Skip to content

San Pietru fil-kwadri ta’ Giuseppe Cali

 

‘San Pietru fil-kwadri ta’ Giuseppe Cali’
minn Mario Fenech
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990, Festa 2001.

 

stampa

 
L-artist famuż Malti Guseppi Cali għandu għadd kbir ta’ xogħlijiet li wieħed jista’ jgawdihom fil-knejjes ta’ Malta u Għawdex kemm f’dik li hija dekorazzjoni ta’ soqfa, koppli u lunetti, kif ukoll f’numru kbir ta’ kwadri fuq l-altari.
 
Fil-Knisja Parrokkjali tas-Sultana tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesu f’Tas-Sliema, Cali’ għandu diversi kwadri ta’ l-altari fosthom wieħed li fih naraw lill-qaddisin San Pietru u San Pawl.  F’dan il-kwadru l-artist donnu ried li joħroġ l-espressjoni ta’ rieda soda u qawwija fuq wiċċ San Pawl u espressjoni ta’ ħsieb u ġabra fuq il-wiċċ tal-figura ta’ San Pietru.  Il-kwadru kien l-ewwel xogħol li lesta għal din il-knisja u lestieh fl-1881 flimkien ma’ kwadru ieħor ta’ San Lawrenz.  Dan il-kwadru jidher li kien ħafna għall-qalb l-artist u dan nistgħu ngħiduh għaliex l-istess żewġ figuri bl-istess kuluri ta’ lbies fuqhom narawhom fil-pittura l-kbira li hemm fis-saqaf tal-korsija tal-Knisja ta’ San Franġisk fil-Belt.  Hawnhekk l-artist inkluda lil San Pietru u lil San Pawl fix-xena kollossali ta’ San Franġisk fil-glorja eżatt fuq il-figura tal-qaddis fiċ-ċentru tal-kwadru.  Dan ix-xogħol kien ġie inawgurat waqt ċerimonja sabiħa li kienet saret nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 1907.
 
Aktar qabel Cali kien inkluda lil San Pietru fil-kwadru titulari tal-Knisja ta’ San Ġużepp fil-Kalkara.  Fil-kwadru huwa pinġa lil San Ġużepp bil-Bambin fil-parti ta’ fuq tal-kwadru, filwaqt li fil-parti ta’ isfel fuq dgħajsa nofsha mgħarrqa waqt maltempata pinġa lil San Pietru bl-imfietaħ tal-knisja f’idu jħares lejn San Ġużepp.  Inkluda wkoll il-figura ta’ mara qed tirrappreżenta lir-reliġjon.
 
Inċidentalment f’dan il-kwadru l-figura ta’ San Pietru hija l-istess kuluri ta’ l-ilbies li bihom jidher fiż-żewġ kwadri li semmejt qabel.  Kurjuż il-fatt li f’dan il-kwadru l-firma ta’ l-artist hija ta’ wara quddiem.  Fil-kwadru, San Ġużepp l-artist xtaq li jippreżenta lil San Ġużepp bħala l-Padrun tal-Knisja Universali u għalhekk inkluda lil San Pietru bħala l-ewwel mexxej tal-Knisja fuq din l-art, raġuni oħra li tista’ tkun għaliex f’dan il-kwadru l-artist pinġa lil San Pietru hija għaliex dan qabel ma sar dixxiplu ta’ Kristu kien sajjied u fil-Kalkara dak iż-żmien kien hemm bosta sajjieda li kienu jżommu d-dgħajjes tagħhom fil-bajja.  Wara kollox din kienet waħda mir-raġunijiet li għaliha l-poplu ta’ Birżebbuġa bena u ddedika l-Knisja Parrokkjali tiegħu lil dan il-Qaddis Kbir.
 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: