Skip to content

Il-Pellegrinaġġ bl-Istatwa tal-Madonna ta’ Fatima f’Birżebbuġa jagħlaq Ħamsin sena

 

Il-Pellegrinaġġ bl-Istatwa tal-Madonna ta’ Fatima Jagħlaq Ħamsin sena.
kitba u riċerka ta’ Arthur Grima
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1998.

 


caption

 

Din is-sena fix-xahar ta’ Mejju jaħbat għeluq il-50 sena minn meta fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa kien sar il-pellingraġġ bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima. F’dak iż-żmien, f’bosta postijiet madwar Malta, kienu qegħdin isiru pellegrinaġġi bi statwa tal-Madonna ta’ Fatima li kienet inġiebet mill-Portugall.

Din l-istatwa waslet fir-raħal ta’ Birżebbuġa nhar it-2 ta’ Mejju, 1948. filgħaxija, għall-ħabta tas-7.30pm, in-nies tar-raħal irħewlha lejn il-Bajja ta’ San Ġorġ, fejn raw il-wasla ta’ l-istatwa li kellha ddum għal xi ġranet fostna. Il-qofol ta’ kollox kellu jkun pellegrinaġġ li sar fl-ewwel Ħadd ta’ Mejju 1948. Dakinhar, l-istatwa merfugħa minn erba’ saċerdoti, iddawret ma’ diversi toroq tal-Parroċċa u twasslet maġenb il-Knisja, proprju in-naħa ta’ fejn hemm id-dar tal-kappillan, fejn kellha ssir il-quddiea. Matul il-pellegrinaġġ kollu, il-poplu akkumpanja bil-kant ta’ l-Ave Maria.

Sa minn ħin qabel, il-morda u l-anzjani tar-raħal tagħna, mgħejjuna minn membri tas-Soċjetà tal-MUSEUM Subien u Bniet, u oħrajn ta’ l-Azzjoni Kattolika, kienu miġburin biex jieħdu sehem fil-quddiesa. Minbarra l-anzjani u l-morda ngħaqdu wkoll folol ta’ nies tul it-triq kollha. In-nies kienu jimlew sa wara l-knisja, fejn kien hemm bħal għoljiet ċkejkna. Dawn l-għoljiet kienu ta’ vantaġġ għal tant tfal li minn hemm setgħu jaraw kollox. Dun Anġ Fenech, li dak iż-żmien kien kappillan tal-parroċċa, iċċelebra l-quddiesa, fil-preżenza ta’ bosta saċerdoti, kemm tal-post u kif ukoll oħrajn minn parroċċi oħra.

Dan kollu li ktibt hawn fuq, jixħduh ir-ritratti li ttieħdu għal din l-okkażjoni. Illum, 50 sena wara, għalkemm ma nistgħux ngħidu li naqset id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Fatima, ftit li xejn baqgħu jsiru pellegrinaġġi bħal dan li semmejna hawn fuq. Nagħlaq dan l-artiklu, billi nsellmu lil dawk ta’ qabilna, li bil-fidi u d-dedikazzjoni tagħhom, żammew sħiħa d-devozzjoni lejn il-Madonna. Bis-saħħa ta’ dawn id-devoti, illum fil-Knisja Parrokkjali, insibu niċċa in-naħa tal-kappellun tal-Kurċifiss, bi xbieha tal-Madonna ta’ Fatima ġo fiha.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: