Skip to content

Laqgħa mas-Sur Ċikku Mallia, ta’ 76 Sena

 

Laqgħa mas-Sur Ċikku Mallia, ta’ 76 Sena
kitba u riċerka ta’ Awtur Mhux Indikat
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1988.

 


caption

 

Sa fejn naf jien, Ċikk, Int Żurrieqi.  Allura x’kienet ir-raġuni li ġejt toqgħod hawn Birżebbuġa?

Ġejna noqogħdu Birżebbuġa għax missieri kien jaħdem it-Torpedo Depot ta’ Kalafrana.  Billi miż-Żurrieq għal hawn isfel hemm ġibda ġmielha, inżilna bil-familja b’kollox.  Mhux aħna biss għamilna hekk, iżda kienu bosta oħrajn li għamlu bħalna.

 

Int kont l-ewwel superjur tal-MUSEUM ta’ Birżebbuġa.  Tgħidilna xi ħaġa fuq din il-ħidma?

Jien kont wieħed minn ta’ l-ewwel li waqqafna l-MUSEUM.  Dejjem kont attiv f’dan ix-xogħol.  Niftakar li Dun Ġorġ kien għajjatli u qalli li sa jagħmilni Superjur.  Jien ma ridtx naċċetta iżda hu qalli li Alla kien qed jagħżilni għal din il-ħidma.  U b’ubbidjenza kelli naċċetta.

 

Taf tgħidilna ta’ min kienet l-idea li tinbena l-Knisja l-ġdida?

Kulħadd kien iħoss il-bżonn ta’ knisja ġdida u akbar, u l-Kappillan Dun Anġ Fenech, b’mod speċjali.  Hu ħadem ħafna biex din il-knisia tinbena u l-poplu għenu.  Fil-fatt sab għajnuna kbira mill-poplu ta’ Birżebbuġa.  Wieħed jista’ jgħid li x-xogħol fuq il-bini kien fil-parti l-kbira jsir “gratis”, imma mbagħad kien isir il-ġbir ukoll mingħand in-nies.  Ħa ngħidha ċara u tonda: kien hemm differenza kbira bejn iż-Żurrieq u Birżebbuġa.  In-nies ta’ Birżebbuġa kienu tant qalbhom ġeneruża.  Jekk iz-Żurrieq, dak iż-żmien, ngħidu aħna, kienu jagħtu sitt ħabbiet, in-nies ta’ Birżebbuġa kienu jagħtu sold.  Dan qed ngħidu b’esperjenza personali – kien poplu galantom.  Niftakar li anke min iħallsilna l-kera tal-MUSEUM kien hemm!  F’dak iż-żmien f’Birżebbuġa ma kien hawn xejn.  Allura lil tal-MUSEUM kienu jħobbuna ħafna għax kienu mixteqin.  Kif konna nagħmlu appell tara lin-nies kollha ġejjin u kulħadd jgħin.

 

Tiftakar min kien il-bennej tal-Knisja?

ll-qofol tal-Knisja kien Indri’, magħruf bħala “Iz-Zlejku”, minn Ħal-Luqa.  Dan l-imgħallem kien raġel tas-sengħa u kulħadd kien joqgħod għall-ordnijiet tiegħu.  Fuq kollox kien iffissat li jara l-Knisja lesta.  Ħadem ħafna, dan Indri’.  Kif ġa għidtlek, in-nies kienet taħdem u tagħti minn qalbha.  Anke fil-vaganzi jew fil-festi kont tara nies imiddu jdejhom għax-xogħol.  Ta’ min isemmi hawn lill-familja ta’ “Farfar”, waħda mill-ewwel familji li kien hawn, li għenu ħafna wkoll.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: