Skip to content

San Ġorġ Preca u San Pietru Appostlu

 

DUN ĠORĠ U SAN PIETRU
Awtur mhux magħruf.
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1992.

 

stampa

 

Il-qaddisin bħala ħbieb t’Alla qegħdin hemm biex aħna nagħtuhom qima u fuq kollox insiru nixbħuhom f’dak li għamlu biex għoġbu ‘l Alla matul ħajjithom.  Dun Ġorġ Preca, il-fundatur tal-MUSEUM, kellu devozzjoni lejn ħafna qaddisin, pero` lejn x’uħud kellu mħabba speċjali.  Fost dawn insibu lil Marija Santissima, San Ġużepp, San Mikiel, San Pietru u San Pawl, San Gejtanu, San Ġwann Battista li mit-talb u l-kitbiet tiegħu jidher li kien miġbud ħafna lejhom.  Wieħed minn dawn il-qaddisin partikolari kien San Pietru, il-Prinċep ta’ l-Appostli.  Lil San Pietru, Dun Ġorġ qegħdu għas-soċji tiegħu bħala protettur għall-jum tat-Tnejn.  Dak inhar parti mit-talb ta’ filgħodu tkun proprju t-tislima lil San Pietru:

Insellmu lil San Pietru,
bħala Blata tal-Fidi,
u dak li għandu f’idejh
l-imfietaħ tas-sema.
Jitlob lil Ġesà għalina.

Fil-jum tat-Tnejn ukoll fis-6.00p.m., imbagħad is-soċju jagħmel it-tifkira ta’ San Pietru bħala l-qaddis Protettur tal-Fidi.  Dan minħabba l-istqarrija ta’ Xmun Pietru f’Ċesarija ta’ Filippi: “INTI ‘L KRISTU BIN AJJA L-ĦAJ”.  

Dun Ġorġ kien ukoll jammira ħafna lil San Pietru bħala l-ewwel Vigarju ta’ Kristu, l-ewwel Papa.  Kristu lil San Pietru qallu “Lilek nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet.”  Dun Ġorġ kien jgħid li la għandu l-imfietaħ, hu jdaħħalna l-ġenna.  Għal din ir-raġuni, lis-Soċjetà tiegħu fil-bidu kien sejħilha “Soċjetà ta’ Ulied il-Papa”.  Meta kien jitkellem fuq is-sinjali ta’ wieħed li se jsalva ruħu, Dun Ġorġ kien isemmi ħafna drabi lil San Pietru li Ġesu kien tah l-imfietaħ f’idejh – hu jiftaħ u hu jagħlaq. 

Għas-soċji tiegħu Dun Ġorġ Preca poġġa lil San Pietru bħala l-qaddis mudell li kellu l-virtu` tat-tama f’Alla li jaħfer id-dnubiet.  Kien iħobb isemmi wkoll l-indiema vera li wera San Pietru wara li kien ċaħad li kien jaf lill-Imgħallem tiegħu.  Lis-soċji u lit-tfal kien jgħidilhom biex meta jisimgħu xi serduk jidden jiftakru f’dil-ġrajja u jgħidu din it-talba: ‘San Pietru, itlob għalina’ biex inisslu fihom indiema vera ta’ dnubiethom.

Fost is-sentenzi mit-tagħlim ta’ San Pietru li kien iħobb juża Dun Ġorġ biex jgħallem bihom insibu din: “L-għadu tagħkom ix-xitan bħal iljun aħrax ifittex lil min se jibla’.  Intom iqfulu qawwijin fil-fidi.”

L-imħabba ta’ Dun Ġorġ lejn San Pietru tidher ukoll mill-fatt li hu ried li x-xbieha tiegħu tkun f’kull kappella ta’ kull qasam tal-MUSEUM.

Biex nagħlqu ngħidu li minn dak li ssemma iżjed ‘il fuq jidher li Dun Ġorġ, il-fundatur tas-Soċjeta` ta’ Ulied il-Papa, ma nesiex jiftakar u jfakkar b’ħafna għożża lill-oħrajn lill-qaddis simpatiku li tant għex qrib ta’ Ġesu, San Pietru – l-ewwel Papa.

 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: