Skip to content

L-Ittra Pastorali ta’ L-isqof Pietru Pace li Permezz tagħha Xxandar it-Twaqqif tal-Parroċċa ta’ Birżebbuġa.

 

L-Ittra Pastorali ta’ L-isqof Pietru Pace li Permezz tagħha Xxandar it-Twaqqif tal-Parroċċa ta’ Birżebbuġa.
Awtur Oriġinali Eċċ. Isqof Pietru Pace
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1988.

 

caption

 

 

PIETRO PACE GĦALL-GRAZZJA T’ALLA U TAS-SEDE APPOSTOLIKA, ARĊISQOF TA’ RODI, ISQOF TA’ MALTA.

 

Sabiex ikun jista’ jinfirex aktar il-frott spiritwali fiż-żona rurali, magħruf bħala Birżebbugia, li qiegħda fil-limiti ta’ l-irħula tal-Gudja, Żurrieq, Ħal-Għaxaq u Marsaxlokk, frott li għadu sa issa jitgawda sa minn dak iż-żmien li konna waqqafna hemmhekk il-Knisja Viċendarja ddedikata lil Marija Addolorata, u biex aktar titkabbar l-opportunita’ li l-fidili jkunu jistgħu jirċievu s-sagramenti, jassistu għas-sagrifiċċju tal-quddiesa u jisimgħu l-kelma ta’ Alla aktar sikwit u u b’aktar kumdita’, u ġaladarba jidhru li hemm prospetti sbieħ biex il-kura ta’ l-erwieħ titmexxa ‘l quddiem u tinfirex f’dawk l-inħawi, kif ġie ndikat Lilna dan l-aħħar mill-istess Viċendarju, dehrilna li l-post imsemmi, magħruf bħala Birżebbugia, bin-nies kollha li joqogħdu fih, għandna nifirduh mill-knejjes parrokkjali tal-Gudja, Żurrieq, Ħal-Għaxaq u Marsaxlokk, li lkoll jinsabu ‘l bogħod minnu u nwaqqfuh bħala Parroċċa separata.

Għalhekk, bl-awtorita` Tagħna ordinarja u b’dik Appostolika delegata Lilna, it-territorju ta’ Birżebbugia bl-abitanti kollha tiegħu, b’dan id-digriet qegħdin naqtgħuh, naqsmuh u nifirduh mill-knejjes parrokkjali msemmija, u l-Knisja ta’ Marija Addolorata ngħolluha u niddikjarawha Parroċċa ġdida, bis-setgħat, drittijiet u fakultajiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħidma tal-kura ta’ l-erwieħ, tas-sagrament tal-penitenza, kif ukoll l-amministrazzjoni tas-Sagramenti, li normalment jamministrawhom il-Kappillani, bid-dmirijiet, piżijiet, drittijiet, unuri u dak kollu li hu marbut mal-liġijiet li jirrigwardaw il-parroċċa, filwaqt li nissupplixxu, fejn ikun meħtieġ, il-kunsens għal dawk li għandhom jew jippreżumu li għandhom xi nteressi.

Bħala remunerazzjoni u sostenement tal-Kappillan attwali, u ta’ dawk li jiġu warajh, minbarra l-ewwel frott u drittijiet oħra u kontribuzzjonijiet li l-parruċċani ta’ l-irħula tal-Gudja, Żurrieq, Ħal-Għaxaq u Marsaxlokk kienu soltu jagħtu lill-Kappillani tagħhom, nassenjaw is-somma ta’ tmintax-il lira Ingliża, tlettax-il xelin u tmien soldi (£18-13-8), fuq il-frott u r-renti tal-benefiċju, mingħajr ebda rbit, imsejjaħ “Tal-Burix”, kif ukoll ir-renti marbuta ma’ dak l-istess benefiċju għas-somma ta’ £14-13-8 u nagħtuhom a favur tal-bini tal-Knisja, għall-ispejjeż u l-ħtiġijiet tal-kult, bis-saħħa tar-Reskritt Appostoliku tal-15 ta’ Diċembru 1909 u minna esegwit regolarment fid-19 ta’ Mejju 1913.

Bl-istess mod nassenjaw a favur ta’ l-istess Knisja Parrokkjali l-ġdida r-renta ta’ kull sena ta’ 300 Lira Taljana, imposta fuq il-frott u r-redditi tal-Kanonikat u l-Prebenda tal-Kantur tal-Knisja Kattidrali, mogħtijin permezz ta’ l-lttra Appostolika f’Ruma bid-data tas-6 ta’ Awissu tas-sena kurrenti, u esegwita min-naħa Tagħna, kif fid-dover, fis-6 ta’ Settembru ta’ l-istess sena.  Iżda, sabiex ma jinqalgħux xi darba kwistjonijiet dwar il-limiti (parrokkjali) Aħna qegħdin b’dan id-Digriet Tagħna nisseparaw din il-Parroċċa ġdida u niddikjarawha tali, mill-Parroċċi antiki, skond il-pjanta annessa, magħmula mill-Perit imqabbad minna għal din il-biċċa xogħol, u miżmuma fl-Atti tal-Kurja Tagħna.

Biex jieħu ħsieb il-kura spiritwali tal-poplu tal-Parroċċa l-ġdida msemmija, Aħna nqiegħdu u niddelegaw lill-lben Tagħna fi Kristu, ir-Reverendu Carmelo Bugelli, u f’idejh nafdaw l-amministrazzjoni tas-Sagramenti kollha tal-Knisja, filwaqt li rridu u nordnaw li kulħadd juri u jwettaq I-ubbidjenza kollha dovuta lilu.

 

Mogħti mill-Palazz Tagħna Arċiveskovili, fil-Belt Valletta, fid-9 ta’ Settembru 1913.

ft. † Pietro Pace, Arċisqof ta’ Rodi u Isqof ta’ Malta

Saċ. P. Vella Mangion, Kanċillier.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: