Skip to content

Qaddisin bl-isem ta’ Pietru

 

Excerpt minn Artiklu li kiteb Mario Sant bit-titlu “Ftit Minn Kollox”.
kitba ta’ Mario Sant
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2006.

 

stampa

caption

 

Qaddisin bl-Isem ta’ Pietru

Tajjeb li tkunu tafu li San Pietru mhux l-uniku qaddis b’dak l-isem li għandha l-knisja.  Se ngħidilkom xi ħaġa fuq fuq dwar ħames qaddisin oħra, li s’intendi ġew ħafna wara San Pietru, li kollha jġibu dak l-isem … Pietru.

 

San Peter Claver (158l-1654)

Missjunarju Ġiżwita Spanjol. Sikwit jirreferu għalih bħala l-Appostlu tar-Razza s-Sewda. Kien mibgħut f’dak li llum huwa l-pajjiż tal-Kolumbja, fis-sena 1610, u hemm beda mill-ewwel ħidma tiegħu qalb l-iskjavi Afrikani li kien hemm f’dan il-pajjiż.  Il-festa tiegħu niċċelebrawha nhar id-9 ta’ Settembru.

 

San Peter Gonzales (1190-1246)

Patri Dumnikan.  Spanjol ukoll. L-ewwel ħidma tiegħu wettaqha qalb dawk imsejħa Moors. Dawn kienu abitanti Musulmani fil-peniżola lberjana.  Patrun tal-baħħara. Ta’ min jgħid li ħafna jirreferu għalih bħala Sant’Iermu.  Dan, skond bosta studjużi, hu żball għax ħafna kienu jħalltuh ma’ qaddis ieħor patrun tal-baħħara li għex fis-seklu 4.  Festa tiegħu fl-14 ta’ April.

 

San Peter Canisus (152l-1597)

Ġiżwita Olandiż. Għadda parti kbira minn ħajtu jivvjaġġa minn post għall-ieħor, jippriedka u jgħallem. Baqa’ magħruf l-aktar għall-priedki qawwija li għamel fir-reġjuni l-aktar affettwati mit-tagħlim Luteran f’dawk iż-żminijiet, b’mod speċjali fil-Ġermanja.  Kittieb u katekista mill-aqwa li qatt kellha l-Knisja.  Festa tiegħu – 27 ta’ April.

 

San Pietru Damiano (1007-1072)

Imwieled Ravenna l-Italja. Il-pirjol tal-monasteru tal-patrijiet f’Fonte – Avellino, viċin Gubbio. Fis-sena 1057, il-Papa Stiefnu 9 ħatru kardinal, wara l-ħidma tiegħu fi ħdan il-Knisja b’mod speċjali bil-kitbiet u t-tagħlim tiegħu.  Legat tal-Papiet Nikola 2 u Alessandru 2. Imqabbad minn dan ta’ l-aħħar biex jipprova jirranġa l-kwistjoni taħraq li kienet qamet bejn l-Imperatur Enriku 4 u l-Imperatriċi Berta.  Festa tiegħu – 23 ta’ Frar.

 

San Pietru ta’ Verona (1206-1252)

Predikatur Dumnikan li vvjaġġa ma’ l-Italja kollha.  L-aktar li baqa’ magħruf kien għall-oppożizzjoni kbira tieghu għall-moviment Cathari. Moviment jew setta li bit-tixrid tat-tagħlim tiegħu kien qed jagħmel ħafna ħsara lill-Knisja.  Pietru ġie maqtul minn membri ta’ din is-setta u ġie ddikjarat qaddis bit-titlu San Pietru Martri fis-sena ta’ wara, 1253.  Festa tiegħu – 29 ta’ April.

 

Nota:  Peress li l-artiklu oriġinali bl-isem “Ftit minn kollox” ta’ Mario Sant għandu fih taħlita ta’ temi differenti, qiegħed naqsam dan l-artiklu f’biċċiet separati sabiex jiġi relevanti għas-sezzjoni li qed nitfgħu fiha.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: