Skip to content

Kappillani f’Birżebbuġa (1913-2000)

 

Kappillani f’Birżebbuġa.
(Mill-ewwel kappillan sena 1913 sat-tmien kappillan sena 2000)
kitba ta’ Michael Balzia
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2001.

 

stampa

caption

 

Dun Nikola Pace, il-kappillan preżenti, huwa t-tmien kappillan fis-serje li mexxew il-parroċċa tagħna sa mill-bidu tat-twaqqif tagħha fil-Kappella tad-Duluri nhar id-9 ta’ Settembru 1913. Għal sentejn (1922-1923), il-parroċċa kienet immexxija minn vigarju-kurat, flok kappillan li kien Dun Ġużepp Delia.  Fl-1938, il-parroċċa bidlet is-sede tagħha minn dik tad-Duluri għal dik ta’ San Pietru fil-Ktajjen wara li nhar id-29 ta’ Awissu, 1926 tqiegħdet l-ewwel ġebla tagħha mill-Isqof Dom Mauro Caruana, O.S.B. Il-parroċċa taf it-twaqqif tagħha lill-Kanonku Bormliż Mons. Spiridione Penza li fl-1907 fetaħ il-Kappella tad-Duluri.

 

Dun Karm Bugelli
Twieled:
Bormla fl-20 ta’ Lulju 1866
Ġenituri: Salvatore u Petronilla nee Cutajar
Qaddes: 21 ta’ Diċembru 1889
Ħidma qabel ma sar kappillan f’Birżebbuġa: Kappillan ta’ l-Imqabba (1894-1895); Kanonku ta’ Bormla; Membru tal-Kunsill tal-Gvern (1898-1899); Kappillan ta’ San Ġiljan (1904-1907); Missjunarju fil-Gżira ta’ Korfu; Ekonomu tal-Kappella tad-Duluri (Birżebbuġa) (1910-1913)
Pussess ta’ Kappillan: 21 ta’ Settembru 1913
Ħidmietu f’Birżebbuġa: Waqqaf il-Fratellanza tas-Sagrament (1913) u tar-Rużarju (1914); L-ewwel kappillan
Ħidma wara li ħalla l-parroċċa: Ikkontesta l-Elezzjonijiet tas-snin 1921, 1924 u 1927. Elett fl-ewwel tnejn.
Miet: 22 ta’ Mejju, 1936 fl-Isptar Ċentrali tal-Floriana
Midfun: Ċimiterju ta’ l-Addolorata

 

Dun Ġużepp Delia (Vigarju Kurat)
Twieled:
Is-Siġġiewi fit-28 ta’ April 1873
Ġenituri: Nicholas u Carmela nee’ Debono
Qaddes: 22 ta’ Ġunju 1903
Ħidmietu qabel ma sar vigarju-kurat F’Birżebbuġa: Prokuratur tal-Fratellanza tas-Sagrament (Siġġiewi)
Vigarju-Kurat: 12 ta’ Diċembru 1921 sal-25 ta’ Jannar 1924
Miet: 18 ta’ Marzu 1939 fis-Siġġiewi
Difnuh: Fil-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi

 

Dun Angelo Fenech
Twieled:
Ħal-Lija fil-25 ta’ Marzu 1882
Genituri: Joseph u Carmela nee Agius
Qaddes: 23 ta’ Diċembru 1905
Ħidma qabel ma sar kappillan f’Birżebbuġa: Kappillan tal-‘Boy Scouts’ (Attard-Lija-Balzan Group)
Pussess ta’ Kappillan: 3 ta’ Frar 1924
Ħidmietu f’Biriebbuġa: Nhar is-29 ta’ Awissu, 1926 tqiegħdet l-ewwel ġebla tat-tieni Knisja Parrokkjali.  Fl-1947 inġiebet minn Ruma l-ewwel vara titulari rigal ta’ Carmelo Axiaq.
Ħidma wara li ħalla l-parroċċa: Fl-1952 laħaq monsinjur tal-Katidral ta’ l-Imdina tal-Prebenda Għar Barka I
Miet: 13 ta’ Jannar, 1964 fir-Rabat (Malta)
Midfun: Katidral ta’ l-Imdina.

 

Dun Mikiel Spiteri
Twieled:
Iż-Żejtun fis-6 ta’ Settembru 1912
Ġenituri: Joseph u Gaetana nee Carabott
Qaddes: 25 ta’ Lulju l937
Ħidma qabel ma sar kappillan f’Birżebbuġa: Direttur u Fundatur tal-Juventut Domus Sacra Familia, Żejtun; Membru tal-Missjoni l-Kbira (1938); Kappillan ta’ Ħal Kirkop (1943-1952)
Pussess ta’ Kappillan: 15 ta’ Ġunju 1952
Ħidmietu PBirżebbuġa: Beda z-zuntier, ġabar il-fondi għall-altar maġġur ta’ l-irħam.
Ħidma wara li ħalla l-parroċċa: Arċipriet taż-Żejtun (1954-1962); Kanonku koadjutu tal-Katidral ta’ l-Imdina (Prebenda Għar Barka II); Kanonku tal-Katidral (1966)
Miet: 25 ta’ Frar 1970 fiż-Żejtun
Midfun: Ċimiterju Santu Rokku (Żejtun)

 

Dun Ġużepp Minuti
Twieled:
Bormla fil-11 ta’ Mejju 1916
Genituri: Antonio u Emanuela nee Vella
Qaddes: 18 ta’ Mejju 1940
Ħidma qabel ma sar kappillan f’Birżebbuġa: Kappillan ta’ l-Isqof Emm. Galea (194l-1949); Għallem fis-Seminarju (1942-1944); Kanonku Penitenzier f’Bormla (1949); Kappillan ta’ Ħal Balzan (1950-1954)
Pussess ta’ Kappillan: 21 ta’ Novembru 1954
Ħidmietu f’Birżebbuġa: Sett Qniepen Olandiżi (1969); Vara San Pietru (1959) San Ġużepp (1961) u Rużarju (1960); Paviment ta’ l-irħam (1963); Via Sagra (1957) Inawgura l-artal maġġur; Tabernaklu għall-artal maġġur (1962); Fonti tal-Magħmudija (rigal ditta ‘Shell’); Konsagrazzjoni tal-Knisja (14 ta’ Mejju, 1977)
Ħidma wara li ħalla l-parroċċa: Kanonku onorarju tal-Knisja ta’ Bormla (1973); Kanonku kordinatur ta’ Mons. Antonio Cilia (1978); Kanonku effettiv tal-Katidral (Awissu 1979); Segretarju Amministrattiv (1985-1993); Għadu sal-lum joqgħod fil-parroċċa u jagħti s-servizz tiegħu lill-parroċċa.

 

Dun Karm Frendo
Twieled:
Ħal Qormi (Parroċċa San Ġorġ) fl-10 ta’ Settembru 1942
Ġenituri: George u Antonia nee Cassar
Qaddes: 22 ta’ Marzu 1969
Ħidma qabel ma sar kappillan F’Birżebbuġa: Viċi-Kappillan (Parroċċa Kunċizzjoni – Ħamrun) (1969-1974); Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli (1974-1978)
Pussess ta’ Kappillan: 29 ta’ Ottubru 1978
Ħidmietu f’Birżebbuġa: Waqqaf diversi kummissjonijiet fil-Kunsill.
Parrokkjali; Waqqaf il-Marċ ta’ fil-għodu (1979); Għamel iż-żewġ antiporti tal-bibien tal-ġenb.
Miet: 13 ta’ Ġunju 1980 fid-dar parrokkjali ta’ Birżebbuġa.
Midfun: Ċimiterju ta’ Ħal Qormi.

 

Dun Pawl Buttiġieġ
Twieled:
Il-Marsa (Parroċċa Trinità) fid-9 ta’ Frar 1954
Ġenituri: Gaetano u Vincenza Bonnici
Qaddes: 21 ta’ April 1979
Ħidma qabel ma sar kappillan f’Birżebbuġa: Viċi-kappillan fil-parrocca tal-Kunċizzjoni l-Ħamrun; Segretarju ta’ l-Arċisqof fl-Uffiċċju tal-Kleru u Parroċċi; Segretarju tal-laqgħa għad-Dekani; Viċi Kappillan f’Birżebbuġa (1980)
Pussess ta’ Kappillan: 12 ta’ Ottubru 1980
Ħidmietu f’Birżebbuġa: Bini tas-Sala Parrokkjali; Bradella u n-Niċċa ta’ San Pietru; Stallazzjoni ġdida ta’ dawl fil-knisja u d-dawl tal-faċċata; Il-bini tas-sagristija.
Ħidma wara li ħalla l-parroċċa: Missjunarju fiċ-Ċili u Kuba; Direttur Spiritwali fis-Seminarju Maġġuri.

 

Dun Ġużepp M. Farrugia
Twieled:
Santa Venera iżda trabba f’Ħaż-Żabbar fid-9 ta’ Ottubru 1942.
Ġenituri: John u Olympia nee Tanti.
Qaddes: 22 ta’ Marzu 1969.
Ħidma qabel ma sar kappillan f’Birżebbuġa: Għallem fl-iskejjel primarji tal-Gvern; Viċi-parroku tal-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar (5 snin); Assistent Ekkleżjastiku ta’ l-Azzjoni Kattolika Ġuvintur (Żabbar) u ċ-chaplain   tas-Soċjetà Filarmonika San Mikiel (Żabbar); Kappillan ta’ l-Imqabba (1974); Kappillan tal-Kalkara (1975-1990)
Pussess ta’ Kappillan: 24 ta’ Ġunju 1990.
Ħidmietu PBirżebbuġa: Fil-Knisja Parrokkjali nbeda d-damask.
Ħidma wara li ħalla l-parroċċa: Arċipriet tal-Knisja Kolleġġata tar-Rabat (Malta) (2000).

 

Dun Nikola Pace
Twieled:
Is-Siġġiewi fl-1 ta’ Diċembru 1961.
Genituri: Carmelo u Josephine nee Zammit.
Qaddes: 8 ta’ Lulju 1988.
Ħidmietu qabel ma sar kappillan F’Birżebbuġa: Viċi-Parroku fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem (Birkirkara); Viċi-Parroku fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar; Kappillan ta’ Ħal Safi (1994-2000)
Pussess ta’ Kappillan: 9 ta’ April 2000
Ħidmietu f’Birżebbuġa: Beda l-iskultura tal-kapitelli.

 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: