Skip to content

X’Wassal biex Birżebbuġa ssir Parroċċa?

 

 

 

X’Wassal biex Birzebbuga ssir Parrocca?
Kitba ta’ Michael Balzia
Ippubblikat fis-sena 1988, Fuljett Parrokkjali
fl-okkazjoni tal-75 sena Parrocca

 

Birżebbuġa saret Parroċċa nhar id-9 ta’ Settembru, 1913 [1].  F’dan il-jum I-Isqof ta’ Malta, Mons. Pietro Pace ġewwa I-Palazz Arċiveskovili, il-Belt Valletta permezz tal-Kanċillier P. Vella Mangion ħareġ d-digriet li bih ħall lil Birżebbuġa mill-Parroċċi tal-Gudja, Żurrieq, Għaxaq u Marsaxlokk u għamel lill-Kappella tad-Duluri awtonoma bl-ewwel Kappillan tagħha I-Kanonku Bormliż, Dun Karm Bugelli [2].

 

Il-Papa Qaddis Piju X kien ilu għaxar snin Vigarju ta’ Kristu.  Biex jikkonferma t-twaqqif tal-Parroċċa, l-lsqof Pace, fis-16 ta’ Settembru, 1913 ħareġ ukoll ittra pastorali li kellha tinqara fil-Knejjes kollha tad-Djoċesi [3].  Fiha, barra li nsibu d-drittijiet kif ukoll id-dmirijiet tal-Parroċċa l-ġdida, insibu l-konfini tal-Parroċċa kif jidhru skond il-pjanta mħażża minn Antonlo Emilio Calleja, f’Bormla nhar l-14 ta’ Awissu, 1908 [4] u kkonservata fil-Kurja.  Barra minn hekk, twaqqfu żewġ benefiċċji:- wieħed magħruf bħala ‘tal-Burix’ li kien jirrendi £18-13s-8d fis-sena [5], u l-ieħor ta’ tlett mitt lira taljana fis-sena li kien impost fuq il-Prebenda tad-Dinjita’ tal-Kantur tal-Kattidral [6].

Ma kienetx ħaġa faċli tipperswadi lill-lsqof iwaqqaf lil Birżebbuġa parroċċa b’kappella li rat il-bidu tagħha xi sitt snin qabel, Iżda Mons. Spir Penza, Kanonku Bormliż, fl-istess sena li fetaħ il-Kappella tad-Duluri (14 ta’ Awissu, 1907) [7], talab li din tingħata l-grad ta’ Parroċċa biex tkun ta’ vantaġġ spiritwali għal madwar 1,657 ruħ li kienu jgħixu fil-bajja ta’ Birżebbuġa.  Dan l-appell sar fis-7 ta’ Novembru, 1907 [8].  Appell ieħor sar minn Dun Alwiġ Albanese, Rettur tal-Kappella tas-Sagra Familja, nhar is-16 ta’ Novembru ta’ l-istess sena [9].

 

Din il-Kappella tad-Duluri, ma kienet xejn għajr remissa tas-Sur Paolo Attand Montalto mill-lsla, li kienet tinsab wara I-Lukanda ta’ Saverio D’Ambrosio.  Nhar l-1 ta’ Ottubru, 1907, Mons.  Penza u s-Sur Attard Montalto ftehmu għand in-Nutar Francesco Camilleri li Penza kellu jħallas £4-10s fis-sena bħala ċens [10].  Biex ikabbar il-Kappella, Mons. Penza nhar l-1 ta’ Settembru, 1909 quddiem in-Nutar Francesco G. Schembri, ftiehem mas-sidien, s-Sinjur Attard Montalto li jokkupa żewġ remissi oħra qrib [11].  Fl-14 ta’ Ottubru, 1912, imbagħad tħallsu I-aħħar pagamenti biex inxtraw it-tlett remissi f’daqqa għas-somma ta’ £332 [12].

 

 

 

Matul is-sitt snin sakemm twaqqfet f’Parroċċa, iI-Kappella tad-Duluri sarulha diversi alterazzjonijiet.  FI-10 ta’ Ottubru, 1909 fuq pjanta ta’ Salv. Sacco minn Bormla, inbdiet il-faċċata li spiċċawha f’Jannar tas-sena ta’ wara [13].  F’Awissu 1909 tbierket qanpiena miġbura mill-lmħallef Żaccaria Roncali [14], filwaqt li nhar is-17 ta’ Ottubru, 1901 inġiebet l-istatwa tad-Duluri, rigal tal-Kanonku Dun Achille Refalo [15].  II-Kappella tbierket mill-lsqof Pace [16].  L-ewwel Kappillan kien il-Kanonku Dun Karm Bugelli.  Dun Karm twieled nhar I-20 ta’ Lulju, 1866 [17] u sar saċerdot fl-1889 [18].  Wara li kien Kappillan ta’ I-Imqabba fl-1894  [19], hu laħaq Kanonku tal-Kolleġġjata ta’ Bormla fis-sena ta’ wara [20].  Fis-17 ta’ Frar, 1907, II-Kanonku Bugelli sar Kappillan ta’ San Ġiljan [21].   Għamel xi żmien ukoll bħala missjunarju fil-Gżira ta’ Korfu`, u meta rritorna Malta [22], l-lsqof Pace l-ewwel ħatru ekonomu tal-Kappella tad-Duluri fil-31 ta’ Ottubru, 1910 [23], u mbagħad, nhar is-17 ta’ Settembru, 1913 [24] innominah bħala l-ewwel Kappillan ta’ Birżebbuġa u ħa l-pussess nhar l-21 ta’ Settembru, 1913 [25].

 

Din is-sena għalhekk jaħbat il-75 anniversarju minn meta i-lsqof Pietro Pace għolla għad-Dinjita’ ta’ Parroċċa r-raħal ta’ Birżebbuġa.  Dan ir-raħal tant mexa ‘l quddiem fil-progress li fis-sena 1926 tbierket l-ewwel ġebla tal-Knisja l-ġdida ddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen, il-Patrun ta’ Birżebbuġa.

 

[1] A.A.M. – Kanċellerija:-Erectio Paroecia Birzebbugia 9 Sept.1913

[2] Ibid.

[3] A.A.M. – Mgr. Pietro Pace Vol 6, f.149 F’din l-lttra Pastorali nsibu li l-parroċċa twaqqfet fl-10 ta’ Settembru, 1913 u mhux jum qabel.

[4] A.A.M. – Kanċellerija:- Erectio Paroecia Birzebbugia 9 Sept.1913

[5] Ibid.

[6] Ibid.

[7]  A.A.M. – Suppliche 1907 Vol. IV – 257

[8] A(rkivju) P(arrokkjali) B(irżebbuġa) -Rb Anno 1893 – Ricorsi, Contratti, altri Docum f.262. Għalkemm dan ir-rikors jeżisti fl-arkivju tal-Parroċċa, fid-dokumenti tal-Kurja dan man stabx.  Hemm riferenzi biss għalih fil-Kanċellenja “Erectio Paroeda Birzebbugia 9 Sept.1913 fejn l-awtur tla-Pjanta ta’ Birżebbuġa, Antonio Emilio Calleja jghid li kien ra dan ir-rikors (Cospicua 14 agosto, 1908).

[9]  A.P.B. – Rb.Anno1893 – Ricorsi,Contratti,altri Documf.f.241-246.

[10] A.N.V. – Nutar Francesco Camilleri   – 1 Ott. 1907; Att. 449 (Locazione) f. 264 1-11

[11] A.N.V. – Nutar Francesco Giorgio Schembri :-1 Sett. 1909, Att. 490 f.f. 1-11

[12] A.N.V. – Nutar Enrico Saydon – 14 Ott. 1912; Att.222 f.f.318-323

[13] A.P.B. – Rb.Anno1893 – Ricorsi.Contratti.altri Documf. 256

[14] A.P.B.- lbid. f.255

[15] A.P.B.- lbid. f. 186

[16] A.P.B.- lbid f.256 u f. 187

[17] R.P.  – Acts of Birth – B 2336 / 86

[18]  A.A.M.-Ordinationes 1889 – 1902 f.12

[19]  A.A.M. – Kanċellerija:- Mqabba. Mhux paġinat.

[20]  A.A.M. – Canonici Cospicua 1812 -1889 (f.f. 151 -161) f. 157

[21]  A.A.M. – Kanċellerija:- San Ġiljan f. 261

[22]  A.A.M. – Atti Civili 1909

[23] A.A.M. – lbid. 1910

[24]  A.A.M. – Kanċellerija: B’Bugia f.f. 89 – 96

[25]  A.A.M. – Ibid f.99

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: