Skip to content

Il-Monasteru ta’ San Pietru ta’ l-Imdina

 

‘Il-Monasteru ta’ San Pietru ta’ l-Imdina’
minn Joe Flask
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, – Soċjeta’ Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990, Festa 1995.

 

stampa

 
Wieħed mill-eqdem bini li hemm fl-lmdina huwa l-Monasteru ta’ San Pietru tas-Sorijiet Benedittinl tal-Klawsura.  Hekk kif wieħed jidħol mill-bieb ewlieni tal-belt kapitali l-qadima ta’ Malta jsib minnufih ma’ wiċċu bini għoli u kbir, li jagħti dehra aktar ta’ dar fortifikata milli ta’ Monasteru.  Fih hemm jgħixu 14-il soru ta’ etajiet differenti, iżda lkoll għalenija jfaħħru ‘l Alla bit-talb u l-kant tagħhom (Gregorjan, naturalment) kif ukoll bil-ħajja ta’ ċaħda u ta’ silenzju.
 
ll-bidu tal-Monasteru huwa inċert u minkejja sejbiet riċenti xorta jibqa’ l-fatt li l-istorja tal-bini fih innifsu tmur lura sas-sena 1414.  Minn Atti Nutarili jirriżulta li l-Benedittini tal-Monasteru ta’ San Niccolo’ l’Arena ta’ Katanja, li diġa’ kellhom possedimenti hawn Malta, inagħtaw dar fl-lmdina, fejn huma marru jagħmmru wara li għal snin twal kienu ġġerrew fil-kampanja fl-iswar tar-Rabat u l-lmdina, biex jaħarbu mis-saraċini.  Fl-1418, l-istess Monaċi Benedettini ngħataw min-Nobbli Margarita d’Aragona, bini li kien magħruf bħala “hospitale Sancti Petri” li huma setgħu biddlu f’residenza għall-monaċi anzjani u morda minħabba li fl-lmdina diġa’ kien hemm sptar ieħor.  Ta’ min isemmi li n-nobbli Francia, bint Margarita d’Aragona, kienet diġa’ tathom xi djar biex jiftħu Monasteru bil-kundizzjoni li meta jmorru fih jjtolbu għar-ruħha.
 
Meta il-Benedettini telqu mjnn Malta lejn il-Monasteru tagħhom f’Katanja, fl-1427, in-Nobbli tal-Imdina riedu jkomplu l-kariżma Benedittina u ddeċidew li jwaqqfu Monasteru u jqiegħdu fih it-tfajliet li mhux biss għażlu li jagħtu ħajjithom lil Alla iżda li jingħalqu fi klawsura u jaċċettaw li jgħixu skond ir-Regola ta’ San Benedlttu.  Ġie deċiż li l-Monasteru jjngħata l-isem ta’ ABATIA Dl SAN PIETRO E DI SAN BENEDETTO, iżda mill-ewwel sar magħruf minn kulħadd u hekk għadu sal-lum bħala IL-MONASTERU TA’ SAN PIETRU.  Aktarx li ġie ddedikat lil San Pietru kemm minħabba li L-UNIVERSITA’ (Il-Kunsill ta’ l-lmdina) kellha taħt il-ġuspatrunat tagħha, żewġt iknejjes iddedikati lil San Pietru, waħda fl-lmdina u oħra fir-Rabat; kemm għaliex l-isptar mogħti lilhom kien dedikat lil San Pietru; iżda wkoll tmiss mal-Monasteru kien hemm knisja oħra, żgħira, iddedikata lil San Pietru li kienet tħalliet lis-sorijiet b’testment minn ċertu Ġilju Zigughi.
 
Ħafna huma dawk li jitqarrqu u jsostnu li l-Knisja tal-Monasteru li kienet inbniet mill-ġdid fl-1625, hija ddedikata lill-Madonna.  Fil-fatt hija ddedikata lil San Pietru u l-festa titulari ssir nhar l-lmnarja, fid-29 ta’ Ġunju, b’solennita’ kbira.  It-titular juri l-Madonna bil-Bambin, li tiddomina, flimkien mal-Qaddisin San Pietru, San Benedittu u Santa Skolastika.  Jekk wieħed josserva tajjeb jintebah li Mattia Preti, li għamel il-pittura, b’sengħa u bi prospettiva artistika kbira għamel minn San Pietru l-figura prominenti ta’ l-inkwatru.
 
Fil-Monasteru saru diversi xogħolijiet u restawr skond l-eżiġenzi taż-żminijiet, l-aktar fis-snin ’20 u ’50.  Fl-1973 inbdiet ħidma definittiva biex il-Monasteru jsir iktar sabiħ u funzjonali, iktar konformi mar-Regola Benedittina.
 
Il-Maltin, tul is-snin fissru l-apprezzament tagħhom għall-ħidma imwettqa fis-skiet u l-ġabra mis-Sorijiet, permezz ta’ għotjiet fosthom oġġetti sagri u xogħolijlet artistiċi.  Ħafna huma dawk li jiftakru l-kant sabiħ tas-Sorjjjet kif ukoll ix-xogħol tar-rakkmu, tal-pittura u l-fjuri tal-ganutell.  lllum, fil-Monasteru, hemm ħidma differenti, li ma telfet xejn mill-kariżma tal-vokazzjoni Benedittina.  Il-Kawża tal-Kanonizzazzjoni tal-Venerabbli M. Adeodata Pisani OSB, kompliet tiġbed iktar Maltin u barranin lejn il-Monasteru ta’ San Pietru li ħa sura ta’ ċentru ta’ talb.  Is-Sorijiet fetħu wkoll il-bieb tal-Monasteru għal dawk it-tfajliet li jixtiequ jesperimentaw għall-ġurnata jew tnejn il-ħajja fil-Monasteru.  Hemm ukoll grupp ta’ lajċi impenjati, li jissejħu Oblati.
 
L-istorja tal-Monasteru ta’ San Pietru mistennija tiġi pubbllkata dalwaqt, iżda ħafna għad irid jintiseġ tul is-snin minn dak li kien magħruf s’issa.
 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: