Skip to content

Isem Pietru fil-Films

 

Excerpt minn Artiklu li kiteb Mario Sant bit-titlu “Ftit Minn Kollox”.
kitba ta’ Mario Sant
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2006.

 

stampa

caption

 

Isem Pietru fil-films

Min jafni jaf kemm jien dilettant tal-films. Ma jistax jonqos għalhekk li f’dan l-artiklu ma ngħidx xi ħaġa dwar il-films u l-atturi.  Donna saret moda issa li nsemmu t-trabi tagħna għal xi attur/attriċi jew kantant/a jew xi footballer.  Personalment ma nara xejn ħażin iżda l-ismijiet tradizzjonali donnhom qed iħalluna ftit ftit. Eżempju anke fl-ibliet u l-irħula tagħna fejn dari kulħadd isemmi għall-qaddis patrun, illum ftit li xejn. Fil-lokal tagħna, jekk wieħed jifli sew l-ismijiet li ngħataw f’dan l-aħħar ma tantx se jsib trabi bl-isem ta’ Peter.

Kont qed indur wieħed mill-ħafna kotba li għandi dwar iċ-ċinema, u skantajt kemm sibt atturi jew nies b’xi rabta mal-films bl-isem ta’ Peter. Żgur iżda li ma jisimhomx hekk għax għandhom xi konnessjoni mal-lokal tagħna jew mal-qaddis patrun tagħna.  Madankollu xtaqt nintroduċikom ma’ xi wħud minnhom … hemm min diġà tafuh u hemm min le!

 

Peter Benchley – minbarra li kien attur, l-aktar li jibqa’ magħruf bħala l-awtur ta’ l-iscript tal-film Jaws tas-sena 1975 u The Deep sentejn warajh.  Sfortunatament Benchley miet ftit xhur ilu biss fl-età ta’ 66 sena.

 

Peter Cushing – attur sinonimu mal-films tal-biża’ u t-tkexkix bħal The Curse of Frankenstein (1957), Dracula  (1958)  u  The Hound of Baskervilles (1959)

 

The Peter Falk – dak li kien jinterpreta lil dak id-detective qsajjar, dejjem bir-raincoat Columbo fis-sensiela televiżiva tant popolari li ġġib l-istess isem.

 

Peter Fonda – iben il-leġġendarju attur ieħor Henry Fonda. Ħu l-attriċi popolari Jane Fonda, kif ukoll missier l-attriċi Brigitte Fonda. Peter Fonda l-aktar li jibqa’ maghruf ghall-films tiegħu Easy Rider (1969) u Ulee’s Gold (1997).

 

Peter Gallagher – popolari ma’ dawk li jsegwu s-sensiela O.C. fuq ltalia Uno. Barra minn hekk Gallagher kien wieħed mill-protagonisti fil-film rebbieħ ta’ l-Oscar, American Beauty.

 

Peter Graves – m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni ma’ dawk li bħali kienu ffissati fis-sensiela televiżiva Mission Impossible, li konna naraw tard fis-sittinijiet u bidu tas-sebghinijiet.  Graves kien imexxi dak it-team li għalih xejn ma kien impossibbli u kellu l-karattru bl-isem ta’ Jim Phelps.

 

Peter Jackson – id-direttur li sar popolari mmens bit-tliet films tal-Lord of the rings, kif ukoll aktar riċenti King Kong.

 

Peter Lorre (I) – dilettanti anzjani tal-films żgur li jiftakru lil dan l-attur Tal-films klassiċi bħal The Maltese  Falcon  (1941),  Casablanca  (1942)  u Arsenic and Old Lace (1944).

 

Peter O’Toole – attur veteran li għadna kif rajnieh fil-film miġbud hawn Malta, Troy, iżda fl-imgħoddi deher f’films kbar bħal The Bible, Lawrence of Arabia u Kidnapped, fost oħrajn.

 

Pete Postlethwaite – protagonista fil-films Last of the Mohicans, In the Name of the Father, Amistad u tant oħrajn.

 

Peter Sellers – wieħed mill-aqwa atturi ta’ kull żmien, fost l-għexieren ta’ films immortali tiegħu, żgur li ħafna jiftakruh jinterpreta l-Ispettur Jaques Clousseau fil-films tal-Pink Panther.

 

Sir Peter Ustinov – attur li tlifnieh sentejn ilu.  Karriera brillanti li bdiet fis-snin 40.  Interpreta karattri li diffiċli meta ssemmi lilu ma tiftakarx mill-ewwel fihom. Waħda minn dawn kienet meta interpreta lil Erodi fil-famuż Jesus of Nazareth ta’ FrancoZeffirelli.

 

Peter Weir – direttur Awstraljan li sab il-fama f’Hollywood b’films bħal Witness, Dead Poets Society u The Truman Show.

 

Nota:  Peress li l-artiklu oriġinali bl-isem “Ftit minn kollox” ta’ Mario Sant għandu fih taħlita ta’ temi differenti, qiegħed naqsam dan l-artiklu f’biċċiet separati sabiex jiġi relevanti għas-sezzjoni li qed nitfgħu fiha.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: