Skip to content

Tmien Daħniet Bojod fis-Seklu 20

 

Tmien Daħniet Bojod fis-Seklu 20
Kitba ta’ Michael Balzia
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 1999.

 

stampa

caption

 
Fis-seklu li dalwaqt jintemm, il-Knisja Kattolika kellha tmien papiet li okkupaw is-Siġġu ta’ San Pietru.  Is-seklu fetaħ bil-Pontifikat tal-Papa’ Ljun XIII li kien inħatar Papa nhar l-20 ta’ Frar, 1878 (miet ta’ 93 sena fl-1903) filwaqt li llum jirrenja għandna lill-Papa Ġwanni Pawlu II, Papa Pollakk li laħaq Papa fl-1978 u li f’idu għandu r-rekord ta’ l-aktar Pontikfikat li dam f’dan is-seklu, ‘il fuq minn 20 sena.

 

Papa

San Piju X

Elett Papa

4 t’Awwissu 1903

Tul Pontifikali

11-il sena u 16-il ġurnata

Isem Proprja

Giuseppe Melchiorre Sarto

Nazzjonalita`

Taljan, minn Riese

Twieled

2 ta’ Ġunju, 1835

Miet

20 ta’ Awissu, 1914

Eta` meta laħaq Papa

68 sena

Background Familjari

Iben pustier ta’ villaġġ

Karriera

Patrijarka ta’ Venezja, Kardinal-Qassis

Partikularitajiet

Dikjarat qaddis fit-3 ta’ Ġunju, 1951 mill-Papa Piju XII.

 

Papa

Benedittu XV

Elett Papa

3 ta’ Settembru, 1914

Tul Pontifikali

7 snin, 4 xhur u 20 ġurnata

Isem Proprja

Giacomo Della Chiesa

Nazzjonalita`

Taljan, minn Genno

Twieled

21 ta’ Novembru, 1854

Miet

22 ta’ Jannar, 1922

Eta` meta laħaq Papa

59 sena

Background Familjari

Familja Aristokratika

Karriera

Segretarju ta’ l-lstat, Arċisqof ta’ Bologna, Kardinal-Qassis.

Partikularitajiet

Fi żmien il-Pontifikat ta’ dan il-Papa faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918).

 

Papa

Papa Piju XI

Elett Papa

6 ta’ Frar, 1922

Tul Pontifikali

17-il sena u jumejn

Isem Proprja

Ambrogio Damiano Achille Ratti

Nazzjonalita`

Taljan, minn Desio

Twieled

31 ta’ Mejju, 1857

Miet

10 ta’ Frar, 1939

Eta` meta laħaq Papa

64 sena

Background Familjari

Iben “manager’ ta’ fabbrika tal-ħarir

Karriera

Arċisqof ta’ Milan, Kardinal-Qassis

Partikularitajiet

Fi żmien il-Papat tiegħu twaqqaf uffiċjalment l-istat tal-Vatikan (11 ta’ Frar, 1929).

Fil-Konklavi li ħatar lill-Papa Piju XI, il-53 kardinal eleġġa lill-Kardinal Camillo Laurenti (Monteporzio, 1861 – Ruma, 1938).  Dan kien Prefett tal-Propaganda Fidei sabiex ikun is-suċċessur ta’ Benedittu XV, iżda meta dan irrifjuta, il-votazzjoni tkompliet u fl-erbatax-il għadd nħatar il-Kardinal Achille Ratti.

 

Papa

Papa Piju XII

Elett Papa

2 ta’ Marzu, 1939

Tul Pontifikali

19-il sena, 7 xhur u 7 t’ijiem

Isem Proprja

Eugenio Maria Giuseppe Giovanni Pacelll

Nazzjonalita`

Taljan, minn Ruma

Twieled

2 ta’ Marzu, 1876

Miet

9 ta’ Ottubru, 1958

Eta` meta laħaq Papa

63 sena

Background Familjari

Iben avukat

Karriera

Professur fil-Liġi Kanonika, Segretarju ta’ l-Istat, Kardinal-Qassis.

Partikularitajiet

Papa matul it-Tieni Gwerra Dinjija

 

Papa

Ġwanni XXIII

Elett Papa

28 ta’ Ottubru, 1958

Tul Pontifikali

4 snin, 7 xhur u 6 t’ijiem

Isem Proprja

Angelo Giuseppe Roncalli

Nazzjonalita`

Taljan, minn Sotto il Monte, ħdejn Bergamo.

Twieled

25 ta’ Novembru, 1881

Miet

3 ta’ Ġunju, 1963

Eta` meta laħaq Papa

76 sena

Background Familjari

Wild il-bdiewa

Karriera

Nunzju Appostoliku fi Franza, Patrijarka ta’ Venezja, Kardinal-Qassis

Partikularitajiet

F’Ottubru 1962 fetaħ l-ewwel sessjoni tal-Konċilju Vatikan II.

 

Papa

Pawlu VI

Elett Papa

21 ta’ Ġunju, 1963

Tul Pontifikali

15-il sena, xhar u 16-il ġurnata

Isem Proprja

Giovanni Battista Montini

Nazzjonalita`

Taljan, minn Conceslo, qrib Brescia

Twieled

26 ta’ Settembru, 1897

Miet

6 ta’ Awwissu, 1978

Eta` meta laħaq Papa

65 sena

Background Familjari

lben avukat

Karriera

Segretarju ta’ l-lstat, Arċisqof ta’ Milan, Kardinal-Qassis.

Partikularitajiet

Temm il-Konċilju Vatikan II (7 ta’ Diċembru, 1965).

 

Papa

Ġwanni Pawlu I

Elett Papa

26 ta’Awwissu, 1978

Tul Pontifikali

Xhar u 3 t’ijiem

Isem Proprja

Albino Luciani

Nazzjonalita`

Taljan, minn Canale D’Agordo, qrib Belluno.

Twieled

17 ta’ Ottubru, 1912

Miet

28 ta’ Settembru, 1978

Eta` meta laħaq Papa

65 sena

Background Familjari

Familja umli

Karriera

Viċi-President tal-Konferenza Episkopali Taljana, Patrijarka ta’ Venezja, Kardinal-Qassis.

Partikularitajiet

Ippubblika diversi ittri fittizji taħt l-isem ta’ Illustrissimi.  L-iqsar pontifikat tas-seklu.  L-Ewwel Papa li uża żewġ ismijiet fl-isem Pontifiċju.

 

Papa

Ġwanni Pawlu II

Elett Papa

16 ta’ Ottubru, 1978

Tul Pontifikali

26 sena u 4 xhur

Isem Proprja

Karol Józef Wojtyła

Nazzjonalita`

Pollakk, minn Wadowice

Twieled

18 ta’ Mejju, 1920

Miet

2 t’April 2005

Eta` meta laħaq Papa

58 sena

Background Familjari

Iben ta’ logutenent irtirat ta’ I-Armata

Karriera

Arċisqof ta’ Krakow, Kardinal-Qassis.*

*II-Kulleġġ tal-Kardinali jinqasam fi tlieta: Kardinali-lsqfijiet (dawn kienu jieħdu ħsieb id-Djoċesi sub-urbani ta’ madwar Ruma), Kardinali-Qassisin (dawn kienu kleru li bdew jmexxu permanentement l-Parroċċi ġewwa Ruma) u Kardinali-Djakni li kienu jieħdu ħsieb jamministraw il-karita’ f reġjun partikulari ġewwa Ruma.  Id-daħniet bojod imsemmija fit-titlu juru id-duħħan abjad li joħroġ miċ-ċumnija tal-Kappella Sistina li jindika li ġie elett Papa ġdid.  Id-duħħan hu prodott mill-ħruq tal-voti mħallat ma’ kimika apposta.

Partikularitajiet

L-ewwel Papa mhux Taljan wara 456 sena. L-iktar Papa li għamel vjaġġi appostoliċi barra l-Belt tal-Vatikan.

 

 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: