Skip to content

Il-Ktajjen ta’ San Pietru

 

stampa

 

‘Il-Ktajjen ta’ San Pietru’
Awtur mhux magħruf
Ippubblikat fuq ‘Leħen il-Banda’, Għaqda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957, Festa 1999.

 

San Pietru Appostlu, l-ewwel Papa tal-Knisja Rumana Kattolika, kien imwaddab il-ħabs f żewġ okkażjonijiet separati tul il-ħamsa u għoxrin sena li għamel bħala Vigarju ta’ Kristu.  Skond l-Atti ta’ l-Appostli (12:6) kien l-Anġlu tal-Mulej li kkawża l-ktajjen jaqgħu minn idejn Pietru u ħelsu mill-għassiesa reqdin sa ma waslu sal-bieb tal-belt.  Wara San Pietru miet fuq salib rasu l-isfel fis-sena 67.  Qabel ma miet, huwa talab li jissallab rasu l-isfel, għax ħass li mhuwiex dehen tieghu li jmut fl-istess manjiera li miet is-salvatur tiegħu, Ġesu Kristu.

 
Wara ħafna snin il-qaddisa Ewdoċja, mart l-Imperatur Teodosiu II fi vjaġġ li kienet għamlet f’Ġerusalem, kienet sabet il-katina li kien marbut biha Pietru meta kien il-ħabs it-tieni darba.  Din il-katina eventwalment ġiet mogħtija bħala rigal lill-Papa San Leo l-Kbir (440 – 461).
 
Issa f’dak iż-żmien f’Ruma kienet diġa’ hemm katina oħra li kienet meqjusa li San Pietru kien marbut biha tul id-disa’ xhur fil-ħabs ta’ Mamertino, ħdejn il-Forum.  Meta l-Papa kkompara ż-żewġ ktajjen, mirakolożament tant qablu flimkien li ffurmaw serje ta’ ħoloq li għamluha katina sħiha.  Minħabba dan il-miraklu, l-Imperatriċi Ewdoċja bniet il-Bażilika San Pietru fil-Ktajjen ġewwa Ruma, u ddedikata lil dan l-appostlu fis-sena 442.  Ir-relikwarju bil-ktajjen huwa miżmum f’din il-Bażilika f’urna tad-deheb fuq l-altar maġġur, viċin l-istatwa famuża ta’ Mose ta’ Michelangelo.
 
Ta’ min wiehed jgħid li hawn Malta, it-titular ta’ San Pietru fil-Ktajjen jinstab biss hawn f’Birżebbuġa, minbarra dak ta’ Ruma u pajjizi oħra.
 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: