Skip to content

San Pietru Appostlu Meqjum fil-Gżejjer Tagħna

 

‘San Pietru Meqjum fil-Gżejjer Tagħna’
Kan. Joseph Grech Cremona
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 2000.

 

stampa

 
Il-Patrun tal-Parroċċa ta’ Birżebbuġa, il-Prinċep ta’ l-Appostli, San Pietru huwa meqjum ħafna fil-knejjes ta’ Malta u Għawdex. Barra mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa, għandna dedikati lil San Pietru: il-knisja tal-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini ta’ l-Imdina, fejn hemm il-fdal tal-Venerabbli Adeodata Pisani, dik tas-Sorijiet Dumnikani f’Ħal Lija, kif ukoll żewġ knejjes oħra żgħar fl-Imdina u f’Ħal Qormi.
 
Insibu wkoll artali ta’ San Pietru: fil-knisja tal-Ġiżwiti tal-Belt Valletta, u fil-Parroċċi ta’ H’Attard (ma’ San Pawl u San Rokku), Ħal Lija, (ma’ San Pawl Eremita), Ħal Safi, u f’dik ta’ Kristu Re tar-Raħal Ġdid.
 
Ix-xhieha ta’ San Pietru tidher ukoll fil-kwadru titolari ta’ San Ġużepp, fil-Parroċċa tal-Kalkara. Narawha wkoll f’bosta knejjes oħra: il-Kattidral ta’ Malta, il-Bażilika Kolleġġjata ta’ l-Isla, il-Parroċċi tal-Furjana, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Tarxien, Ħal Għargħur, il-Qrendi, Ħal Għaxaq, Ħal-Luqa, Ħad-Dingli, Sacro Cuor tas-Sliema tal-Franġiskani Minuri u f’dik ta’ Ġesu Nazzarenu, tad-Dumnikani, ukoll f’tas-Sliema.
 
Insibuha wkoll il-Belt Valletta fil-Bażilika tal-Karmnu, u fil-knisja ta’ San Franġisk tal-Franġiskani Konventwali. Fil-gżira ta’ Għawdex, għandna l-ewwelnett il-Bażilika – Kolleġġjata tan-Nadur dedikata lil San Pietru u San Pawl. Nilmħu wkoll ix-xbieha ta’ San Pietru fil-Bażilika-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ, tal-Belt Vittorja, fil-Parroċċa taż-Żebbuġ, u fil-knisja ta’ Ġesu Nażżarenu, ix-Xagħra.
 
Barra minn hekk, insibu statwi tal-ġebel fuq iz-zuntier jew fil-faċċati tal-Kolleġġjati ta’ San Pawl tar-Rabat u tal-Belt Valletta, fil-Bażiliki tal-Porto Salvo, il-Belt, u ta’ Sant’Elena ta’ Birkirkara, San Bastjan, Hal Qormi u l-Parroċċi tan-Naxxar, il-Mosta, Ħaż-Żabbar, Ħal Balzan, l-Imsida, u l-Gżira f’Malta, kif ukoll in-Nadur, Sannat, il-Fontana u l-Għasri ġewwa Għawdex.  Minn dan kollu, jidher ċar li San Pietru huwa ferm meqjum fil-knejjes tal-gżejjer tagħna.
 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: