Skip to content

Il-Belt Eterna – Ruma

 

Il-Belt Eterna – Ruma
kitba ta’ Simon Micallef
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2004.

 

stampa

caption

 

Ruma, l-belt kapitali Taljana ġiet imwaqqfa aktar minn 2700 sena ilu. L-ewwel mexxej ta’ din il-belt kien Romulus. Skond il-leġġenda, Romulus u ħuh, it-tewmi Remus, kienu wlied ir-Re Amulius. Dan ir-re telaq iż-żewġ uliedu fuq ix-xatt tax-xmara Tiber biex jeħles minnhom. Romulus u Remus ġew salvati minn ragħaj li kien fil-viċinanzi meta rahom jerdgħu minn sider lupu.

Ruma hija mibnija fuq sebgħa għoljiet madwar ix-xmara Tiber. Romulus mill-ewwel ħaseb biex iwaqqaf armata militari li sa mill-bidu nett dehret li kienet se tkun waħda b’saħħitha. Xhieda ta’ dan huwa l-fatt li din il-belt mhux talli saret il-belt kapitali Taljana iżda ta’ l-Imperu, Imperu li kien immexxi minn bosta Imperaturi fosthom Julius Cesari u Kostantinu.

Tant kien infirex l-Imperu Ruman li l-Imperatur Kostantinu waqqaf belt oħra fil-Lvant ta’ l-Ewropa biex ikun jista’ jmexxi l-Imperu aħjar. Din il-belt issemmiet għalih, Kostantinopoli.

F’Ruma wieħed isib bosta tempji ddedikati lil diversi allat ta’ żmien l-Imperu u ta’ bosta reliġjonijet. Iżda żgur l-aktar tempju dominanti f’din il-belt huwa l-Vatikan li nbena minflok knisja kbira li kienet inbniet fi żmien l-Imperatur Kostantinu. Din il-knisja nbniet fuq il-qabar ta’ l-ewwel mexxej ta’ l-Insara, San Pietru, li kien ħa l-martirju tiegħu f’Ruma.

Ruma kellha wkoll żminijiet diffiċli, l-aktar bejn is-snin 1000 u 1300. Tant kienu diffiċli dawn iż-żminijiet li baqgħu jissemmew bħala ż-żminijiet tad-dlam, sakemm wasal iż-żmien tar-rinaxximent u Ruma reġgħet bdiet tieħu r-ruħ.

Ruma llum hija wahda mill-aktar bliet importanti tad-dinja u waħda mill-aktar bliet imfittxija mit-Turisti, l-aktar għall-għadd ta’ postijiet storiċi li sawruwha matul is-snin.  Belt ta’ kultura immensa li kull min iżurha darba żgur li jerġa’ jmur.

 

Dati importanti li sawru l-Istorja ta’ Ruma:

 

753 BC

Romulus l-ewwel mexxej ta’ Ruma

754 BC Twaqqif ta’ l-ewwel armata militari
400 BC Ruma kompliet tespandi u bdiet tieħu kontroll ta’ diversi bliet ta’ madwar biex b’hekk  kompla jikber it-territorju kkontrollat minn Ruma fl-Italja.
312 BC Inbena l-ewwel akwadott.
250 BC Ruma tieħu kontroll assolut fuq l-Italja kollha.
133 BC Ruma taħkem il-pajjiżi ta’ madwar il-Mediterran minbarra l-Eġittu.
45 BC Julio Cesare jilħaq Imperatur.
50 AD Il-popolazzjoni ta’ Ruma tilħaq il-miljun ruħ.
54 AD Il-persekuzzjoni ta’ l-insara.
67 AD Il-martirju ta’ San Pietru u San Pawl.
80 AD Jinfetaħ il-Colosseum.
95 AD L-Imperu Ruman jilħaq l-aqwa tiegħu, b’Ruma ċ-ċentru ta’ l-Imperu.
204/300 AD L-Imperu Ruman jinqasam fi tnejn, tal-Lvant u tal-Punent.
313 AD L-Imperatur Kostantinu jagħti dritt lill-Kristjani biex jeżerċitaw ir-reliġjon nisranija liberalment.
325 AD Jinbeda  l-bini  fuq  il-knisja  antika ddedikata lil San Pietru.   Din il-knisja nbniet fuq il-qabar ta’ dan il-Qaddis.
330 AD L-Imperatur Kostantinu jerġa’ jgħaqqad l-Imperu Ruman u jwaqqaf il-belt ta’ Kostantinopoli bħala l-kapitali tal-Lvant.
409 AD Ruma tiġi invaduta u tibda l-waqa’ ta’ dan l-Imperu.
1000/1300 AD Ruma taqa’ fl-agħar żminijiet, żminijiet li baqgħu magħrufin bħala ż-żminijiet tad-dlam.
1450 AD Ruma terġa’ tibda tqum fuq saqajha meta jitfaċċa żmien ieħor,   żmien ir-rinaxximent.
1499 AD Michelangelo jaħdem l-istatwa tal-Pietà.
1508-12 AD Michelangelo jpitter il-Kappella Sistina.
1626 AD Il-Papa Urbanu VIII ibierek il-knisja l-ġdida ddedikata lil San Pietru.
1797 AD Napuljun jibda jaħkem Ruma u l-Papa jitlef kull setgħa li kellu.
1869 AD L-ewwel Konċilju tal-Vatikan.
1922 AD Benito Mussolini jieħu l-kontroll ta’ l-Italja wara li daħal Ruma bil-famuża Marcia Su Roma.
1929 AD Jiġi ffirmat Il-patt tal-Lateran bejn Mussolini u s-Santa Sede li permezz tiegħu l-Vatikan ġie rikonoxxut bħala Stat Sovran u Indipendenti.
1934 AD Tintlagħab il-finali tat-tazza tad-dinja tal-football mirbuħa mill-Italja.
1960 AD Ruma tospita l-Olimpjadi.
1962-1965 AD It-tieni Konċilju tal-Vatikan.
1990 AD Tintlaghab il-finali tat-tazza tad-dinja tal-football mirbuħa mill-Ġermanja.

 

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: