Skip to content

Iċ-Ċurkett tal-Papa

 

Iċ-Ċurkett tal-Papa.
kitba ta’ Ritianne Borġ
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2005.

 

stampa

caption

 

Papa jiġi magħżul mill-kardinali l-oħra, sabiex ikun il-mexxej tal-Knisja fuq l-Art, dan jirċievi ċurkett.  Waqt iċ-ċerimonja ta’ inkurunazzjoni, il-kardinal Ċambellan (Teżorier) ilibbes iċ-ċurkett fir-raba’ saba’ ta’ l-id ix-xellugija tal-Papa l-ġdid. Iżda bħalma jidher f’dan ir-ritratt, il-Papa preżenti, Benedittu XVI, libes iċ-ċurkett fl-id il-leminija, azzjoni li ġiet d-deskritta minn ħafna nies prominenti bħala sinjal ta’ żwieġ mal-Knisja.  Hekk eżatt kif jilħaq kull Papa ġdid, dan jagħżel l-isem li għandu jiġi msejjaħ bih (ma jibqax juża l-isem proprju tiegħu) u kif ukoll l-arma (emblema) li għandha tiġi wżata tul il-Pontifikat tiegħu (iż-żmien li jdum iservi bħala Papa). Dawn it-tnejn ikunu uniċi u differenti għal kull Papa.

Dan iċ-ċurkett għandu fih siġill li bih il-Papa jiffirma kull dokument uffiċjali li joħroġ mill-Vatikan. Is-siġill fuq iċ-ċurkett ikun magħmul mill-arma magħżula mill-Papa.

Naraw ukoll li isem il-Papa bil-lingwa Latina jinkiteb fuq iċ-ċurkett taħt rappreżentazzjoni ta’ San Pietru fuq dgħajsa jitfa’ x-xbieki biex jistad.  B’hekk dan iċ-ċurkett huwa magħruf ukoll bħala Iċ-Ċurkett tas-Sajjied, dan għaliex fil-Bibbja jidher ċar, li San Pietru, l-ewwel Papa, kien sajjied. Dan iċ-ċurkett huwa parti uffiċjali mir-Regalia (dekorazzjoni) li jilbes il-Papa, bħalma huma t-Tiara, il-mitra li jilbes il-Papa waqt xi ċelebrazzjoni tal-Knisja, u l-Pallium. Dan ta’ l-aħhar tkun faxxa tad-drapp wiesgħa xi żewġ pulzieri, milbusa madwar l-għonq, is-sider u l-ispallejn, b’żewġ pendenti, wieħed fuq quddiem u ieħor fuq in-naħa ta’ wara, mżejna b’sitt islaleb suwed żgħar.

Meta l-Papa jmut, dan iċ-ċurkett jiġi mkisser sabiex hadd ma jkun jista’ jiffirma xi dokumenti uffiċjali b’dan is-siġill. Iċ-ċurkett jiġi mkisser f’rit simboliku skond il-Kostituzzjoni (liġi) Appostolika, u b’hekk ukoll jiġi fi tmiemu r-renju tal-Papa. Iċ-Ċambellan (il-kardinal magħżul biex jieħu ħsieb dak kollu li jiġri fil-Vatikan fiż-żmien hekk imsejjaħ Sede Vacante, jiġifieri bejn il-mewt ta’ Papa u l-għażla ta’ ieħor ġdid fil-Konklavi, mill-kardinali) akkumpanjat minn numru kbir ta’ kardinali, imorru fil-kamra fejn hemm il-Papa mejjet, imbagħad iċ-Ċambellan jgħajjat tliet darbiet bl-isem tat-twelid lill-Papa l-mejjet, u kull darba jagħti daqqa ta’ martell tad-deheb fuq ras il-Papa, hekk kif ma jkun hemm l-ebda sinjal ta’ ħajja mingħand il-Papa, jitkompla r-rit.  Wara l-Papa jitneħħielu ċ-ċurkett u din id-darba jitkisser b’daqqiet ta’ martell tal-fidda.

Tradizzjonalment dan ir-rit kien isir f’ċerimonja privata fejn xi ftit kardinali, kif ukoll xi suldati tal-gwardja u servjenti tal-Papa kienu jkunu xhieda għat-tkissir ta’ dan iċ-ċurkett, dawk preżenti jridu jaċċertaw ruħhom li s-siġill ġie mkisser tassew u f’tali mod li ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża fuq xi dokumenti oħra.

Wara dan ir-rit u l-għażla ta’ Papa mill-kardinali, iċ-ċurkett jiġi maħlul, u mill-istess deheb, isir iċ-ċurkett tal-Papa l-ġdid, skond kif magħżul minnu stess. Hawn xniehat li jgħidu li d-deheb li għadu jntuza għal dan iċ-ċurkett huwa l-istess taċ-ċurkett li kien jilbes San Pietru, id-dixxiplu li għaraf li Sidna Ġesu Kristu bħala l-iben ta’ Alla u ġie magħżul minn Kristu sabiex ikun l-ewwel Papa. Dan iċ-ċurkett, huwa magħruf li ġie msemmi l-ewwel darba f’ittri tal-Papa Klement IV, lin-neputi tiegħu fl-1256.

Meta dan is-siġill kien jiġi wżat ukoll biex jiġu ffirmati dokumenti privati tal-Papa, dan kien isir billi l-Papa jagħfas iċ-ċurkett ġo xema’ ħamra maħlula fuq karta jew envelope, b’hekk jiġi stampat is-siġill li jkun hemm fuq iċ-ċurkett. F’dak iż-żmien id-dokumenti uffiċjali kollha kienu jiġu ssiġillati billi ċ-ċurkett jintgħafas ġo ċomb maħlul. Iżda tul iż-żminijiet, Iċ-Ċurkett tas-Sajjied, kif inhu l-aktar imsejjaħ ma baqax magħruf għal użu prattiku tiegħu, jiġifieri bħala siġill għad-dokumenti kollha tal-Vatikan.

Iżda minn żmien twil ilu, id-dixxipli, jew dawk li jħaddnu l-fidi nisranija kienu juru r-rispett tagħhom lejn il-Papa billi jinżlu għarkubbtejhom quddiemu u jbusu dan iċ-ċurkett, kif għadu jiġri sal-ġurnata tal-lum bhala sinjal ta’ qima lejn San Pietru, fundatur tal-Knisja Kattolika Nisranija.

 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: