Skip to content

Il-Qniepen Għalqu tletin sena fostna (Sena 1999)

 

‘Il-Qniepen Għalqu tletin sena fostna’
minn Conrad D’Amato
Ippubblikat fuq ‘Leħen il-Banda’, Għaqda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957, Festa 1999.

 

 

caption

 

Is-seklu għoxrin, li dalwaqt jispiċċa, żgur li ser jibqa’ miktub b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Parroċċa tagħna. Dan għaliex f’dan is-seklu, Birżebbuġa rat il-rnagħmudija tagħha, eżattament fid-9 ta’ Settembriu 1913, meta dakinhar Birżebbuġa saret parroċċa indipendenti. Barra minn hekk f’dan is-seklu Birżebbuġa ħabtet wiċċa mal-ħruxija taż-żewġ gwerrer dinjiji, speċjalment fl-aħħar waħda (1940-1945), fejn bosta parruċċani spiċċaw vittmi tagħha. Madankollu tul dan is-seklu ġraw diversi ġrajjiet u avvenimenti sbieh li jibqgħu marbuta ma’ din il-Parroċċa biss. Fosthom insemmu l-bini tal-knisja l-ġdida (1926-1951), it-twaqqif taż-żewġ Fratellanzi, dik tas-Sagrament fl-1913 u dik tal-Madonna tar-Rużarju fl-1914, il-bidla fit-titular tal-knisja (mill-Madonna tad-Duluri għal dik ta’ San Pietru fl-1937), it-twaqqif tal-Banda San Pietru fl-1957, il-miġja tal-vara ta’ San Pietru f l-1959 u ħafna oħrajn li forsi mhumiex daqshekk importanti daqs dawn li semmejna. Pero’ avveniment li żgur m’hu se jintesa qatt ġara tletin sena ilu meta Birżebbuġa żanżnet is-sett ta’ ħames qniepen li hemm fil-kampnar.

Fi żmien il-Kappillan Dun Ġużepp Minuti (1954-1977) saru bosta opri fil-knisja. Pero` waħda mill-akbar opri li saru kien dan is-sett ta’ ħames qniepen. Dan is-sett ġie maħdum fl-Olanda mid-ditta MESSRS. PETIT & FRITSEN ta’ Arle-Ristel fl-1969. Imma l-istorja ta’ dawn il-qniepen tmur lura aktar minn hekk. Fl-1955 Dun Ġuzepp Minuti kien għamel ġabra fil-knisja bil-ħsieb li jibda fondi għax-xiri ta’ dawn il-qniepen. Din il-ġabra kienet tammonta għal madwar Lm350. Ta min jgħid li fi żmien il-Kappillan Dun Anġ Fenech (1924-1952), ċertu Antonio Scicluna, bil-laqam “Taż-Żebra”, kien għamel donazzjoni ta’ Lm100 għal dawn il-qniepen. Minħabba proġetti oħra, u anke minħabba insistenza ta’ xi nies, dawn il-qniepen ma sarux. Kellhom jgħaddu erbatax-il sena biex il-ħolma tal-Kappillan Minuti saret realtà.

Dawn il-qniepen waslu Malta minn Rotterdam. l-Olanda. fuq il-vapur “MYNIAS” nhar l-Erbgħa 16 ta’ Lulju 1969. L-għada. il-Hamis 17 ta’ Lulju, għal madwar is-siegħa ta’ wara nofsinhar waslu f’Birżebbuġa. B’kollox dawn il-qniepen swew is-somma ta’ Lm6300. Il-qanpiena l-kbira li ġiet imsemmija għal San Pietru, it-ton tagħha huwa ‘DO”. It-tieni qanpiena (il-fustanija) ġiet imsemmija għad-Duluri, u t-ton tagħha huwa “MI”. It-tielet qanpiena ġiet irnsemmija għal San Ġużepp, u t-ton tagħha huwa “SOL”. Dawn it-tlett qniepen ġew imħallsa mill-poplu ta’ Birżebbuġa. Ir-raba’ qanpiena ġiet imsemmija għal San Pawl, u t-ton tagħha huwa “LA”,u ġiet imħallsa minn Rokku Polidano. Il-ħames u l-iżgħar qanpiena ġiet imsemmija għal Santa Katerina, it-ton tagħha buwa “DO” u ġiet imhallsa minn Carmelo Abdilla. Ma’ dawn, id-ditta MESSRS. PETIT & FRITSEN irregalat qanpiena oħra żgħira li għada tintuża sal-lum sabiex jitħabbar li ħierġa l-quddiesa.

Dawn il-qniepen ġew intunati minn Mro. Joseph Scerri. Nhar is-Sibt 19 ta’ Lulju 1969, f’ċerimonja simbolika li saret fuq iz-zuntier tal-Knisja, dawn il-qniepen ġew ikkonsagrati mill-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi. Wara xi jiem fuq iz-zuntier tal-knisja, beda x-xogħol biex dawn il-qniepen isibu posthom fil-kampnar tal-knisja. Dan ix-xogħol kollu sar nhar l-Erbgha 23 u l-Ħamis 24 ta’ Lulju 1969 taħt is-superviżjoni tas-Sur Pawlu Camilleri. Dawn il-qniepen daqqew l-ewwel nota u semmew il-ħoss sabiħ tagħhom mill-kampnar f’jum il-ħruġ tal-vara min-niċċa ta’ dik is-sena, jiġifieri, nhar it-Tnejn 28 ta’ Lulju 1969.

Ta min isemmi lil dak il-grupp ta’ żgħażagħ ħbieb tiegħi, li f’xi festa speċjali nitilgħu b’ħeġġa kbira l-garigor ta’ 120 tarġa tal-kampnar, biex indoqqu l-qniepen minn fuq il-kampnar. Fl-aħħar ma nixtieqx ninsa nsellem lil dawk in-nies kollha, ħajjin u mejtin li ħadmu u stinkaw biex saru u tpoġġew il-qniepen f’posthom, b’mod speċjali nixtieq insellem lil Monsinjur Dun Ġużepp Minuti li bis-saħħa u l-ħila tiegħu għandna l-unur ngħidu li għandna l-isbaħ sett ta’ qniepen f’Malta.

 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: