Skip to content

Biografija ta’ Dun Frans Camilleri: l-awtur tal-kliem tal-Innu Popolari Lil San Pietru

 

‘Biografija ta’ Dun Frans Camilleri’
Michael Balzia
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1991.

 

stampa

caption

 
Nhar is-6 ta’ Diċembru, 1990, miet fl-età ta’ 71 sena Dun Frans Camilleri. Tgħiduli, mietu tant qassisin u qatt ma ssemmew; għaliex allura semmejtu lil dan?  Dun Frans Camilleri huwa marbut ma’ Birżebbuġa għax kien huwa l-poeta li kiteb sew il-Kurunella ta’ San Pietru li tingħad fil-jiem ta’ qabel il-festa kif ukoll kiteb l-Innu ferm popolari li nkantaw kull meta tiġi xi festa ta’ San Pietru.  Dun Frans twieled il-Ħamrun fl-1919 u meta kellu 24 sena ħa l-quddiesa.  Għamel żmien jgħallem il-Malti fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u fis-Seminarju.  Kien membru attiv f’diversi għaqdiet, fosthom il-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum magħrufa bħala l-Akkademja tal-Malti.  Għen fil-ħidma tal-Għaqda ta’ Qari Tajjeb, kien Assistent Ekkleżjastiku u propagandista ta’ l-Azzjoni Kattolika u Membru tal-Kummissjoni Emigranti.  Dun Frans iżda jibqa’ magħruf l-aktar għall-kitba ta’ madwar 500 innu għal parroċċi (fosthom dak tal-Parroċċa tagħna dedikata lil San Pietru Appostlu), skejjel, għaqdiet reliġjuzi u lajċi.  Dun Frans hu magħruf ukoll għall-kitba kemm tal-poeżija kif ukoll tal-proża.  Huwa kien jikteb ukoll f’diversi rivisti fosthom “Il-Malti” u “Leħen il-Malti”.  Wieħed mill-passatempi li kellu dan is-saċerdot kienet il-fotografija u żgur li xi darba jew oħra rajtu ritratti tiegħu fuq xi kalendarju jew kartolina.  Delizzju ieħor kien jikkonsisti f’xogħlijiet ta’ l-arti maħduma mill-bebbux.  Fil-ħajja socjali tiegħu, lil Dun Frans insibuh ukoll bħala membru ta’ diversi kumitati u Direttur Spiritwali tal-Każini “San Gejtanu” u “Ħamrun Spartans”.
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: