Skip to content

75 Sena mit-Tqegħid ta’ l-Ewwel Ġebla tal-Knisja Parrokkjali – Birżebbuġa

 

75 Sena mit-Tqegħid ta’ l-Ewwel Ġebla tal-Knisja Parrokkjali – Birżebbuġa
Miktub Mill-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa
Ippubblikat fuq ‘Leħen il-Banda’, Għaqda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957, Festa 2001.

 

Fil-bidu tas-Seklu Għoxrin, ir-raħal marittimu ta’ Birżebbuġa kien jifforma parti minn erba’ parroċċi: Gudja. Żurrieq, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk.  Bis-saħħa ta’ Mons. Spir Penza li kien villeġġjant Bormliż f’Birżebbuġa, l-Isqof Pietro Pace waqqaf lil Birżebbuġa f’parroċċa nhar id-9 ta’ Settembru 1913.  L-ewwel knisja Parrokkjali kienet dik tad-Duluri, mibnija bl-inizjattiva ta’ l-istess Mons. Penza, u l-ewwel Kappillan tagħha kien il-Kanonku Bormliż, Dun Karm Buġelli.

 

Ġara, iżda, li iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, din il-knisja kienet qed issir żgħira għall-popolazzjoni li kienet dejjem tikber.  Għalhekk qamet il-ħtieġa li tinbena knisja ikbar u aktar arkitettonika.  Fl-1921, il-Kappillan Buġelli rriżenja minn kappillan sabiex joħroġ għall-politika u Birżebbuġa għamlet tliet snin mingħajr kappillan sakemm fit-3 ta’ Frar 1924, sar il-pussess tat-tieni kappillan Dun Anġlu Fenech minn Ħal Lija.  Il-ħeġġa li kellu dan il-qassis kienet strumentali sabiex tinżera’ fil-poplu t-tama li xi darba jkollu knisja deċenti.

 

Il-bidu ta’ kollox kellu jkun il-Ħadd 14 ta’ Marzu tas-sena 1926, meta dakinhar kienet ġiet magħżula biċċa art fil-Brolli li kienet benefiċċju bl-isem ta’ “Sant’Angelo Di Hal Far” (Tad-Dukkiena) tan-Nobbli Vincenzo Pace Testaferrata.  Minnufih beda t-tħaffir u l-bini tal-pedamenti tal-knisja.  L-istil tal-knisja hu Sikolu-Normann (Romanesk) u l-pjanta saret mill-Inġinier Ċivili Godwin Herbert Galizia.  Ix-xogħol tmexxa taħt is-superviżjoni tal-Perit Giuseppe Terreni.

 

Kienet ix-xewqa ta’ l-Isqof Dom Mawru Caruana li l-knisja tkun iddedikata lil San Pietru Appostlu.  Għalhekk naraw li f’waħda mill-laqgħat li l-Isqof kellu mal-Kappillan Fenech dan qallu, “Kappillan, jiena nixtieq li l-knisja l-ġdida tkun iddedikata lil San Pietru, Appostlu, għax inħoss diżunur għall-Gżira ta’ Pawlu li ma jkollhiex parroċċa ddedikata għal San Pietru li kien sieħbu l-Prinċep ta’ l-Appostli u l-Ewwel Kap viżibbli tal-Knisja.”  Din kienet ir-raġuni għaliex il-knisja l-ġdida ġiet iddedikata lil San Pietru.

 

Meta tlesta x-xogħol fuq il-pedament, kien imiss li tibda tiela l-knisja.  L-ewwel ġebla tal-Knisja ġiet imqiegħda sollennement nhar il-Ħadd, 29 ta’ Settembru tal-1926.  Għall-ħabta tal-5.30 ta’ wara nofsinhar, wasal f’Birżebbuġa l-Isqof Dom Mawru Caruana flimkien maċ-ċerimonjier tiegħu, Dun Antonio Bonnici u ma’ żewġ Monsinjuri, Giuseppe Depiro u Gian Batist Buhagiar.  Imlibbes l-abiti Pontifikali, l-Isqof bierek il-pedamenti u wara sar talb skond ir-ritwal Ruman u l-kant tal-Litanija tal-Qaddisin.

 

Imbagħad, il-Perit Giuseppe Terreni newwillu kazzola bit-tajn, u wara li qiegħed pergamena bi skrizzjoni bil-Latin u medalji u xi flus, l-Isqof sammar il-ġebla f’postha.

 

Ix-xogħol dam sejjer għal 25 sena, u l-aħħar ġebla li tinsab fil-parti ta’ fuq tal-kampnar, tqiegħdet fl-1951.  Għalhekk, din is-sena jaħbat ukoll għeluq il-50 sena mit-tqegħid ta’ l-aħħar ġebla tal-knisja.  Sena oħra, dan it-tempju jagħlaq 25 sena minn meta fl-14 ta’ Mejju, 1977, l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, ikkonsagra din il-knisja lil Alla, f’ġieħ San Pietru, Prinċep ta’ l-Appostli.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: