Skip to content

Uħud mill-Benefatturi ta’ l-Artal Maġġuri fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa

 

Uħud mill-Benefatturi ta’ l-Artal Maġġuri fil-Knisja Parrokkjali.
kitba ta’ Conrad D’Amato f’isem l-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa
2005.

 

stampa

caption

 

Ħamsin sena ilu fil-parroċċa ta’ Birżebbuġa kien għadu kif tlesta proġett ambizzjuż ħafna.  Dan kien l-artal il-maġġur fil-knisja parrokkjali ta’ San Pietru. Dan il-proġett li kien mifrux fuq firxa ta’ tliet snin, kien ġie varat fi żmien il-Kappillan Dun Mikiel Spiteri, pero’ tpoġġa f’postu fi żmien il-Kappillan ħabrieki Dun Ġużepp Minuti. Dan l-artal inħadem mid-ditta Armando Batelli ta’ Pietrasanta l-Italja fuq disinn tal-Kavallier Vincenzo Bonello, u kien lest fi Frar ta’ l-1955. Din li ġejja hi lista ta’ persuni li kkontribuxxew bid-donazzjonijiet tagħhom, li nġabru mill-Kappillan Dun Mikiel Spiteri bejn l-10 ta’ Marzu ta’ l-1953 u l-31 ta’ Jannar ta’ l-1954 hekk kif tinsab fl-arkivju tal-knisja parrokkjali.

 

Isem

Donazzjoni

Carm. Camilleri

£4-0-0

Gius. Debattista

£l-0-0

Nikola Balzan

£5-0-0

Dr. Busuttil

£4-0-0

Vinc.Vella

£l-0-0

Vinc.Camilleri

£2-0-0

Gius. Camilleri

£5-0-0

Netta Schembri

£2-0-0

Fran. Zammit

£l-0-0

N.N.

£l-9-0

Giov. Debattista

£l-0-0

G.B.Caruana

£l-0-0

Giov. Farrugia

£l-0-0

Emm. Del Nero

£l-0-0

Rappreżentanti mill-Azzjoni Kattolika Rġiel

£3-0-0

Fran. Tabone

£l-0-0

A.Purshouse

£l-0-0

Elvira Scicluna

£l-0-0

Ass.Xerri

£0-10-0

Gius.Grima

£0-10-0

Vinc.Camilleri

£0-10-0

M. Anna Camilleri

£0-10-0

Tomm. Formosa

£0-10-0

Pask. Camilleri

£0-10-0

Sav. Aquilina

£0-10-0

Karm. Montebello

£0-10-0

Karm. Grima

£0-10-0

Karm. Grima

£0-10-0

N.N.

£0-10-0

N.N.

£0-10-0

Kon. Abela

£0-50-0

 

Ma’ dawn il-benefatturi li hawn imniżżlin hawn fuq, kien hemm bosta benefatturi oħra li isimhom mhux imniżżel.  Fl-arkivju tal-Knisja hemm lista oħra ta’ individwi li rebħu l-lotteriji li l-Kappillan Dun Mikiel Spiteri kien jorganizza ta’ kull ġimgħa għal erba’ xhur, bejn l-4 ta’ Ottubru ta’ l-1953 u l-31 ta’ Jannar ta’ l-1954 ftit xhur qabel ma temm il-parrokkat tiegħu f’Birżebbuġa, sabiex laħaq arċipriet iż-Żejtun.

Din il-lista li ġejja hi iktar dettaljata mill-oħrajn għax tinkludi l-indirizzi residenzjali ta’ ħafna mir-rebbieħa, u għalhekk tagħtina ħjiel aħjar ta’ min kienu dawn in-nies.

 

Data

Benefattur/a

Numru tal-Biljett

04/10/53

Beatrice Borg, Triq Kalafrana, Birżebbuġa

1117

11/10/53

Manuel Vella, Birżebbuġa

T1082

18/10/53

E. Gialanze, Government Buildings, Paola

W1358

25/10/53

N.N.

V99

01/11/53

Ġorġ Borg, Gżira Road, Birżebbuġa

W93

08/11/53

F. Żammit, St. Thomas Street, Birżebbuġa

X1086

15/11/53

Jolina Theuma, St. Joseph Street, Birżebbuġa

Y1511

22/11/53

Paskal Camilleri, St. Thomas Street, Birżebbuġa

1172Z

29/11/53

Moran Vincent, 40 Boni Consili Street, Paola

Z1433

06/12/53

Vincent Zahra, 8, St. Philip Street, Birżebbuġa

Z1356

08/12/53

Rita Gauci, Gżira Road, Birżebbuġa

308X

13/12/53

Joseph Micallef, 31, New Street, Birżebbuġa

A1266

20/12/53

Angela Grima

E1230

25/12/53

Carmelo Zammit, 14, St. Philip Street, Birżebbuġa

E1439

27/12/53

Unknown

N1045

03/01 /54

Edgar Vidal, 16 Strada Addolorata, Birżebbuġa

01190

10/01/54

Joseph Briffa, 12, Parish Street, Birżebbuġa

P292

17/01/54

Lucy Davies, 41, Birżebbuġa Road, Birżebbuġa

Q932

24/01/54

Pio Busuttil, Safi

E571

31/01/54

N.N. Birżebbuġa

F84

 

Il-Kappillan Dun Mikiel Spiteri ma laħaqx ġabar l-ispiża kollha għal dan il-proġett, li kienet tammonta għal £1,780 (minbarra l-ispejjeż tal-vapur, garanziji u t-tqegħid tieghu fil-post). Għalhekk l-aħħar parti ta’ l-ispiża (madwar £300 lira) nġabret mill-Kappillan Dun Ġużepp Minuti, li dan min-naħa tiegħu kompla fuq dan il-proġett billi iktar tard fis-snin għamel il-battisteru tal-magħmudija u l-paviment ta’ l-irham mal-knisja kollha.

Xieraq għalhekk li nagħtu ġieħ lil dawn il-benefatturi kollha flimkien ma’ ħafna oħrajn li sfortunatament ma sibtx isimhom, għat-tifkira sabiħa li ħallewlna. Artal tabilhaqq prestiġjuż li għalih il-knisja parrokkjali tagħna hi magħrufa.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: