Skip to content

X’Jismek? …… Pietru

 

stampa

 

‘X’Jismek? Pietru’
Awtur mhux indikat (Michael?)
Ippubblikat fuq ‘Leħen il-Banda’, Għaqda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957, Festa 2000.

 
llum mhux daqstant komuni.  Sa ftit ta’ żmien ilu, ħafna tfal li kienu jitwieldu f’Birżebbuġa minn ġenituri Birżebbuġin kienu jissemmew għall-Patrun tal-Parroċċa bħalma kien u għadu jsir fi bnadi oħra.  Din id-drawwa nqagħtet minn Birżebbuġa.  Illum ħafna jissemmew l-iktar għal artisti u kantanti jew forsi xi isem li jkun nstab min jaf min fejn.  Tajjeb li nikkunsidraw li nerġgħu nibdew msemmu xi tifel minn tagħna għal San Pietru u jekk tkun tifla, min jaf … Pietra.  Tgħiduli, biex se ngħabbu din is-sena?  Mhux is-soltu jikteb hekk.  Is-soltu, Michael, isib xi rokna storika mill-istorja ta’ Birżebbuġa u erħilu jagħti tagħrif dwarha.  F’dan l-artiklu, xtaqt li nagħti tagħrif dwar dak kollu (kemm jista jkun) ta’ dak li għandu x’jaqsam ma’ l-isem PIETRU.
 
Mingħajr ma taħsibha darbtejn, l-ewwel ħsieb li jiġik meta tkun titħaddet fuq dan il-qaddis hija l-Bażilika ta’ San Pietru flimkien mal-pjazza li hemm ġewwa l-Vatikan (Ruma).  Din bdiet tinbena fl-1506 fuq il-pjanta ta’ Bramante flok oħra mibnija fi żmien Kostantinu.  Ħadmu fuqha wkoll Michelangelo (il-koppla) u Maderno li spiċċa x-xogħol.  Fl-1657, Gian Lorenzo Bernini ħażżeż il-pjanta tal-pjazza.  F’Bażilika oħra ġewwa Ruma, wieħed isib il-ktajjen li xekklu lil San Pietru.  Din iġġib l-isem appuntu ta’ “San Pietro in Vincoli”.  F’Malta u f Għawdex ma nsibu l-ebda raħal jew belt li għandu t-titular dedikat lil San Pietru – għaliex tagħna huwa uniku – pero’ jinstabu xi kappelli f Ħal-Lija, f’Ħal Qormi u l-Imdina (San Pietru fil-Ktajjen).  Inċidentalment fl-Imdina niltaqgħu wkoll ma’ Monasteru Benedittin, li wkoll huwa msemmi għal dan il-qaddis.  Barra minn hekk, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex insibu diversi toroq imsemmija għal San Pietru.  Dawn jinsabu f’Ħal Qormi, San Ġwann, l-Imdina, il-Marsa, iż-Żejtun, fiż-Żurrieq, il-Ħamrun, Xagħra, Ħal-Għaxaq, Fgura, l-Imġarr (Malta), Ħal-Kirkop, Wied Iż-Żurrieq, u naturalment f’Birżebbuġa li ssemmiet nhar l-1 ta’ April 1938.  F’Għawdex insibu toroq f’San Lawrenz (Triq Santu Pietru) u l-Għarb.
 
Bosta kienu l-qaddisin li kienu msemmija għall-Prinċep ta’ l-Appostli fosthom San Pietru Kanisju, San Pietru Chanel, San Pietru Claver u San Pietru Damian, San Pietru Krisologu (Duttur tal-Knisja) u l-martri Dumnikan San Pietru li f’Marsaxlokk tinsab kappella ddedikata għalih.  Bħala l-ewwel Papa, l-isem ta’ San Pietru huwa uniku, pero’ ta’ min hawnhekk jagħti lista ta’ dawk il-Papiet li qabel ma telgħu fuq il-Kattedra ta’ San Pietru kienu msemmija għalih.  Dawn huma Pietro Campanora li wara sar Ġwanni XIV (983-984), Pietro Buccaporca (Sergius IV – 1009-1012), Pietru ta’ Tarantaise (Beatu Innoċent V – 1276), Pietro Juliani (Ġwanni XXI – 1276-1277), Pietro del Morrone (San Ċelestinu V – 1294), Pierre Roger (Klement VI – 1342-1352), Pietro Roger de Beaufort (Gregorju XI – 1370-1378), Pietro Tomacelli (Bonifaċju IX – 1389-1404), Pietro Barbo (Pawlu II – 1464-1471), Pietro Ottoboni (Alessandru VIII – 1689-1691), u Pietro Francesco Orsini (Benedittu XIII – 1724-1730).  Barra dawn kien hemm żewġt anti papiet:- Pietro de Luna (Benedittu XIII – 1394-1423) u Pietro Filargo (Alessandru V – 1409-1410). San Malakija jgħid li l-aħħar Papa għandu jkun Petrus Romanus.  Fl-istorja ekklesjastika Maltija, nsibu żewġt isqfijiet li kien jisimhom Pietro; dawn kienu l-visitatur appostoliku f’Malta fis-sena 1575, Mons. Pietro Dusina u l-Arċisqof Pietro Pace (1830-1914), dak li nhar id-9 ta’ Settembru 1913 waqqaf lil Birżebbuġa f’parroċċa.  Pietru l-Eremita (Peter the Hermit c.1050-1115) kien jippriedka sabiex titwaqqaf l-ewwel kruċjata.
 
Għal dan il-qaddis jinstabu msemmija madwar id-dinja diversi postijiet.  St. Petersburg (imwaqqfa fl-1703) fir-Russja imma li għamlet xi żmien magħrufa bħala Leningrad, hija msemmija għal Pietru I, magħruf bħala Pietru l-Kbir (1672-1725).  Fl-Ingilterra nsibu l-belt ta’ Peterborough u Peterloo, magħrufa għall-massakru li sar fiha fl-1819.  Fil-Kanada wieħed isib grupp ta’ disa’ gżejjer magħrufa bħala Saint Pierre et Miquelon.  Biex inkompli fuq it-tema politika, fl-isfera internazzjonali wieħed jista jsemmi lil Pietro Badoglio (187l-1956), statista Taljan li mexxa l-Italja wara l-waqgħa ta’ Mussolini u ffirma l-kapitulazzjoni u lil Pierre Laval li mexxa lil Franza matul l-okkupazzjoni Nazista.
 
F’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċinematografija, l-isem ta’ Pietru mhux nieqes.  Peter Ustinov, mwieled fl-Ingilterra fl-1921, huwa magħruf għall-partijiet tiegħu fil-films Spartacus, Quo Vadis, fejn ħadem il-parti impekkabbli ta’ Neruni u Topkapi.  Peter Sellers, attur ieħor Ingliż huwa magħruf l-aktar għall-films “The Return of the Pink Panther”, waqt li Peter O’Toole ħadem il-films “Lawrence of Arabia” u “Masada”,  Atturi oħra jinkludu lil Peter Finch u Peter Falk (is-sensiela televisiva “Colombo”).  Pier Angeli hija l-unika persuna femminili li sibt bl-isem ta’ San Petru.  Din kienet attriċi li għexet bejn is-snin 1932-1971 u l-isem propja tagħha kien Anna Maria.
 
Hemm diversi oħra kemm Maltin kif ukoll barranin msemmija għal San Pietru u ta’ min isemmihom hawnhekk.  Pierre Curie (1859-1906), Franċiż. flimkien ma’ martu Marie skopra il-Polonium u r-Radium.  Pietru Xuereb kien professur tal-Mediċina.  Pietro Floriani għamel il-pjanti ta Borgo Vilhena (il-Furjana li hija msemmija għalih), Pietru Caxaru, poeta (miet fis-sena 1495) huwa magħruf għall-famuża Cantilena, l-eqdem poeżija Maltija li nstabet s’issa.  Pietru D’Armenia kien baħħar qalbieni tas-seklu ħmistax waqt li Pietro Rossel kien kaptan fl-armata Pontifiċju.  Pierre Charles Jean-Baptiste Silveste Villeneuve kien difiż minn Nelson fil-Battalja ta’ Trafalgar fl-1805.  Pierre Andre’ de Suffren kien ammiral Franċiż (c. 1729).  Peter Caruana u Peter Calamatta huma żewġ ismijiet sinonimi mal-pjanti.  Fr. Peter Darmanin huwa ex-rettur ta’ l-Università ta’ Malta.  Ma’ dawn nistgħu ninkludu wkoll lil Peter the Potter tar-Rabat.
 
Xtaqt li nidħol f’iktar oqsma fejn jissemma isem San Pietru bħall-mużika, arti, dixxiplini sportivi, snajja, kultura, eċċ., imma l-ispazju huwa limitat.  Naf li hemm iktar ismijiet, bħalma sibt iktar jien.  Iżda naħseb li dak li ktibt hawnhekk jolqot diversi aspetti tal-ħajja tagħna.  Ix-xewqa tiegħi hi li aktar tfal jissemmew għall-Patrun tal-parroċċa, San Pietru Appostlu, l-ewwel fost l-appostli.
 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: