Skip to content

Intervista mas-Sinjura Ġużeppa Francalanza, fl-eta’ ta’ 74 Sena

 

Intervista mas-Sinjura Ġużeppa Francalanza, fl-eta’ ta’ 74 Sena
kitba u riċerka ta’ Awtur Mhux Indikat
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1988.

 

caption

 

Tgħidilna ftit fejn twelidt u tgħammidt, Ġużeppa?

Jiena twelidt Strada San Giuseppe, Birżebbuġa u ġejt mgħammda fil-Knisja tad-Duluri li dak iż-żmien kienet għadha kif saret il-Knisja Parrokkjali. Għammidni l-Kappillan Dun Karm Bugelli, l-ewwel Kappillan tal-Parroċċa.  Nista’ ngħidlek ukoll li jiena kont il-ħames waħda li tgħammidt minn meta sirna Parroċċa fl-1913.

 

X’tifkiriet għandek tal-Knisja tad-Duluri?

Meta kont tfal jien, konna nitgħallmu d-duttrina fiha.  Kien jgħallimna l-Kappillan Bugelli.  Konna sew sew, 30 b’kollox – bniet u subien dik il-ħabta.  Allura, kien ipoġġina bank naħa u bank naħ’oħra u hu, jimxi f’nofsna jgħallimna d-duttrina.  Anke l-ewwel Tqarbina għamiltha hawn kif ukoll il-Griżma li għamilhieli l-lsqof ta’ qabel Mons. Mawru Caruana, jiġifieri l-Isqof Pietru Pace li kien hu li waqqafna Parroċċa.  Issa ngħidlek xi ħaga dwar il-bini tagħha.  Il-Knisja kienet l-istess bħal ma hi llum.  Faċċata, fuq l-altar kien hemm kwadru tad-Duluri.  Fuq kull naħa kien hemm żewġ kwadri oħra: wieħed tal-Qalb ta’ Ġesu` u l-ieħor tal-Qalb ta’ Marija.  Bħala titular kien hemm l-istatwa tad-Duluri, l-istess waħda li għadna noħorġu llum fil-festa tagħha.  Dak iż-żmien kienet issir quddiesa waħda fil-għodu, imbagħad fil-għaxija konna mmorru biex “nieħdu l-barka”, imma qabel konna ngħidu r-rużarju.  Taf x’niftakar l-iżjed tal-Kappillan Bugelli – dik it-talba li kien jgħid lil Sant’Antnin: “Xi tlettax il-grazzja kellu dak l-imbierek Sant’Antnin, li f’idejh kellu l-Bambin”.  U jgħid tlettax-il darba Pater Noster u Ave Maria.  Għax għandek tkun taf li dik l-istatwa ta’ Sant’ Antnin li hawn fil-Knisja l-kbira, dari kienet hemm.

 

Issa x’tifkiriet għandek ta’ Birżebbuġa fi tfulitek?

Iva, ngħidlek.  L-ewwelnett, Birżebbuġa ma tantx kien hawn nies.  Jien niftakarha nofsha ħamrija – jekk ngħidlek tiskanta.  Per eżempju, fejn illum hemm il-pitch tal-Waterpolo, li dak iż-żmien kien magħruf bħala “tan-nagħaġ”, mal-baħar kien kollu għerien fil-blat.  Hemmhekk kienu jinżlu ż-Żrieraq biex jaħslu s-suf tan-nagħaġ.  It-Tankijlet tax-Shell telgħu fi żmieni.  Kalafrana u Ħal Far fi żmieni wkoll.  Fil-fatt, kien minħabba dawn ix-xogħolijiet li ppopolat ruħha Birżebbuġa.  Għal dik ir-raġuni li ġew l-irġiei jaħdmu hawn, u taf inti, imbagħad kellhom jibnu djarhom f’dawn in-naħat.  Fis-sajf, il-Knisja kienet tkun mimlija u ġieli lanqas konna nsibu siġġu biex nisimgħu l-quddiesa.  Dan ifisser li dak iż-żmien, Birżebbuġa kienet post ta’ villeġġatura – tneħħi xi ftit sinjuri li kienu joqogħdu hawn is-sena kollha.

 

Dwar l-lskola u l-MUSEUM fi tfulitek x’tgħidilna?

Iva, skola kien hawn waħda żgħira.  Kien fiha żewġ klassijiet.  lllum dan il-bini twaqqa’ biex infetħet triq ġdida.  Kienet tinsab f’Żurrieq Road, u l-ewwel surmastrijiet tagħha kienu nisa li kienu joqogħdu n-naħa ta’ San Ġorġ.  Jiena, hemmhekk domt sa’ “standard three”, għax imbagħad, meta ġejt biex nagħmel il-‘fourth” u l-“fifth” kelli mmur Ħal Tarxien.  Dak iż-żmien ma kienx hawn karozzi biex tmur l-iskola.  Kont trid tmur bil-mixi għax ma kienx hawn ħlief karozzin li kellhom dawk magħrufin bħala Ta’ Matti”.

 

Aħna nafu li inti kont l-ewwel teacher minn Birżebbuġa…

Kif spiċċajt l-iskola kollha jien sirt teacher.  Mill-ewwel bdejt ngħallem ġo Birżebbuġa.  Kif bdejt ngħallem jiena, l-iskola ma baqgħetx fejn kienet f’Żurrieq Road, iżda marret ix-xatt ġewwa lukanda, eżatt fejn hemm is-Seabreeze Hotel illum.  ll-lukanda li kien hemm qabel dik ta’ llum jiena niftakarha tinbena.  Bħala klassijiet kien hemm b’kollox sitta.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: