel vers tal-Antik Testment, sewwasew il-Ġenesi jiftaħ bil-kelma “Fil-bidu”. Fil-Ġdid Testment,  l-Evanġelju  skont Ġwanni ukoll jiftaħ bil-kelma “Fil-bidu”. Kif diġa rajna, “Fil-bidu” l-Antik Testment jalludi għal Alla l-Ħallieq ta` kollox li jimmanifesta ruħu fl-ħolqien ta` dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx. Mela Alla kien li ta bidu għall-ħolqien ta` kollox, kemm ir-realta` spiritwali  (l-anġli,  l-arkanġli u  l-bqija  tal-ġerarkija anġelika) u anke ir-realta` umana, materjali u epokali. Dan l-intervent ta` Alla jilħaq il-milja tiegħu f-għeġubijiet li Alla għamel mal-Poplu Lhudi, il-poplu il-magħżul tiegħU. Għal dan il-għan, ħafna drabi l-Ġenesi jissejjaħ il-Protoevanġelju, sewwasew għaliex jantiċipa` u jiprepara dak li kellu jseħħ fl-Patt il-Ġdid.

“Fil-bidu”,  li  nsibu  fl-Prologu  ta` Ġwanni,  aħna  nilmħu manifestazzjoni divina, akbar u  li tisboq  lil dik  tal-Ġenesi għaliex din hija l-aħħar Rivelazzjoni ta` Alla. Diġa fl-Ġenesi, Alla  jagħti awtodefenizzjoni  tiegħu  fl-plural meta  jgħid; “suritna  u  xbihetna.”  (Ġen.1:28) Xi  eżeġeti bibliċi  jaraw f`dan  il-pass, antiċipazzjoni u preparazzjoni għall-misteru Trinitarju; ċioe` Alla wieħed f Tliet Persuni Divini.  Il-Lhud u l-Iskulari tal-Iskrittura tal-Antik Testment qatt ma setgħu jimmaġinaw misteru  bħal  dan  għax  ir-rivelazzjoni  divina kienet għadha mhix kompluta u fnalizzata! Alla biss seta` juri n-natura Trinitarja  tiegħU. L-ebda moħħ  f-Istorja ma seta` qatt jimmaġina li Alla huwa Trinita`, din ir-Rivelazzjoni setgħet biss taslilna minn Alla nnifsU.

Il-Kelma  ta` Alla  li  “kollox sar biha, u mingħajrha ma sar xejn milli sar” (Ġw.1:3-4) fl-ħolqien, fl-milja taż-żminijiet din “il-Kelma saret ġisem u għammret fostna, u rajna sebħha, sebħ bħalma għandu l-Iben waħdieni mingħand Missieru, mimli  grazzja  u  verita.”(Ġw.1:14-15) Alla  l-Imbierek  li  fl-Ħolqien  rajna  l-għeġubijiet  tiegħU fl-krejat u fl-bniedem, issa Huwa sar bniedem fl-persuna ta` Ġesu` Kristu – veru Alla u veru bniedem; bħala Alla mnissel mill-Missier qabel kull żmien u bħala bniedem imnissel fż-żmien mill-Ispirtu s-Santu fl-ġuf verġinali  ta` Marija Santissima. Dak Alla  li f-Antik Testment qal; “Ma tistax tara wiċċi, għax ma jistax jarani l-bniedem u jibqa ħaj” (Eż.33:20), fl-Ġdid Testment sar bniedem bħalna,“imġarrab  f`kollox bħalna barra mid-dnub.”(Lhud 4:15b)

Ġwanni  jikteb;  “Dak  li  kien mill-bidu,  dak  li  smajna,  dak li  rajna b`għajnejna u ħarisna  lejh, dak  li messew  idejna mill-kelma tal-ħajja” (1Ġw1:1-2), il-Kelma ta` Alla li kienet mal-Missier minn dejjem ta` dejjem, issa ġiet fostna bħala bniedem! Fl-Eżortazzjoni Appostolika Post-Sinodali Verbum Domini numru 12, naqraw; “Il-Kelma Eterna saret ċkejkna, tant żgħira  li qagħdet ġo maxtura.  Il-Kelma saret Bambin sabiex hekk wieħed seta` jħaddan din il-Kelma. Issa wieħed mhux biss  jista’  jisma` din  il-Kelma, mhux biss għandha leħen, imma issa din il-Kelma għandha wiċċ, tant li nistgħu narawh: Ġesu` ta` Nazaret.”

Cur Deus Homo? Għaliex Alla sar bniedem? Sant`Anselmu  ta` Canterbury-Duttur  tal-Knisja  (1033-1109), wieġeb  din  il-mistoqsija  b`argumentazzjoni razzjonali u ġuridiku. Huwa  jgħid  li r-rapport bejn Alla u l-bniedem huwa simili għal dak bejn Sinjur u l-qaddej tiegħu. Mela,  il-bniedem  għandu  doveri  li  jrid  iwettaq biex jirrispetta lil Alla. Meta l-bniedem ma jwettaqx dawn id-doveri,  ikun  qed  jagħmel  dnub. Anselmu  jsejjaħlu “Deo  non  reddere  debitum.”  Il-bniedem mela  huwa msejjaħ biex iħares ir-“retitudo voluntatis”, ċioe` li jonora lil Alla billi jagħmel dak  li  tiddettalu  l-Liġi Divina. Mela, għal Sant`Anselmu,  id-dnub  iseħħ meta  l-bniedem ma jagħtix lil Alla dan l-unur, jieħu lil Alla dak li huwa tiegħU u  jiddiżonoraH.  Jikteb Anselmu; “Hunc  Honorem debitum qui Deo non reddit, aufert Deo quod suum est, et Deum exhonorat, et hoc est peccare.”  Biex jinħafer id-dnub oriġinali mela, kien hemm bżonn ir-restituzzjoni u t-tpattija (restitutio et satisfactio).  Anselmu jikteb; “Nihil minus tolerandum est in rerum ordine, quam ut creatura Creatori  debitum  honorem  auferat,  non  solvat  quod aufert” (Cur Deus Homo? Kap. 13) Il-bniedem ma kellux din il-kapaċita` li jirrestitwixxi u jpatti lil Alla dak l-unur li ħadlU bi dnubu. Biex  issir din  ir-restituzzjoni u  tpattija, kellu  jkun Alla  nnifsu li  jsir  bniedem  bħalna  f`kollox minbarra fd-dnub. Kristu patta għad-dnubiet tal-bndemin kollha  u  rrestitwixxa  l-unur  ta` Alla. Huwa  biss  seta` jagħmel dan!  L-Appostlu San Pawl jikteb; “Dak li ma għarafx id-dnub, Alla għamlu dnub għalina, biex aħna nsiru ġustizzja ta`Alla fih.” (2 Kor.5:21) Din hija  l-Krejazzjoni  l-Ġdida li Kristu ġab bl-Inkarnazzjoni tiegħU. F`Ġesu` Kristu, aħna mhux biss ġejna salvati u ġġustifkati f`għajnejn Alla, imma ksibna wkoll il-fljazzjoni Divina.  Aħna sirna wlied Alla, u tassew aħna (ara 1Ġw.3:2). Fil-persuna ta` Ġesu` Kristu, aħna nilmħu  l-Wiċċ Uman  ta` Alla.  Id-Divin mhux  imbiegħed minna,  imma  sar  bħalna biex  jerġa` jlaqqgħana mad-Divin! Kif Adam  u Eva bi dnubhom kisru il-pont li jgħaqqad l-art mas-sema, Kristu reġa` rrestawra dan il-pont billi Huwa stess niżel mis-sema  biex  aħna  permezz tiegħU  u  għall-meriti tiegħu  nitilgħu  fis-sema. Kif  jgħidilna San Ġwann Klimaku (7 seklu w.K.); “Kristu sar is-sellum li jgħaqqad l-art mas-sema.” Fil-Kostituzzjoni Pastorali Gaudium et Spes numru  22,  promulgata mill-Papa Pawlu VI fs-7  ta` Diċembru,  1965  naqraw;  “Fil-fatt,  il-misteru tal-bniedem jiddawwal tassew biss fl-misteru tal-Iben ta` Alla li sar bniedem.”

Ix-Xbihat imqaddsa

Ikollna nammettu, li fna nħossu l-bżonn li naraw u mmissu biex nifhmu aħjar dak li jrid jitwassal lilna! Kulħadd jgħożż ir-ritratti tal-qraba tiegħu li ħallewna, meta jarahom jiftakar fhom u jħossu qrib tagħhom! Permezz tar-ritratti niftakru u nkomplu nfakkru wkoll dawk l-episodji għeżież u memorabbli li għaddejna minnhom. Aħna żgur li qatt ma ġbidna ritratt ta`  kunċett  li ma narawhx u ma mmissuhx  jew  li  jeżistix fl-forma fżika.  Bl-Inkarnazzjoni, Alla  tana  l-grazzja  li narawh, nisimgħuh u mmissuh! Il-Verġni Marija, l-Appostli u d-dixxipli kellhom ix-xorti li jagħmlu dan fs-sens strett tal-kelma. Aħna pero` għad m`għandniex  din  ix-xorti. Bħalissa nagħmlu  dan bil-fidi fl-Kelma u  l-Preżenza Reali u ħajja  tiegħU. Għax il-Kristjaneżimu mhux  reliġjon  tal-ktieb;  “imma  reliġjon tal-Kelma ta` Alla, mhux tal-kelma miktuba u muta, imma tal-Kelma Inkarnata u ħajja.” (ara Eżortazzjoni Appostolika Post-Sinodali  Verbum Domini, Benedittu  XVI,  30  ta` Setembru, 2010).

Kien  proprju minħabba  dan  il-bżonn  uman  li  rridu naraw  u mmissu,  li  l-Knisja  sa mill-ewwel snin  tal-eżistenza  tagħha,  għamlet  użu minn  xbihat,  ikoni, statwi u pitturi ta` Kristu biex min iħares lejhom, jerfa` l-menti u l-qalb tiegħu lejn Dak li jirrapreżentaw! Għax għamlet dan, il-Knisja ma twarrbitx mill-Kmand ta` Alla biex ma  jsirux xbihat  tad-Divin! Għaliex? Għax Alla sar Bniedem! Sar materja bħalna!   Mela dak  li Alla ordna f-Eżodu, aħna rridu nifmuh fl-kuntest u ż-żmien li fih inkiteb.

Ġesu` Kristu  huwa  “x-xbieha  u  l-essenza  ta` Alla.”  (Lhud1:3b) Mela`, Ġesu` huwa l-espressjoni perfetta tal-istess esseri tal-Missier Etern. Il-Knisja fehmet il-periklu li jista` jkun hemm insara li jaduraw ix-xbihat ta` Kristu u għal dan il-għan, matul is-sekli tant Papiet, Qaddisin, Konċilji u Teoloġi, ipronunċjaw irwieħhom biex ifakkru li x-xbihat ta` Kristu huma biss rapreżentazzjonijiet li lilna jgħinuna biex nersqu u nitolbu  lil dak li jirrapreżentaw.  Ikun  jiżbalja min  jgħid  li  l-insara  jaduraw  l-istatwi, min  jgħid hekk  ikun qed  juri  li ma  fehemx  l-argument teoloġiku  tax-xbihat  u  l-immaġini mqaddsa  hekk  kif rivelat lilna f-Iskrittura Mqaddsa u fit-Tradizzjoni ħajja tal-Knisja.

Il-Knisja  dejjem  saħqet  illi  l-adorazzjoni  hija  proprja  lil Alla biss! Aħna naduraw  l-Ewkaristija għaliex hemm  il-preżenza ħajja, divina,  korporali u reali ta` Ġesu` Kristu, veru Alla  u  veru Bniedem. Din  l-adorazzjoni  tissejjaħ Latria. Il-Qaddej ta`Alla l-Papa Pawlu VI f-Enċiklika tiegħu Mysterium Fidei (promulgata ft-03 ta` Settembru, 1965) jgħid; “Il-Knisja Kattolika dejjem uriet u tibqa` turi Latria lis-Sagrament tal-Ewkaristija, kemm fl-Quddiesa u kemm barra minnha.”

Fl-ewwel sekli tal-Kristjaneżmu tfaċċat is-setta msejħa “Ikonoklasta” li kienet tikkundanna bl-aktar mod riġidu u kategoriku l-użu tax-xbihat sagri fl-knejjes u f-użu liturġiku. Dawn sfortunatament għamlu ħerba minn eluf  ta`  statwi  sagri  u  ikoni! Hawn  jidħol  fx-xena San Ġwann Damaxxenu  (ċ. 645  jew 676 – 749),  li bit-Trattat Apoloġetiku tiegħu, ikkundanna bla riservi l-Moviment  Ikonoklasta. Aktar  tard  dan  it-Trattat serva bħala  l-bażi biex  ft-Tieni Konċilju  ta` Niċeja, il-Knisja (fs-sena 787 w.K.) ikkonfermat bħala leċitu u xieraq,  l-użu  tax-xbihat sagri. Qaddisin kbar bħal San Dijonisju l-Areopagita (l-aħħar tal-5 seklu u bidu tas-6 seklu w.K.), San Bażilju (329-379), San Girgor Nazjanzenu  (ċ.329-390),  San Ġwann Griżostmu (ċ.347-407), San Metodju ta` Patari (???-311) u tant oħrajn għamlu  l-istess f’omeliji u  l-kitbiet  tagħhom.  Mhux ta` min jinsa wkoll il-mijiet ta` nsara tal-ewwel sekli li mietu martri proprju għaliex ma adurawx l-idoli u l-istatwi tad-divinitajiet pagani!

Fis-seklu sittax, Martinu Luteru  (1483-1546) u  riformaturi oħrajn,  reġgħu  qajmu mill-ġdid  l-ereżija  ikonoklasata.  Dan minkejja  it-tagħlim  li  kien  ipromulga  sekli  qabel  it-Tieni Konċilju ta` Niċeja. Għal darb`oħra, il-Knisja reġgħet għaddiet minn mewġa qalila  li ġabet magħha  l-qerda  ta` tant opri sagri ta` valur artistiku!  Fi Żminijietna Interessanti l-fatt li anke f żmienna, il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II tkellem dwar l-użu tax-xbihat imqaddsa u sejħilhom “pre sacrament” – jiġiferi jiddisponuna biex nidħlu fl-misteru sagramentali  ta` Kristu. Dan  il-Papa  kien ibbeatifka  lil Fra Angelico  da Fiesole O.P.  (pittur Rinaxximentali)  ft-3  t` Ottubru,  1982  u ddikjarah Patrun  tal-Artisti  ft-18  ta Frar,1984. Wieħed Teologu  qal  hekk  dwar  il-Beatu  Fra Angelico; “fece teologia dipingendo la bellezza, che mostrò la luce del Risorto nelle creature da lui redente.” Interessanti ferm ukoll  l-Ittra  li dan  il-Papa kien kiteb  lill-Artisti f-4 ta` April, 1999.

Anke  reċentament,  il-Papa Benedittu XVI  tkellem  u kiteb dwar din it-tema. Fil-Ktieb tiegħu The Spirit of the Liturgy, il-Kardinal Joseph A. Ratzinger kiteb; “Images of  beauty,  in which  the mystery  of  the  invisible God becomes  visible,  are  an  essential  part  of Christian worship”  (p.131) u  jikkwota  t-Tieni  Ittra  ta` Pawlu  lill-Korintin, Kapitlu  3  vers  18, meta  jikteb;  “Sacred art stands  beneath  the  imperative  stated  in  the  second depistle  to  the Corinthians. Gazing at  the Lord, we are ‘changed into his likeness from one degree of glory to another; for this comes from the Lord who is the Spirit’ (3:18)”  (pp.  134-135). Fi  kwotazzjoni  oħra mill-istess ktieb, jikteb; “The Second Council of Nicea and all the following councils concerned with  icons regard  it as a confession of  faith  in  the  Incarnation and  iconoclasm as a denial of the Incarnation, as the summation of all heresies.” (p. 122)

Mela, l-adorazzjoni tixraq lil Alla biss (din tissejjaħ Latria)!  Il-qima  u  l-venerazzjoni  tixraq  lill-Verġni Marija  (din tissejjaħ Hyperdulia) u  lill-Qaddisin u l-Anġli (din tissejjaħ Dulia).  Lix-xbihat u  l-ikoni, wieħed  jista  jqimhom  u jivvenerahom imma mhux jadurahom! Il-Venerabbli Papa Piju XII (1876-1958), f`indirizz illi għamel lill-artisti  ft-08 t`April, 1952 tennielhom; “Il-funzjoni tal-arti tinsab fl-fatt illi din tidħol f-Infnit, li tiegħu l-bniedem jifforma parti f-art, u biex tiprovdilu tieqa miftuħa lejn l-Infnit li r-ruħ tiegħu tant għandha bżonn.”

L-Arti Sagra bħala Katekeżi

Aspett  ieħor  dwar  ix-xbihat  sagri  huwa  l-fatt  li  għal  tant sekli, l-ikonografja u l-arti sagra kienu forma ta` katekeżi.  Meta l-Ktieb tal-Iskrittura Mqaddsa ma tantx kien aċċessibli f-idejn tal-insara, il-Knisja kienet tagħmel użu mill-ikoni u l-pitturi li jirrapreżentaw episodji mill-Bibbja, biex permezz tagħhom il-poplu nisrani jifhem u jitgħallem il-Misteri tal-Fidi.  Fis-sena 599 w.K., il-Papa San Girgor  il-Kbir (ċ.540-604) f`Ittra  li  kiteb  lil Serenus  –  Isqof  ta` Marsilja  (???-606), jgħidlu; “Il-pittura titpitter fl-knejjes biex min ma jistax jaqra u jikteb, allinqas ikun jista` jaqra minn fuq il-ħitan dak li ma jistax jaqra fuq il-paġni.”(Epistulae IX, 209) Tal-istess fehma kien San Tumas d`Aquino O.P. – Duttur tal-Knisja (1225-1274) li jkompli jżid u jgħid li x-xbihat iqajmu d-devozzjoni u jsaħħu l-fdi f-Inkarnazzjoni tal-Iben ta` Alla. 

Il-bini u l-istruttura tal-Knejjes Insara

Anke  l-istruttura  tradizzjonali  tal-knejjes  kienet  tirrifetti l-Ekkleżjoloġija, ċioe` t-Teoloġija dwar il-Knisja. Hekk wara li  l-Imperatur Kostantinu  l-Kbir  (ċ.272-337)  fs-sena  313 w.K. ta l-liberta lill-Knisja wara tant snin ta` persekuzzjoni mdemmija, l-insara bdew jibnu l-knejjes pubbliċi tagħhom bi struttura partikulari li ħlief għal xi tibdiliet minimi, nżammet matul is-sekli.  Difatti, l-istruttura tal-knisja hija mqassma fi tliet partijiet prinċipali.

  1. Il-Kripta u taħt il-pavimentar tal-knisja li fh kienu jindifnu l-iġsma  tal-insara. F`pajjiżna, din  id-drawwa nqatgħet  ftit inqas minn ħamsin sena ilu. L-ideja wara l-Kripta kienet biex kontinwament tiftakar u tfakkar lill-Knisja Purganti, il-Knisja tal-Purgatorju fejn immorru dawk l-insara li jmutu fl-grazzjata` Alla pero` li jkun għad ikollhom xi jpattu mall-Ġustizzja Divina.  Din il-parti tal-knisja tfakkarna wkoll li l-bniedem trab kien u trab irid jerġa’ jsir (ara Ġenesi 2:7).
  2. l-Knisja  nnifisha,  li  fiha  nsibu  s-Santwarju bħala ċ-ċentru u  l-post  l-aktar sagru. Dan  ifakkarna fl-Knisja Militanti,  il-Knisja Pellegrina  li  fha  aħna sseħibna bil-Magħmudija u li tkompli tqawwina fl-fdi, it-tama  u  l-imħabba  permezz  tal-amministrazzjoni tas-Sagramenti u t-Tagħlim tal-Kelma ta` Alla. Huwa l-post fejn il-Knisja tiċċelebra l-Liturġija tagħha (b`mod partikulari  l-Quddiesa  fejn Ġesu` Kristu  jerġa`  joffri lilu nnifsu mingħajr tixrid ta` demm). Il-Liturġija tal-Art tgħaqqadna mal-Lituġija  tas-Sema u  tiġi  ċċelebrata b`suffraġġju  tal-Erwieħ  tal-Purgatorju  filwaqt  li tikkommemora lill-Beati u lill-Qaddisin li diġa` qegħdin fl-glorja. U f-aħħarnett għandna
  3. Is-Saqaf  u  l-Koppla  li  fl-maġġoranza  tagħhom ikunu dejjem dekorati bi xbihat ta` Kristu u tal-Qaddisin fl-Glorja. Dan ifakkarna fl-Knisja Trijonfanti, il-Knisja tas-Sema fejn Kristu insab fuq il-Lemin tal-Glorja ta` Alla, adurat mill-Anġli u l-Qaddisin. Mela flwaqt li min ikun l-Knisja, saqajh ikunu mal-art (il-Knisja Militanti), ħarstu  trid  tkun merfugħa  ‘l  fuq  lejn il-Glorja  li  qed tistenniena  (il-Knisja Trijonfanti),  “l-għamara mhix maħduma minn id il-bnedmin, li ddum għal dejjem fs-sema.” (2Kor.5;16

Għeluq

Lil Alla  nadurawh  “f-Ispirtu  u  l-verita”  (Ġw.  4;24),  il-Fidi twassalna  biex  nagħmlu  dan wara li  nkunu  smajna  u aċċettajna  il-Kelma  ta` Alla.  Ifakkarna  f`dan  l-Appostlu Pawlu meta jikteb;  “il-fdi mis-smigħ u  s-smigħ  tal-kelma t’ Alla.”(Rum.10:17) Għaliex bnedmin, biex nifhmu dejjem aktar u nikbru f`dan l-għarfen, aħna nikkontemplaw lil Kristu u  l-Qaddisin  tiegħu f-immaġini u x-xbihat sagri  li  jkomplu jgħinuna u jantiċipawna lejn “Smewwiet ġodda u art ġdida” (2 Piet. 3;13a). “Issa naraw bħal f`mera, mhux ċar, imbagħad naraw wiċċ`imb wiċċ” (1 Kor.13:  12a),  “  dak  li  għajn  qatt ma rat, widna qatt ma semgħet u qatt ma tnissel f`moħħ il-bniedem, dak li Alla ħejja għal dawk li jħobbuh.” (1Kor. 2:9)

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: