Skip to content

L-Ewwel Vara ta’ San Pietru tagħlaq 50 Sena (1997)

 
 
‘L-Ewwel Vara ta’ San Pietru tagħlaq 50 Sena’
Miktub Mill-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990, Festa 1997.
 
Xi kultant ikun hemm min jaħseb li l-festa ta’ San Pietru f’Birżebbuġa bdiet issir sa mit-twaqqif tal-Parroċċa fl-1913, imma dan mhux minnu, għax proprju meta twaqqfet il-Parroċċa din kienet iddedikata lil Marija Addolorata.  II-festa tad-Duluri baqgħet issir sas-sena 1936.  Kien sewwasew fl-1937 meta t-titular inbidel għal dak li għandna llum, jiġifieri dak ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen.  Minn dakinhar ‘il quddiem baqgħet tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pietru, għalkemm hawnhekk irridu nsemmu li fil-bidu ma kienx hemm il-vara titulari.  Minnflok kien hemm kwadru bix-xbieha ta’ San Pietru li kien jintrama fil-Knisja Parrokjali l-ġdida, li sa dak iż-żmien kienu bdew jintużaw xi partijiet biss minnha, bħal ngħidu aħna l-kappelluni u sa taħt il-presbiterju.
Għalkemm il-poplu xtaq li jkollu l-vara titulari, issa dik ta’ San Pietru, ma tantx kienet ħaġa ħafifa li jsir dan meta nqisu li f’dak iż-żmien kien iżjed meħtieġ li jitkompla l-bini tal-knisja li kienet teħtieġ spejjeż kbar.  F’dawn iż-żminijiet li qegħdin insemmu l-Parroċċa kienet fdata f’idejn il-Kappillan Dun Anġ. Fenech, li ħadem bis-sħiħ biex tinbena l-knisja.  Meta kien qiegħed iseħħ dan kollu, fir-raħal ta’ Birżebbuġa tfaċċa benefattur li kien ċertu Karmenu Axiaq bil-laqam ‘ta’ Seqra’, li kien miż-Żurrieq imma għamel xi żmien joqgħod San Pawl il-Baħar fejn kien bin-negozju tal-lukandi.  Dan Karmenu kellu wkoll lukanda f’Birżebbuġa li kienet in-naħa ta’ San Ġorġ, li baqgħet magħrufa bħala ‘ta’ Dawwdal’.
Issa ġara li dan Karmenu, wara li kien ilu jisma’ min-nies tar-raħal kemm kienu jixtiequ li jkollhom statwa ta’ San Pietru, qatagħha li jħallas għal statwa hu.  Għalhekk mar isib lill-Kappillan Fenech u qallu li xtaq jagħmel vara ta’ San Pietru.  Il-Kappillan għall-ewwel ma xtaqx li ssir il-vara u offra lil Karmenu sabiex itih il-flus u bihom ikompli l-bini tal-knisja.  Iżda Karmenu ma xtaqx li jsir hekk u wara bosta laqgħat ma’ l-Awtoritajiet tal-Knisja, ingħata l-permess biex issir din il-vara.
L-ewwel ma sar kien l-abbozz ta’ kif xtaqu li ssir din il-vara.  Hawn nixtiequ nirringrazzjaw lis-Sinjorina Peppina Grima, li tiġi n-neputija ta’ Karmenu Axiaq li tatna dan it-tagħrlf u li għadha żżomm b’għożża kbira dan l-abbozz tal-vara.  Għal xi żmien dan l-abbozz kien jitqiegħed fuq mejda f’nofs il-knisja, sabiex il-poplu jkun jista’ jarah u n-nies jagħtu xi suġġerimenti fuq kif jixtiequ li jsir.  Fl-aħħar intgħażlet ditta Taljana minn Ruma biex taħdem il-vara.  Dak iż-żmien Karmenu Axiaq kien ħallas is-somma ta’ Lm300 għaliha.

Iż-żmien issa kien qorob biex tasal il-vara, u dan kien jinħass mill-għidut tan-nies li kienu qegħdin jistennew il-wasla tal-vara bil-ħerqa.  ll-jum li fih kellha sseħħ din il-ġrajja importanti kellu jkun id-29 ta’ Diċembru, 1947.  Min xtaq jara l-vara qabel ma waslet fir-raħal seta’ jmur fl-Oratorju ta’ San Ġwann, il-Belt, fejn kienet damet xi jumejn.  Meta sebaħ il-jum tad-29 ta’ Diċembru, xi rġiel li kienu midħla tal-knisja, erħewlha lejn il-Belt fuq trakk misluf mis-SurAnġlu Galea, magħruf aħjar bħala s-‘Sur Anġ’, biex iġibu din l-istess vara.
Mill-Belt bdiet it-triq lejn Birżebbuġa fejn il-vara twasslet sa San Ġorġ, fejn illum jinsab l-‘Al Fresco’.  Hawnhekk il-vara ntlaqgħet minn dawk preżenti u kif ukoll mill-Banda Santa Katerina taż-Żurrieq.  Minn hemm il-vara, akkumpanjata mill-Banda u mill-poplu li issa deher iżjed ferħan, twasslet lejn il-Knisja Parrokjali.  Tul it-triq li kienet twassal sal-Knisja kont tista’ tara diversi rġiel li bdew jerfgħu naqra kull wieħed, waqt li t-tfal kienu ferħana jaqbżu għad-daqq tal-marċi ferrieħa.  Ma naqasx ukoll il-ħruq tas-sufarelli.

Il-bradella flimkien mal-pedestall li fuqhom kienet tqiegħdet il-vara ta’ San Pietru kienu jintużaw għall-vara tad-Duluri.  Tajjeb insemmu wkoll li dan il-pedestall li fuqhom kienet tqiegħdet il-vara ta’ San Pietru kienu jintużaw għall-vara tad-Duluri.  Tajjeb insemmu wkoll li dan il-pedestall oriġinarjament kien ta’ Santa Marija tal-Gudja.  Maż-żmien kien sar pedestall ġdid maħdum mis-Sur Carmelo Tonna tar-Rabat.  Kif waslet fuq iz-zuntier, kien hemm preżenti l-Kappillan Dun Anġ Fenech u l-lsqof Emmanuel Galea, li dan ta’ l-aħħar kien mistieden biex ibierek din il-vara titulari ta’ San Pietru.
B’hekk intemmet din il-ġrajja li seħħet sewwasew 50 sena ilu.  Minn Awissu tas-sena ta’ wara, 1948, bdiet issir il-festa ta’ San Pietru b’din il-vara l-ġdida.  Kellhom jgħaddu tnax-il sena, meta fl-1959 kienet saret vara oħra ta’ San Pietru li allura hija bil-wisq akbar u isbaħ, imma żgur li l-vara ta’ ‘San Pietru ż-żgħir’, kif baqgħet magħrufa, din l-ewwel vara titulari tibqa’ miżmuma b’għożża mill-poplu ta’ Birżebbuġa.
 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: