Skip to content

It-Twaqqif tal-Fratellanzi f’Birżebbuġa

 

It-Twaqqif tal-Fratellanzi
Kitba u riċerka ta’ Michael Balzia.
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: 75 Sena Parroċċa 1913. (Edizzjoni Speċjali Settembru-Ottubru 1988)

 

stampa

caption

 

Is-sena 1913 barra li hi sena importanti għall-parroċċa għaliex fiha Birżebbuġa rat il-magħmudija tagħha, hija importanti wkoll għal raġuni oħra: fiha u fil-bidu tas-sena ta’ wara (1914) twaqqfu ż-żewġ fratellanzi li għandna fil-parroċċa; Il-Fratellanza tas-Sagrament u dik tar-Rużarju.

Il-Fratellanza tas-Sagrament u tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ twaqqfet kanonikament nhar it-28 ta’ Novembru 1913. Barra r-rikors li nkiteb mill-Kappillan, il-Kanonku Dun Karm Bugelli, fl-4 ta’ Novembru 1913, il-Kappillan ippreżenta wkoll l-lstatut li ġie emendat mill-Awtoritajiet Ekklesjastiċi fil-25 ta’ Novembru biex il-Fratellanza, barra li tieħu ħsieb il-festa ta’ “Corpus Domini”, tieħu ħsieb ukoll il-festa tal-Qalb ta’ Ġesu. (1)

Fi żmien Dun Ġużepp Delia li kien laħaq bħala Vigarju Kuratta l-parroċċa flok il-Kappillan Bugelli, sar prokuratur ġenerali tal-Fratellanza Giuseppe Zerafa. Dan kien nhar il-21 ta’ Ottubru ta’ I-1923. (2)

FI-inventarju tal-Knisja Parrokkjali miġbur mill-Kappillan Dun Anġ Fenech, fit-23 ta’ Settembru 1936 u miżmum fl-Arkivji Parrokkjali, hemm imniżżla diversi oġġetti li kienu jappartjenu lill-Fratellanza, fosthom: standard aħmar bil-lasta (di metallo bianco) u salib, surġentina, medalja u salib b’żewġ lanterni (di metallo bianco) mogħtija lilha minn Salvatore Schembri minn Birżebbuġa fl-1935. (3)

Il-Fratellanza l-oħra, dik tar-Rużarju, twaqqfet f’Birżebbuġa nhar I-4 ta’ Jannar 1914 wara li ġiet approvata mill-Provinċjal tal-Patrijiet Dumnikani, Patri Hyacinthus M. Cormier O.P. bil-“bolla” tal-31 ta’Ottubru 1913.

L-lsqof Pietro Pace ta l-kunsens tiegħu nhar id-29 ta’ Ottubru 1913. L-ewwel rettur tagħha kien il-Kappillan stess u għat-twaqqif tagħha, Dun Frans Saverio Cutajar u Antonio Zarb kienu xhieda. (4-5) 

Sfortunatament din il-Fratellanza għamlet xi żmien wieqfa. Reġgħet bdiet tiffunzjona fis-sena 1961. (6)

Ta’ min jgħid ukoll li fis-sena 1914 il-purċissjonijiet li kienu jsiru fil-parroċċa barra tar-Rogazzjonijiet (dawn kienu 4, waħda għal kull staġun u fihom kienu jitbierku l-irjieħ) kienu 4: Corpus, Qalb ta’ Ġesu, Duluri (FestaTitulari), u tar-Rużarju. (7)

 

Referenzi:

  1. A.A.M. – Suppliche 1913 Vol III – 327.
  2. A.A.M. – Suppliche 1923 Vol III – 455.
  3. A.A.M. – Ab Anno 1893 – Ricorsi, Contratti, altri Docum. f. 549.
  4. A.P.B. – Archivio Parrocchiale.
  5. A.A.M. – Atti Civili 1913 Nru. 101 f. 268.
  6. A.P.B. – vvizi, Copie. Mhux paġnat.
  7. A.A.M. – Atti Civili 1914 Nru. 64.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: