Skip to content

Kemm-il San Pietru hemm?

 

‘Kemm-il San Pietru hemm?’
Kan. Joseph Grech Cremona
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 2001.

 

stampa

 

Barra minn San Pietru, Prinċep ta’ l-Appostli, Patrun ta’ Birżebbuġa, eżistew mill-inqas 90 qaddis iehor bl-isem ta’ Pietru. Naraw ftit min kienu:-

1.   San Pietru, Martri f’Lampsacus fl-Asja Minuri fis-sena 251.

2.   San Pietru, Martri-Ruman fis-sena 260;

3.   San Pietru, Martri-Ruman ieħor fis-sena 269;

4.   San Pietru, martri fin-Nidodenja fis-sena 303;

5.   San Pietru, martri fl-Eġittu, ukoll fis-sena 303;

6.   San Pietru, Eżorċista, Martri-Ruman fis-sena 304;

7.   San Pietru, Isqof ta’ Lixandra fl-Eġittu li miet martri fis-sena 311;

8.   San Pietru, martri f’Cesarea ukoll fis-sena 311;

9.   San Pietru, Isqof ta’ Braga fil-Portugall fis-Seklu IV;

10. San Pietru, Isqof ta’ Sebaste. Ħu San Bażilju, Isqof ta’ Cesarea, San Girgor, Isqof ta’ Nissa u Santa Makrina. Miet AD391;

11. San Pietru Krisologu, Isqof ta’ Ravenna u Duttur tal-Knisja. Miet fis-sena 450;

12. San Pietru, Martri-Afrikan tas-Seklu V;

13. San Pietru, Djaknu Benedittin, segretarju ta’ San Girgor il-Kbir. Miet fis-sena 650;

14. San Pietru, Abbati Benedittin ta’ ‘Canterbury’. Miet fi Franza fis-sena 607;

15. San Pietru, Isqof ta’ Pavia li miet fis-sena 735;

16. San Pietru, martri f Damasku fis-sena 743;

17. San Pietru, Isqof ta’ Damasku. Miet martri fis-sena 750;

18. San Pietru, Patri ta’ l-Ordni ta’ San Bażilju. Miet martri f Kostantinopli fis-sena 764;

19. San Pietru, Eremita qrib Veroli mhux bogħod minn Ruma;

20. San Pietru, Martri-Ruman, kommemorat fis-26 ta’ Marzu;

21. San Pietru, martri f’Sevilja fi Spanja.  Kommemorat fit-8 ta’ Ottubru;

22. San Pietru Djaknu, martri f’Antijokja.  Kommemorat fis-17 ta’ April;

23. San Pietru, Martri-Afrikan kommemorat fid-9 ta’ Diċembru;

24. San Pietru, Eremita f’Athos fil-Greċja fis-Seklu VIII;

25. San Pietru, Abbati f Atroa fil-Bitnija li miet fis-sena 837;

26. San Pietru, Qassis, martri f Cordoba fi Spanja fis-sena 851;

27. San Pietru, martri ieħor fi Spanja fis-sena 855;

28. San Pietru minn Sirakuża, martri fl-Afrika fis-sena 900;

29. San Pietru Orseolo, li minn Doge ta’ Venezja mar eremit Benedittin fi Spanja, fejn miet fis-sena 987;

30. San Pietru Martinez, Isqof Benedittin ta’ Compostella fi Spanja li miet fis-sena 1000;

31. San Pietru Vincioli, Abbati Benedittin, Perugia, li miet fis-sena 1007;

32. San Pietru ta’ Trevi, Qassis-Predikatur f Tivoli, Agagni u Subiaco. Miet fis-sena 1050;

33. San Pietru Damiani, Benedittin Kamaldoliż, Kardinal u Isqof ta’ Ostia u Duttur tal-Knisja.  Miet fis-sena 1071;

34. San Pietru ta’ Chavanon, Kanonku regolari Agostinjan f Pibrac, qrib Toulouse fi Franza li miet fis-sena 1080;

35. San Pietru ‘lgneus’ jiġifieri ‘tan-nar’ Benedittin Vallombrożan, Kardinal-Isqof ta’ Albano.  Miet fis-sena 1089;

36. San Pietru ta’ Salerno, Isqof Benedittin ta’ Agagni li miet fis-sena 1105;

37. San Pietru, Isqof Benedittin ta’ Osma fi Spanja li miet fis-sena 1109;

38. San Pietru, Isqof ta’ Poitiers fi Franza, li miet fis-sena 1115;

39. San Pietru Pappacarbone, Abbati Benedittin ta’ Cava Dei;

40. San Pietru, Isqof ta’ Tarentaise fi Franza, Benedittin Cistercens li miet fis-sena 1175;

41. San Pietru Parenzi, martri f’Orvieto l-Italja fis-sena 1199;

42. San Pietru, wieħed mill-ewwel ħames martri Franġiskani, li mietu fil-Marokk fis-sena 1220;

43. San Pietru ta’ Verona, l-ewwel martri Dumnikan li miet fis-sena 1252. Relikwi tiegħu f’Milan fil-Knisja ta’ Sant’Ewstorġju;

44. San Pietru Nolasco, fundatur ta’ l-Ordni tal-Merċedarji, li miet nhar il-Milied tas-sena 1256;

45. San Pietru Ċelestinu, fundatur tal-Benedittini ‘Ċelestini’. Sar Papa Ċelestinu V, imma rriżenja ftit wara, u miet fis-sena 1296;

46. San Pietru Pascual, Isqof ta’ Jaen fi Spanja, li miet martri fis-sena 1300;

47. San Pietru Armengol, Patri tal-Merċedarji, li miet martri f Tarragona fi Spanja fis-sena 1304;

48. San Pietru-Tumas, Karmelitan.   Patrijarka ta’ Kostantinopli. Miet fil-gżira ta’ Ċipru fis-sena 1366;

49. San Pietru ta’ Narbonne, Patri Franġiskan Konventwali, martri f Ġerusalemm ma’ tlitt Franġiskani oħra fl-1391;

50. San Pietru ta’ Valladolid imsejjaħ ‘Regalado’ Franġiskan ‘Villakrezzjan’ li miet fl-1456. Hu l-ewwel qaddis Franġiskan Spanjol;

51. San Pietru de ‘Arbues’ Kanonku regolari Agostinjan li miet martri f’Saragozza Spanja fl-1485;

52. San Pietru ta’ Alkantra, fundatur tar-Riforma Franġiskana Alkantarina li miet fl-1562;

53. San Pietru Van Asche, Franġiskan Osservant Belġjan, martri ta’ l-Ewkaristija f Gorkum fil-1572;

54. San Pietru Battista, ta’ San Stiefnu, Franġiskan Alkantarin, martri f Nagasaki fil-Ġappun fil-1597;

55. San Pietru Xukexico, Terzjarju Franġiskan, martri f Nagasaki ma’ San Pietru Battista u sħabu fl-1597;

56. San Pietru Kanisju Giżwita Olandiż Duttur tal-Knisja li miet fl-Isvizzera fl-1597. Il-fdal tiegħu jinsabu fi Fribourg (l-Isvizzera);

57. San Pietru Fourier, Kanonku regolari Agostinjan, fundatur tas-Sorijiet ‘Kanonikessi Regolari tal-Madonna’ li miet fl-1640;

58. San Pietru Claver Ġiżwita Spanjol Missjunarju fl-Amerka Latina – miet f’Cartagena Kolumbja 1654;

59. San Pietru Sans I Jordo, Isqof Dumnikan Spanjol, martri fiċ-Ċina fl-1747;

60. San Pietru Ou, Sekular Ċiniż, martri fiċ-Ċina fl-1814;

61. San Pietru Tuy, Qassis Vjetnamiż, li miet martri ta’ 70 sena fl-1833;

62. San Pietru Lieou, Katekista Ċiniż, martri fiċ-Ċina fl-1834;

63. San Pietru Doumolin, Missjunarju Franċiż u Isqof ta’ Tongking fil-Vjetnam, li miet martri fl-1838;

64. San Pietru Tuan. Qassis Vjetnamiż, martri fl-1838;

65. San Pietru Nguyen, Dumnikan Vjetnamiż, martri wkoll fl-1838;

66. San Pietru Almato, Missjunarju Dumnikan Spanjol. Martri fil-Vjetnam fl-1861;

67. San Pietru Aumaitre, Missjunarju Franċiż. Martri fil-Vjetnam fl-1866;

68. San Pietru Eymard Fundatur tal-Patrijiet u Sorijiet Sagramentini. Miet fl-1868. Il-fdal tiegħu jinsab f’Pariġi;

69. San Pietru Dorie, Missjunarju Franċiż. Martri fil-Korea fl-1869;

70. San Pietru Yu, tfajjel ta’ tlettax-il sena. Martri fil-Koreafl-1870;

71. San Pietru Li Tsuan, sekular martri fiċ-Ċina fl-1900;

72. San Pietru Liou-Tzeu-U, sekular martri fiċ-Ċina fl-1900;

73. San Pietru Tchang-Pan-Nieu, secular Terzjarju Franġiskan martri fiċ-Ċina fl-1900:

74. San Pietru U-Ngan-Ming, sekular Terzjarju Franġsikan, martri fiċ-Ċina fl-1900;

75. San Pietru Tchao-Ming, sekular. Martri fi-Ċina fl-1900;

76. San Pietru Tchao-Jeu-Sinn. sekular. Martri fiċ-Ċina fl-1900;

77. San Pietru Wang-Tsouo-Long,sekular. Martri fiċ-Ċina fl-1900;

78. San Pietru-Ol-Man, sekular. Martri fiċ-Ċina fl-1900.

Mela barra mill-Appostlu San Pietru. eżistew 90 qaddis ieħor bl-isem ta’ San Pietru. 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: