Skip to content

Statistika u Żviluppi f’Birżebbuġa

 

Statistika u Żviluppi f’Birżebbuġa.
kitba u riċerka ta’ Awtur mhux Indikat
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1988.

 

stampa

caption

 

Fir-reġistri tal-Parroċċa tagħna li twaqqfet fid-9 ta’ Settembru 1913 nsibu li l-ewwel tlett Sagramenti ngħataw lil William Myhill.  Dan kien Protestant li kkonverta u tgħammed fil-Knisja Kattolika nhar it-2 ta’ Ottubru, 1913.  L-għada, 3 ta’ Ottubru, irċieva l-Griżma ta’ l-lsqof sabiex fid-9 ta’ Novembru ngħaqad fiż-żwieġ ma’ Marija Żerafa.

Fir-reġistru tal-mewt insibu li kienu bosta dawk it-trabi li jmutu malajr. Hekk insibu li Ġużeppa Saliba u Mattew Mizzi, it-tnejn ta’ 11-il xahar, mietu fid-29 ta’ Settembru u fid-19 ta’ Novembru 1913 rispettivament.  It-tielet mejjet reġistrat kien Ġużeppi Gauci li miet fil-11 ta’ Diċembru 1913, fl-għomor ta’ 70 sena.

Jinteressana wkoll iż-żmien li fih il-parroċċa inbidlet minn dik tad-Duluri għal dik ta’ San Pietru.  Jidher fil-kotba, li Marija Abdilla tgħammdet fl-10 ta’ Frar 1937 fil-Knisja tad-Duluri, filwaqt li Vinċenż Vella, li tgħammed fit-12 ta’ Frar 1937, jingħata l-isem ta’ Pietru fil-fonti.

L-lsqof Dom Mauro Caruana amministra s-sagrament tal-Griżma ta’ l-lsqof lil Antonio Bonnici fit-30 ta’ Diċembru, 1936.  Imbagħad, is-sena ta’ wara, l-lsqof ta’ Għawdex, Mikiel Gonzi, amministra dan is-sagrament lil għadd ta’ tfal fil-Knisja l-ġdida nhar is-6 ta’ Ġunju, 1937.

Iż-żwieġ ta’ Mikiel Rizzo ma’ Ġużeppa Formosa sar fil-Knisja l-qadima nhar il-5 ta’ Jannar, 1937, iżda dak ta’ Rosario Pisani ma’ Antonia Grech sar fil-Knisja l-ġdida fis-6 ta’ April, 1937.

L-aħħar timbru tal-Parroċċa tad-Duluri, fir-reġistru ta’ l-imwiet, jinsab ħdejn l-isem ta’ Tereża Carabott li mietet fil-25 ta’ Frar, 1937; waqt li ntuża timbru ġdid għad-dħul tal-mewt ta’ Katarina Bonnici li mietet fil-5 ta’ Marzu 1937.

Ta’ min jinnota dawk ir-residenti li laħqu l-eta’ ta’ 100 sena meta kienu joqogħdu f’Birżebbuġa. Dawn kienu: Giulia Mompalao (1884-1985), Rosaria Cordina (1886-1987) u issa Lukrezia Grima mwielda fl-1888. Ta’ l-ewwel minn Ħal-Balzan u l-aħħar tnejn minn Bormla.

Statistika miġbura mir-Reġistri tal-Parroċċa turi li d-dħul fihom kien hekk: Settembru imqassmin f’perijodi ta’ 25 sena l-wieħed.

 

Perijodu

Magħmudija

Griżma ta’ l-lsqof

Żwiġijiet

Mwiet

1913-1937

832

750

151

479

1938-1962

3426

2555

625

945

1963-1987

2307

2044

875

875

TOTAL

6565

5349

1651

2299

 

 

IL-POPOLAZZJONI F’B’BUĠA F’DAWN IL-75 SENA (1913-1988)

Miċ-ċensiment insibu kif kienet il-popolazzjoni f’dawn is-snin:

 

Sena

Popolazzjoni

1921

1219

1931

2215

1948

5339

1967

4876

1985

5668

 

Jekk inqabblu dawn il-figuri mad-dħul fir-reġistri parrokkjali nsibu li Birżebbuġa bdiet tikber fl-ewwel 25 sena, waqt li fit-tieni 25 sena kienet qed tikber bl-ogħla rata sakemm laħqet il-quċcata mal-gwerra.  Imbagħad naqset ftit sakemm issa bdiet tikber mill-ġdid imma b’rata iżgħar u diġa’ laħqet l-ewwel quċċata filwaqt li għadha qed tikber.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: