Skip to content

’25 sena Ikkonsagrata’

 

Ta’ min jgħid li l-Knisja parrokkjali ta’ Birżebbuġa kienet l-ewwel knisja li kkonsagra Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca. 

 

’25 sena Ikkonsagrata’
Awtur mhux indikat
Ippubblikat fuq ‘Leħen il-Banda’, Għaqda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957, Festa 2002.

 
Din is-sena (2002) l-parroċċa ta’ Birżebbuġa qiegħda tiċċelebra l-25 sena mill-konsagrazzjoni tal-knisja parrokkjali, ddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen, titlu uniku f’Malta. Kienet ilha sitta u għoxrin sena minn mindu l-knisja parrokkjali ta’ Birżebbuġa tlestiet u nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju 1977, meta kien għadu Kappillan Dun Ġużepp Minuti, l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca kkonsagra l-knisja, l-ewwel waħda tiegħu, wara li kien ilu biss ħames xhur Arċisqof ta’ Malta.
 
Ix-xogħol għal din il-konsagrazzjoni kien beda xi żmien qabel meta ċ-ċerimonjier ta’ l-Arċisqof, Dun Karm Bonavia ta dettalji dwar il-preparamenti meħtieġa.  F’laqgħat li saru għall-għaqdiet kollha tar-raħal, Patri Ġwann Frendo kien fisser is-sinjifikat ta’ din ic-cerimonja.
 
Waslet il-ġurnata mistennija.  Fil-parroċċa dakinhar ma sarx quddies – kollox kien lest għaċ-ċerimonja.  L-altari kienu mneżża’ mit-tvalji u l-gandlieri, qisu fil-Ġimgħa l-Kbira.  Iċ-ċermonja kkonsistiet billi ndilek wiċċ l-altar biż-żejt u wara tqiegħdet tvalja bajda, xogħol ta’ Sr. Alice, Soru Irlandiża, u li nksiet bix-xemgħa mid-ditta Bartoli.  Wara l-Kappillan Dun Ġużepp Minuti u Mons Ġużeppi Lupi, dilku t-tnax-il salib fil-knisja.
 
X’ħin spiċċa r-rit tad-dlik, l-altar intrama bil-gandlieri ta’ l-injam li normali jintramaw fuq l-altar tar-Rużarju.  Indaqqu erba’ moti bħall-festa u filgħaxija, wara li spiċċat il-funzjoni, l-altar intrama bil-gandlieri u l-apparat kollu tal-festa titulari.
 
L-għada l-Ħadd 15 ta’ Mejju 1977, Mons. Emmanuel Brincat mexxa konċelebrazzjoni u filgħaxija saret il-festa ta’ San Ġużepp.  Fl-istess sena, fl-okkażjoni tal-Griżma ta’ l-Isqof, il-parroċċa rregalat kaxxa tal-fidda lill-Arċisqof Mons. Ġużeppi Mercieca li kellha fuqha mnaqqxa l-arma ta’ l-istess Arċisqof u skrizzjoni tat-tifkira tal-Konsagrazzjoni.  L-irħama kommemorattiva ta’ dan l-avveniment tqiegħdet xi xhur wara, bil-kitba magħmula mill-Kan. Dun Ġwakkin Schembri.
 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: