Skip to content

Id-Devozzjoni Lejn id-Duluri f’Birżebbuġa.

 

‘Id-Devozzjoni Lejn id-Duluri f’Birżebbuġa’
Minn Arthur Grima
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 1998.

 

d

 Dan il-poster kommemmorattiv intuża fuq dan is-sit eżatt kif għaddiet il-festa tas-sena 2009.
Dan is-sit kien l-ewwel wieħed li ikkommemora dan l-avveniment.
 

Ir-raħal ta’ Blrżebbuġa ġie mwaqqaf bħala Parroċċa fis-sena 1913 bit-titular tiegħu tkun Maria Addolorata.  Iżda d-devozzjoni lejn id-Duluri f’dan ir-raħal tmur lura iżjed minn hekk.  Fil-fatt fis-sena 1907 diġa’ nsibu kappella tad-Duluri, propju fejn iżjed tard kellha tkun l-ewwel Knisja Parrokkjali.

Din il-Kappella nfetħet nhar l-14 t’Awissu 1907 mill-Kanonku Bormliż Mons. Spir Penza, u ma kienet xejn għajr remissa ta’ ċertu Attard Montalto mill-lsla.  Fl-14 t’ Ottubru 1907 kien sar il-Konvenju ta’ din ir-remissa quddiem in-Nutar Francesco Camilleri, fejn Mons. Penza ntrabat li jħallas 4 Liri u nofs fis-sena.  Iżjed tard kien sar Konvenju ieħor, din id-darba nhar l-1 ta’ Settembru 1909 quddiem in-Nutar Dr. Francesco G. Schembri, biex jiġu okkupati żewġ remissi oħra li kenu biswit dik oriġinali.  Kellhom jgħaddu madwar tliet snin oħra biex dawn it-tliet remissi nxtraw għas-somma globali ta’ 332 Lira u dan sar b’kuntratt ta’ l-14 t’Ottubru 1912.

Hawnhekk tajjeb wieħed jgħid li f’dawk iż-żminijiet ma tantx kienu jabitaw nies f’Birżebbuġa, ħlief għal dawk li kienu joqogħdu fil-ftit irziezet imxerrdin ‘l hawn u ‘l hemm, u residenti oħra li kellhom id-dar max-xatt u l-madwar.  Fil-fatt il-popolazzjoni ta’ dik is-sena kienet tgħodd ftit aktar minn 1600 ruħ.  Iżda fis-Sajf kienet tiżdied konsiderevolment fejn kienu jiġu aktar nies għall-villeġġatura biex igawdu il-baħar sabiħ li kien magħruf għalih dan ir-raħal.

Kellu jkun l-iżvilupp li sar ġewwa Ħal Far u Kalafrana biex ġab aktar nies joqogħdu Birżebbuġa.  Dan kien għal fatt li min kien jaħdem f’dawk iż-żoni beda jippreferi li jiġi joqgħod viċin il-post tax-xogħol tiegħu milli f’xi belt jew raħal aktar ‘il bogħod, meta wieħed iqis li dak iż-żmien it-trasport ma kienx bħal dak li nafuh illum.

L-aktar nies li ġew joqogħdu f’Birżebbuġa, kienu jkunu mill-inħawi taż-Żurrieq, u fil-fatt waħda mill-akbar razez li nsibu hija dik ta’ Polidano.  Apparti minn hekk kienu jjġu ħafna nies ukoll mill-Kottonera.  La semmejna razza partikulari, żgur li ma nistgħux inħallu barra żewġ razez oħra u li dawn għandhom konnessjoni diretta mad-Duluri billi huma kienu devoti kbar tagħha.  Dawn kienu “Ta’ Farfar” u “Ta’ Għasfar”.  Dawn ta’ l-aħħar kienu joqogħdu lejn San Ġorġ u Benefatturi kbar tal-Knisja, filwaqt li dawk Ta Farfar’ aktar kienu mixħuta lejn il-Brolli u min-naħa tagħhom kienu jagħtu daqqa t’id ġmiela lill-Knisja.  Dawn Ta’ Farfar’ kienu tant devoti lejn id-Duluri li fuq remissa proprjeta’ tagħhom li hemm fil-Brolli, għadek issib niċċa tassew ħelwa ddedikata proprju lid-Duluri u li ġġib is-sena ta’ l-1925.  Biex inkunu għidna kollox dwar id-Duluri, maġenb il-kappella tagħha għad hemm triq li ġġib l-isem ta’ Triq id-Duluri.

Matul is-snin, il-Kappella tad-Duluri imxiet ħafna ‘il quddiem.  Insibu li fuq pjanta ta’ Salvu Sacco minn Bormla nbniet il-faċċata li għadna naraw sa ‘llum.  Ix-xogħol fuqha kien beda fil-11 t’Ottubru 1909 u ntemm f’Jannar tas-sena ta’ wara.  L-ewwel qanpiena li żejnet wieħed miż-żewġ Kampnari tal-Kappella, tbierket f’Awissu 1910.  Din saret fuq inizzjattiva ta’ l-lmħallef Zaccaria Roncali li ġabar għaliha.  Il-Kappella tbierket mill-lsqof Pietru Pace, l-istess Isqof li iżjed tard ħareġ id-digriet li bih għamel lil Birżebbuġa Parroċċa awtonoma, bil-Knisja Parrokkjali tkun dik tad-Duluri.

Niġu issa biex nagħtu ftit tagħrif dwar l-lstatwa tad-Duluri li hemm illum fil-Knisja Parrokkjali, u li kienet l-ewwel vara Titulari.  Din inġiebet Birżebbuġa fis-17 t’Awissu 1910 bħala rigal mill-Kanonku Dun Achille Refalo.  L-Awtur ta’ din l-istatwa mhux magħruf, iżda jien nattribwiha lill-lmgħallem Statwarju Karlu Darmanin, għaliex fiha nara ħafna xebħ ma’ statwi oħra maħduma minn idejn dan l-Artist.  Kull 15 ta’ Settembru, Jum il-Festa tad-Duluri, din l-istatwa kienet toħroġ proċessjonalment, u meta fid-9 ta’ Settembru 1913 Birżebbuġa saret Parroċċa bil-Festa Titulari tkun id-Duluri, hija bdiet toħroġ bħala l-Vara Titulari.

Prova li din l-istatwa kienet tinħareġ fit-toroq anke qabel ma Birżebbuġa saret Parroċċa hija, li fl-arkivju tal-Knisja insibu riċevuti u kontijiet ta’ meta’ ċertu Agostino Borg, li kien prokuratur tal-Festa kien ħallas lil Ġiuseppe Borg is-somma ta’ 13-il xelin u 7 soldi ta’ xogħol li kien sar fuq pavaljun tad-drapp.  Dawn iġibu d-data ta’ 1907.  Ħlas ieħor kien sar fit-18 ta’ Settembru 1911 lil Enrico Camilleri u Michele Balzan.  Lil ta’ l-ewwel ingħata Lira għan-nar u lill-ieħor 6 Liri għad-dawl.  Dik Is-sena nsibu wkoll li kienet ġiet iddoqq għall-festa il-Banda L’Unione ta’ Ħal-Luqa, fejn ta’ żewġ programmi tħallset is-somma ta’ 2 liri u 5 xelini.  Ħlas ieħor li kien sar huwa ta’ Lira u 10 xelini lill-Orkestra Sant’Andrea ta’ Ħal-Luqa wkoll.

Minn dan kollu li semmejt wieħed jista’ jimmaġina kif kienet il-festa f’Birżebbuġa ta’ ftit anqas minn seklu ilu.  Biex wieħed ikollu viżjoni aktar ċara ta’ dik l-epoka, ikun interessanti li naraw ritratt antik ta’ l-lstatwa tad-Duluri, ħierġa mill-bieb prinċipali tal-Knisja l-qadima nhar il-Festa.  Mal-Kolonni hemm imdendlin ħafna tazzi kkuluriti li kienu jkunu mimlijin biż-żejt u bil-ftila fil-wiċċ taż-żejt (lumini).  Meta dawn kienu jinxtegħlu kienu jagħtu atmosfera tassew festiva.  S’intendi, illum post dawn it-tazzi ħaduh il-bozoz ta’ l-elettriku.  Il-Pedistall li fuqu tidher ħierġa l-Madonna kien l-ewwel wieħed li kellha.  Sfortunatament dwar dan il-pedestall ma nafu xejn, la minn fejn ġie u lanqas fejn spiċċa għax m’għadux jeżisti.  It-tieni pedestall tad-Duluri kien oriġinarjament tal-Vara ta’ Santa Marija tal-Gudja.  Dan baqa’ jintrama taħt id-Duluri sakemm ftit tas-snin ilu beda jintuża għall-lstatwa tal-Madonna tar-Rużarju.

ll-pedestall li naraw illum kienu sarulu xi alterazzjonijiet u restawr minn ċertu Ġorġ Cordina u ġie jixraq ferm ma’ l-lstatwa.  B’hekk huwa nteressanti li naraw li matul iż-żmien, l-lstatwa tad-Duluri kellha xejn jnqas minn tliet pedestalli differenti.

Id-Duluri baqgħet toħroġ mill-parroċċa l-qadima sas-sena 1936, meta minn dik is-sena it-Titular ta’ Birżebbuġa nbidel għal dak ta’ San Pietru Appostlu fil-Ktajjen.  Madankollu l-lstatwa tad-Duluri, issa fil-Knisja l-ġdida, xorta baqgħet toħroġ għal xi żmien fil-festa tagħha, jiġifieri fil-15 ta’ Settembru, barra li toħroġ ukoll kull Ġimgħa ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira.  Barra minn hekk l-lstatwa tkun esposta ġewwa l-Knisja flimkien mal-Kurċifiss minn Ħadd il-Palm sa Sibt il-Għid.

Fis-sena 1988, meta allura saru l-festi biex jikkommemoraw il-75 Anniversarju mit-twaqqif tal-Parrocċċa, il-kumitat li organizza dawk iċ-ċelebrazzjonijiet, xtaq li jerġa’ jmur 75 sena lura, billi fil-festa tad-Duluri ta’ dik is-sena, l-istatwa tad-Duluri terġa’ toħroġ mill-parroċċa l-qadima, kif fil-fatt sar.  Dakinhar stajna naraw ħafna anzjani iġeddu l-memorji tagħhom filwaqt li dawk iżgħar fl-eta’ li ma laħqux dawk iż-żminijiet kellhom ix-xorti li jaraw għall-ewwel darba l-lstatwa tad-Duluri ħierġa mill-Kappella oriġinali tagħha, illum il-Mużew tas-subien.  Matul dawn is-snin kollha li għaddew minn fuqha, l-istatwa ġratilha ħafna ħsara, l-iżjed meta tqis li din hija tal-kartapesta.  L-induratura oriġinali li kellha kienet kważi spiċċat għal kollox.  Kellha tkun inizzjattiva ta’ ċerta Rożi Gauċi minn ‘tad-Dubbu’, li bdiet tiġbor il-flus biex meta jkun il-waqt din l-istatwa tiġi restawrata kif kien hemm bżonn.  Wara ħafna taħbit, kif ukoll xi ntoppi li ma naqsux, fl-1997 l-istatwa ttieħdet għand id-Ditta Darmanin tal-Belt Valletta, biex isirilha r-restawr u l-induratura mill-ġdid.  Dan ix-xogħol kien lest fil-waqt għall-festa tad-Duluri ta’ l-istess sena u dakinhar tal-Purċissjoni l-lstatwa ħarġet mill-Knisja, sabiħa daqs kemm kienet fl-imgħoddi.  In-Niċca li titqiegħed fiha d-Duluri fil-Knisja qiegħda faċċata tal-bieb li nsibu fuq il-lemin tal-Bieb il-Kbir.

Ma nistax nagħlaq dan l-artiklu mingħajr ma nsemmi lil dawk id-devoti kollha li bi ħġarhom, ta’ kull sena, jimxu wara din l-istatwa fil-Festa tad-Duluri.  Dan huwa xhieda ta’ kemm id-devozzjoni lejn il-Madonna tad-Duluri għadha ħajja u b’saħħitha.  lllum, li l-Parroċċa hija ddedikata lil San Pietru Appostlu, żgur li ma nistgħux ninsew lil dik Ommna Marija Santissima li l-ewwel snin tal-Parroċċa ta’ Birżebbuġa ġew fdati taħt il-Ħarsien Tagħha.

 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: