Skip to content

San Pietru fl-Arti

 

‘San Pietru fl-Arti’
Mario Fenech
Ippubblikat fuq ‘Leħen il-Banda’, Għaqda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957, Festa 2002.

 

stampa

 
Huma ħafna dawk l-artisti magħrufa li fil-karriera tagħhom ġew imqabbda biex jirrappreżentaw xeni mill-Iskrittura Mqaddsa, minn xi Parabbola jew mill-ħajja ta’ Kristu kemm dam fuq din l-art.
 
Dan l-aħħar żidt mal-kollezzjoni tiegħi żewġ ritratti, jew aħjar katolini antiki li laqtuni għal dak li nnutajt fihom.  Dawn huma żewġ kwadri kbar li jinsabu f’xi Knisja jew Mużew ta’ l-Arti fl-Italja.  Sfortunatament ma sibtx min huwa l-artist tagħhom jew f’liema post jinsabu.  Ix-xebħ li hemm bejniethom jaċċertana li huma ta’ l-istess artist.  L-ewwel xena turina lil Ġesu qiegħed jitkellem f’nofs għalqa mimlija biż-żbul, mal-Appostli Pietru u Ġwanni bil-kumplament ta’ l-Appostli warajhom.  Hawnhekk ninnutaw li l-artist ippreżentalna lil San Pietru f’età matura aktar minn dik ta’ l-Appostlu Ġwanni, li fix-xena narawh qiegħed fuq in-naħa tal-lemin ta’ Ġesu.  Lil Pietru narawh qiegħed fuq in-naħa tax-xellug, jisma’ b’attenzjoni dak li qiegħed jgħidlu.  L-espressjoni fuq wiċċ il-Mulej tagħtina x’naħsbu li dan qiegħed jgħid lil Pietru li hemm bżonn aktar ħaddiema fl-għalqa tal-Mulej waqt iż-żmien tal-ħsad, li huwa ppreżentat fix-xena bil-qamħ lest biex jinġabar.
 
Fil-kwadru l-ieħor l-artist jurina xena li fiha naraw lil Ġesu qiegħed jippriedka lill-miġemgħa bl-Appostli mdawwrin miegħu.  Għal darb’oħra naraw lil San Pietru dejjem fuq in-naħa tax-xellug ta’ Ġesu, qiegħed jisma b’attenzjoni dak li qiegħed jgħid l-Imgħallem.  Għalkemm hawnhekk Ġesu jidher qiegħed jindirizza l-kliem tiegħu lil dawk ta’ quddiemu, Pietru qiegħed viċin tiegħu biex jisma’ dak li kien qiegħed jgħid.  Il-ħarsa ta’ Pietru fiż-żewġ xeni hija waħda ta’ attenzjoni, mħabba u fuq kollox ta’ umiltà.  Min jaf?  Forsi għax kellu dawn id-doni sbieħ, kien li qabel ma tela’ s-sema, il-Mulej għażlu biex ikun hu li jmexxi l-Knisja u jkompli x-xogħol li kien beda l-Iben t’Alla fuq din l-art.
 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: