Skip to content

Ħruġ min-niċċa

 

Analiżi tal-Festi Interni f’Birżebbuġa

Ħruġ min-niċċa

 

Il-ħruġ min-niċċa jiftaħ b’mod uffiċjali l-festa Titulari.  Għalkemm f’Birżebbuġa dan isir 7 ijiem qabel il-ġurnata tal-festa, f’irħula oħra l-ħruġ tal-vara ġieli jsir fi tmiem tan-novena, bħalma jsir f’Bormla.  Fil-parroċċi ġirien tagħna ta’ Marsaxlokk u Ħal Tarxien dawn joħorġu l-vara fil-Ħamis tal-ġimgħa ta’ qabel il-festa.  Fil-Mosta, il-vara tinħareġ min-niċċa ġurnata qabel il-kwindiċina jiġifieri fid-29 ta’ Lulju.  Ta’ min jgħid li f’Birżebbuġa, l-ħruġ tal-vara ma kienx isir bħal-lum u lanqas it-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa.   Hawn min jiftakar meta San Pietru kien jinħareġ min-niċċa il-Ħadd ta’ qabel il-festa.

Skont tagħrif li għandi f’idejja jidher li l-Ħruġ ta’ San Pietru seħħ f’dawn il-ġranet b’dawn il-programmi differenti.

 

Sena Gurnata Il-Programm
1972 Is-Sibt tal-ġimgħa qabel il-festa(29 ta’ Lulju 1972)

Fis-6:15pm Rużarju.

Fis-6:30pm Quddiesa letta bil-kant.  Wara l-Quddiesa ħruġ tal-istatwa artistika ta’ San Pietru Appostlu Fil-Ktajjen min-niċċa għal ġol-knisja.  Kant tal-antifona u ċelebrazzjoni Ewkarisitika.

1973 Is-Sibt tal-ġimgħa qabel il-festa(28 ta’ Lulju 1973)

Fis-6:15pm Rużarju.

Fis-6:30pm Quddiesa letta bil-kant.  Wara l-Quddiesa ħruġ tal-istatwa artistika ta’ San Pietru Appostlu Fil-Ktajjen min-niċċa għal ġol-knisja.  Kant tal-antifona u ċelebrazzjoni Ewkarisitika.

1974 Is-Sibt tal-ġimgħa qabel il-festa(27 ta’ Lulju 1974) Fis-6:30pm Rużarju u wara quddiesa letta bil-kant u l-omelija.  Wara l-quddiesa wasla tal-istatwa ta’ San Pietru ħdejn il-venda tal-karozzi.  L-istatwa titbierek mill-kappillan fuq iz-zuntier tal-knisja Parrokkjali.
1978 Is-Sibt tal-ġimgħa qabel il-festa(29 ta’ Lulju 1978) Wara l-quddies tas-6:30pm ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru.  Jitkanta l-innu u l-Antifona.
1979 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(30 ta’ Lulju 1979) 8:00pm Quddies fuq iz-zuntier quddiem l-istatwa ta’ San Pietru, wara tqegħid u tberik tas-sandli ġdid.  Kant tal-Innu Popolari.  Imexxi l-funzjoni Dun Ġorġ Żammit.
1981 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(27 ta’ Lulju 1981) 8:00pm Quddies fuq iz-zuntier quddiem l-istatwa ta’ San Pietru, minn Dun Charles Carabott.  Diskors qasir bħala ftuħ tal-festi minn Joe Vassallo; wara preżentazzjoni tal-fjuri mit-toroq tal-parroċċa.
1982 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(26 ta’ Lulju 1982) 8:00pm Quddies fuq iz-zuntier quddiem l-istatwa ta’ San Pietru.  Wara ssir il-preżentazzjoni tal-fjuri mit-toroq tal-parroċċa.  Isir diskors qasir mill-President tal-kunsill Parrokkjali u s-Segretarju tal-Kumitat Festi Esterni.
1983 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(1 ta’ Awwissu 1983) Fis-6:30pm Niltaqgħu l-Qajjenza biex nagħmlu dimostrazzjoni bir-roti, muturi, u karozzi mit-toroq tal-parroċċa ad unur tal-Patrun tagħna.  Nagħlqu d-dimostrazzjoni f’quddiesa fuq iz-zuntier quddiem l-istatwa ta’ San Pietru.  Qabel il-quddies jsir diskors mic-chairman tal-Kunsill Parrokkjali u fl-offertorju jiġu preżentati fjuri (jew offerti għall-fqar) mit-toroq kollha tal-parroċċa.
1984 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(30 ta’ Lulju 1984) Fis-6:30pm Niltaqgħu l-Qajjenza biex nagħmlu dimostrazzjoni bir-roti, muturi, u karozzi mit-toroq tal-parroċċa ad unur tal-Patrun tagħna.  Nagħlqu d-dimostrazzjoni f’quddiesa fuq iz-zuntier quddiem l-istatwa ta’ San Pietru.  Qabel il-quddies jsir diskors mic-chairman tal-Kunsill Parrokkjali u fl-offertorju jiġu preżentati fjuri (jew offerti għall-fqar) mit-toroq kollha tal-parroċċa.
1986 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(28 ta’ Lulju 1986) 7.00 p.m. Niltaqgħu l-Qajjenza għal dimostrazzjoni brijuża bir-roti, muturi u karozzi mat-toroq tal-Parroċċa. Nagħlqu d-dimostrazzjoni b’Quddiesa fuq iz-zuntier quddiem l-istatwa ta’ San Pietru.  Isir diskors miċ-Chairman tal-Kunsill Parrokkjali u fl-offertorju kull triq tippreżenta fjura waħda biex niffurmaw bukkett wieħed b’sinjal ta’ għaqda fil-parroċċa.  Jinħarqu musketterija, murtali u kaxxa.  (Jieħdu ħsieb il-Kum. Festa).
1988 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(1 ta’ Awwissu 1988) Fis-6:00pm Quddiesa fil-knisja bħas-soltu u wara nibdew dimostrazzjoni brijuża bir-roti, muturi u karozzi mat-toroq tal-parroċċa.  Nagħlqu d-dimostrazzjoni fuq iz-zuntier bil-ħruġ tal-istatwa u preżentazzjoni ta’ fjuri minn rappreżentanti tat-toroq kollha tal-parroċċa.  Isir diskors mic-chairman tal-Kunsill u ssir ċelebrazzjoni qasira.
1989 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(31 ta’ Lulju 1989) Fis-6:30pm Quddiesa fil-knisja bħas-soltu u wara nibdew dimostrazzjoni brijuża bir-roti, muturi u karozzi mat-toroq tal-parroċċa.  Nagħlqu d-dimostrazzjoni fuq iz-zuntier bil-ħruġ tal-istatwa u preżentazzjoni ta’ fjuri minn rappreżentanti tat-toroq kollha tal-parroċċa.  Tieħu sehem il-Banda San Pietru.  Qabel tispiċċa l-quddiesa jsir diskors mis-Sur Anthony Mifsud, ic-chairman tal-Kunsill Parrokkjali.
1990 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(30 ta’ Lulju 1990) Fis-6:30pm Quddiesa fil-knisja li fiha c-chairman tal-Kunsill Parrokkjali, s-Sur Charles Caruana jagħmel diskors.  Wara nibdew dimostrazzjoni brijuża minn Misraħ ir-Repubblika (mill-ġnien il-ġdid) bir-roti, muturi u karozzi mat-toroq tal-parroċċa. Nagħlqu d-dimostrazzjoni fuq iz-zuntier bil-ħruġ tal-istatwa u preżentazzjoni ta’ fjuri minn rappreżentanti tat-toroq kollha tal-parroċċa.  Fuq iz-zuntier iddoqq l-Għaqda Mużikali San Pietru.
1991 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(29 ta’ Lulju 1991) Fis-6:30pm Quddiesa fil-knisja fejn wara nagħlqu b’dimostrazzjoni fuq iz-zuntier bil-ħruġ tal-istatwa u preżentazzjoni ta’ fjuri minn rappreżentanti tat-toroq kollha tal-parroċċa.  Fuq iz-zuntier iddoqqu l-Għaqda Mużikali San Pietru u s-Soċjeta’ Filarmonika Birżebbuġa 1990.
1992 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(27 ta’ Lulju 1992) Fis-6:30pm Quddiesa fil-knisja fejn wara nagħlqu b’dimostrazzjoni fuq iz-zuntier bil-ħruġ tal-istatwa u preżentazzjoni ta’ fjuri minn rappreżentanti tat-toroq kollha tal-parroċċa.  Fuq iz-zuntier iddoqqu l-Għaqda Mużikali San Pietru u s-Soċjeta’ Filarmonika Birżebbuġa 1990.
1993 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(26 ta’ Lulju 1993) Fis-6:30pm Quddiesa fil-knisja fejn wara nagħlqu b’dimostrazzjoni fuq iz-zuntier bil-ħruġ tal-istatwa u preżentazzjoni ta’ fjuri minn rappreżentanti tat-toroq kollha tal-parroċċa.  Fuq iz-zuntier iddoqqu l-Għaqda Mużikali San Pietru u s-Soċjeta’ Filarmonika Birżebbuġa 1990.
1994 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(1 ta’ Awwissu 1994) Fis-6:30pm Quddiesa fil-knisja fejn wara nagħlqu b’dimostrazzjoni fuq iz-zuntier bil-ħruġ tal-istatwa u preżentazzjoni ta’ fjuri minn rappreżentanti tat-toroq kollha tal-parroċċa. (miġjub skont il-ktieb tal-knisja)
1995 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(31 ta’ Lulju 1995) Fis-6:30pm Quddiesa fil-knisja fejn wara nagħlqu b’dimostrazzjoni fuq iz-zuntier bil-ħruġ tal-istatwa u preżentazzjoni ta’ fjuri minn rappreżentanti tat-toroq kollha tal-parroċċa. (miġjub skont il-ktieb tal-knisja)
1996 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(29 ta’ Lulju 1996) Wara l-quddiesa tas-6:30pm noħorġu fuq iz-zuntier bl-istatwa ta’ San Pietru fejn tingħad il-Kurunella u l-Innu tal-qaddis. Billi din is-sena hija s-SENA TAT-TFAL nixtiequ li t-tfal kollha jiġu madwar San Pietru ikantaw l-Innu.  Infakkru li rappreżentanti tat-toroq jippreżentaw fjura.
1997 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(28 ta’ Lulju 1997) Din is-sena biss se noħorġu fuq iz-zuntier l-ewwel statwa ta’ San Pietru, li kellna f’Birżebbuġa, f’għeluq il-50 sena li nġabet.  Tingħad il-Kurunella u jitkanta l-Innu tal-qaddis minn kulħadd maż-żewġ baned lokali.  L-Għaqda Storika u kulturali ta’ Birżebbuġa, se ttella’ feature u tajjeb li kull triq tal-parroċċa b’rappreżentatni tagħha ttella’ fjuri.
1998 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(27 ta’ Lulju 1998) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier, tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Jieħdu sehem iż-żewġ baned lokali.  Dawk li jġibu l-fjuri jqiegħduhom quddiem San Pietru kif jidħol fil-knisja.
1999 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(26 ta’ Lulju 1999) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier, tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Frans Baldacchino, “il-Budaj” jgħanni għanja lil San Pietru.  Jieħdu sehem iż-żewġ baned lokali.  Dawk li se jġibu l-fjuri jqiegħduhom minn qabel quddiem l-istatwa fil-knisja.
2000 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(31 ta’ Lulju 2000) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tifel jew tifla minn kull triq ta’ Birżebbuġa jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.
2001 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(30 ta’ Lulju 2001) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tifel jew tifla minn kull triq ta’ Birżebbuġa jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.
2002 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(29 ta’ Lulju 2002) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tifel jew tifla minn kull triq ta’ Birżebbuġa jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.
2003 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(28 ta’ Lulju 2003) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tifel jew tifla minn kull triq ta’ Birżebbuġa jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.
2004 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(26 ta’ Lulju 2004) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tifel jew tifla minn kull triq ta’ Birżebbuġa jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.
2005 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(1 ta’ Awwissu 2005) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tfal li rċevew l-ewwel tqarbina ser jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.
2006 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(31 ta’ Lulju 2006) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tfal li rċevew l-ewwel tqarbina ser jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.
2007 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(30 ta’ Lulju 2007) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tfal li rċevew l-ewwel tqarbina ser jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.
2008 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(28 ta’ Lulju 2008) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tfal li rċevew l-ewwel tqarbina ser jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.
2009 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(27 ta’ Lulju 2009) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tfal li rċevew l-ewwel tqarbina ser jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.
2010 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(26 ta’ Lulju 2010) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tfal li rċevew l-ewwel tqarbina ser jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.
2011 It-Tnejn tal-ġimgħa tal-festa(1 ta’ Awwissu 2011) Fis-7:30pm isir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu.  Tfal li rċevew l-ewwel tqarbina ser jippreżentaw fjura lil San Pietru.  Jieħdu sehem il-baned lokali.

 

Osservazzjonijiet dwar il-Ħruġ min-Niċċa.

 

Il-bdil tal-ġurnata mis-Sibt għat-Tnejn.

Din il-bidla jidher li seħħet malli laħaq il-kappillan Dun Karm Frendo fis-sena 1979.

 

l-Quddiesa letta.

Sal-1996 il-quddiesa letta kienet inkorporata fil-programm tal-Ħruġ min-niċċa.

 

Ħruġ min-niċċa fis-sebgħinijet

Il-Ħruġ tal-istatwa min-niċċa kien isir min-niċċa għal fuq il-bankun fil-knisja stess.  Waqt il-ħruġ tal-vara kienu jitkantaw l-antifona u l-Innu.  Ta’ min isemmi li matul dawn is-snin l-antifona kienet għadha dik ta’ Mro. Carlo Diacono.  Ta’ min isemmi wkoll li n-niċċa ta’ San Pietru kienet dik fejn illum insibu l-Madonna tar-Rużarju u l-bankun li fuqu titqiegħed il-vara ma kinitx dik li naraw illum.  Kemm in-niċċa kif ukoll il-bankun saru fl-1989.

 

Is-sena 1974

Is-sena 1974 tibqa’ msemmija għax fihom il-vara ġiet irranġata, restawrata u indurata.  Dakinhar tal-ħruġ min-niċċa, saret il-quddiesa tas-soltu imma l-vara kienet fi triqitha lejn Birżebbuġa.  Dakinhar il-vara tgħabbiet fuq lanċa minn Marsaxlokk u nġiebet Birżebbuġa fuq il-baħar.  Wara li niżlet fejn il-venda tal-karozzi twasslet proċessjonalment fuq iz-zuntier tal-knisja u hemmhekk tbierket mill-kappillan Minuti.

 

Is-sena 1979

Kif għidna diġa’ minn din is-sena ‘l quddiem il-ħruġ min-niċċa beda jsir it-Tnejn u mhux is-Sibt.  Din is-sena barra l-bdil tal-ġurnata tal-ħruġ tibqa’ mfakkra għax fiha l-istatwa artistika tant għażiża għalina gawdiet minn oġġett ġdid fuqha.  Lil San Pietru kien sarlu sandli ġdid tal-fidda.  Ta’ min jgħid ukoll li f’din is-sena keinet ġiet introdotta l-quddiesa tal-ħruġ min-niċċa fuq iz-zuntier fil-presenza tal-istatwa artistika ta’ San Pietru.

 

Quddies fuq iz-zuntier bl-Istatwa Titulari.

Bejn is-snin 1979 u 1987 kienet issir quddiesa fuq iz-zuntier fil-preżenza tal-istatwa Titulari ta’ San Pietru Appostlu.

 

Diskorsi mill-President tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u Kumitat festi Esterni

Bejn l-1979 u l-1990 waqt il-ħruġ tal-vara kienu jsiru diskorsi mill-President tal-Kunsill Parrokkjali u l-Kumitat Festi Esterni.  Il-Kumitat Festi Esterni ġie xolt kiesaħ u biered fis-sena 1990.

 

Il-Preżentazzjoni tal-Fjuri lil San Pietru mir-rappreżentanti tat-toroq u mit-tfal tal-parroċċa.

Sa mis-sena 1981 daħlet tradizzjoni f’Birżebbuġa li fil-ġurnata tal-ħruġ min-niċċa tfal u rappreżentanti tat-toroq kollha ta’ Birżebbuġa joffru fjura kull wieħed lil San Pietru.  Din id-drawwa għadha prattikata sal-lum (2011) pero’ din it-tradizzjoni sarulha diversi modifiki matul is-snin.

 

Dimostrazzjoni bir-roti u l-muturi fil-Jum tal-Ħruġ min-Niċċa.

Din it-tradizzjoni seħħet bejn l-1983 u l-1990, jiġifieri għal 8 snin sħaħ.  Bejn l-1983 u l-1986/87 kienet issir quddies wara d-dimostrazzjoni fil-preżenza tal-istatwa fuq iz-zuntier.  Mill-1987 ‘il quddiem il-quddies kienet issir qabel fis-6:30pm u mbagħad id-dimostrazzjoni ssir wara.  Mat-tmiem id-dimostrazzjoni San Pietru beda joħroġ fuq iz-zuntier kif nafuh illum.  Fil-bidu din id-dimostrazzjoni kienet tibda mill-Qajjenza.  L-aħħar darba li saret din id-dimostrazzjoni kien fl-1990 mnejn bdiet minn Ġnien l-Indipendenza li kien għadu kif ġie inawgurat.

 

Sehem il-Baned Lokali

Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tat l-ewwel servizz tagħha fil-Ħruġ min-niċċa fis-sena 1988 b’marċ qasir sakemm il-vara damet fuq iz-zuntier u daħlet lura fil-knisja.  Is-Soċjeta Filarnmonika San Pietru tat l-ewwel servizz tagħha fil-Ħruġ min-niċċa fis-sena 1991.  Mis-sena 1991 ‘il quddiem iż-żewġ baned baqgħu jieħdu sehem flimkien.

 

Fis-sena 1996, it-tfal Birżebbuġin taħt il-vara ta’ San Pietru.

Fil-programm tal-Knisja ta’ din is-sena nsibu mniżżel l-istess tagħrif tas-snin ta’ qabel ftit jew wisq.  Insibu li fil-ħruġ min-niċċa fuq iz-zuntier kellha ssir ir-reċita tal-kurunella u l-kant tal-Innu Popolari lil San Pietru.  Peress li l-1996 kienet is-sena ddedikata lit-tfal, it-tfal li kienu preżenti waqt il-ħruġ tal-vara fuq iz-zuntier ġew mistiedna jersqu lejn l-istatwa u jkantaw l-Innu Popolari lil San Piertru flimkien taħt il-vara.

 

Fis-sena 1997 tinħareġ l-Ewwel vara Titulari ta’ San Pietru.

Is-sena 1997 se tibqa’ fil-memorja ta’ ħafna nies, għaliex din is-sena kellha tiġi ċċelebrata l-50 sena mill-Miġja tal-Ewwel vara Titulari ta’ SanPietru f’Birżebbuġa.  Dakinhar fuq inizjattiva tal-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa, fil-ħruġ min-niċċa ta’ din is-sena minflok inħarġet l-istatwa Titulari preżenti, inħarġet l-ewwel Statwa Titulari ta’ San Pietru, magħruf bħala San Pietru ż-żgħir. Dakinhar in-nies preżenti baqgħu imsaħħrin u setgħu jaraw kif missirijiethom u ommijiethom kienu jaraw lil din l-istatwa toħroġ mill-bieb tal-knisja sas-sena 1958.  L-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa tellgġet feature fuq dan l-avveniment importanti.

 

Il-‘Budaj’ fil-ħruġ ta’ San Pietru min-niċċa fis-sena 1999.

Għall-ħruġ min-niċċa tas-sena 1999, ġie mistieden Frans Baldacchino il-‘Budaj’ biex jgħanni għanja lil San Pietru fuq iz-zuntier.

 

Mis-sena 2000 ftit li xejn saru alterazzjonijiet!

Is-sena 2000, kienet karaterizzata mhux biss bħala s-sena tal-millenju iżda s-sena li fiha laħaq il-kappillan Dun Nikola Pace.  Dan laħaq fid-9 t’April 2000.  Minn din is-sena sal-ġurnata tal-lum il-ħruġ min-niċċa baqa’ fl-istess format, għajr għal xi tibdiliet żgħar bħal dawk li joffru l-fjura lil San Pietru li mis-sena 2005 bdew jiġu mistiedna dawk it-tfal li jkunu għadhom kif għamlu l-preċett biex itellgħu fjura minflok ir-rappreżentanti ta’ kull triq.

 

Fis-sena 2000: Ftehim ġdid!

Is-sena 2000, is-sena tal-millenju kient sena partikolari għax kif għidna ġabet magħha kappillan ieħor: Dun Nikola Pace.  F’din is-sena saret pressjoni biex isir ftehim bejn il-baned u dawk li jieħdu sehem fil-festa.  B’referenza għall-ħruġ min-niċċa, f’dan il-ftehim kien hemm imniżżel li “Fil-ħruġ tal-vara (It-Tnejn) m’għandhomx jinħarġu bżieżaq, floats eċċ mill-każini qabel terġa’ tidħol l-istatwa”.  Fil-programmi tas-snin ta’ wara, fl-avviżi ġenerali lill-pubbliku din l-ordni min-naħa tal-kappillan baqgħet tiġi ripetuta sena wara sena, b’din il-kitba: “Meta toħroġ il-vara, it-Tnejn, fuq iz-zuntier, m’għandux ikun hemm bnadar, bżieżaq, eċċ. Dawn hu aktar posthom waqt il-marċi.  Ma ninsewx li din hija ċelebrazzjoni reliġjuża.”  Wieħed isaqsi allura jekk kinux jagħmlu dnub dawk ta’ qabilna mela, meta kienu joħorġu bil-bnadar u l-bżieżaq waqt il-ħruġ tal-vara fuq iz-zuntier fi żmien il-kappillani Frendo, Buttiġieġ u Farrugia.  U allura lokalitajiet oħra li jagħmlu hekk fil-ħruġ tal-vara fuq iz-zuntier ikunu qed jagħmlu dnub billi joħorġu bżieżaq u bnadar tal-qaddis biex jifirħu flimkien?  Jekk din hija veru ċelebrazzjoni reliġjuża għaliex is-saċerdoti ma jkunux lebsin l-ilbies li suppost jilbsu anke fil-ħruġ tal-vara fuq iz-zuntier?  Ġieli pereżempju kienu mingħajr l-istola!  U jekk għandha ssir ċerimonja reliġjuża taħseb li din tkun addattata li ssir f’mument bħal dak, meta n-nies hija mdorrija tifraħ bil-ħruġ tal-vara?  Ma naħsbux li jkun aktar xieraq li filwaqt li jsir il-ħruġ tal-vara fuq iz-zuntier ċertu ċerimonji jsiru fil-knisja fuq ġewwa fejn kulħadd ikun miġbur għat-talb milli barra?  Għaliex bilfors irridu nnaqsu l-entużjażmu tan-nies sena wara sena b’dawn id-deċiżjonijiet ħżiena?

 

Fis-sena 2008

Fis-sena 2008, fejn is-soltu iż-żewġ baned idoqqu l-Innu Popolari ta’ San Pietru ta’ Mro. Carmelo Pace u l-Innijiet rispettivi tagħhom, jiġifieri l-innijiet li jikkaratterizzaw liż-żewġ baned fl-identita’ tagħhom, ingħataw istruzzjonijiet stretti u ġodda, biex minflok idoqqu l-Innu Lil San Pietru ta’ Carmelo Pace u l-Innu Marċ ‘Int ir-Ragħaj tal-Knisja’, fejn dan l-Innu Marċ kien għadu kif iżżanżan għall-ewwel darba fuq mużika ta’ Alex Caruana b’arranġament ta’ Mro. Simon Farrugia.  B’hekk il-baned tneħħitilhom l-identita’ tagħhom u bdew idoqqu l-istess innijiet wara xulxin!

 

Fis-sena 2009

Fis-sena 2009, iż-żewġ baned minflok qagħdu waħda fuq kull naħa taz-zuntier, daqqew maġenb xulxin.  Ta’ min isemmi li din l-inizzjattiva kienet tħaddmet darba minnhom f’nofs is-snin ’90 fiż-żmien il-kappillan Farrugia, imma ma tkomplitx.  Għal din l-okkażjoni reġgħu ndaqqew biss l-Innu Popolari lil San Pietru u l-Innu Marċ ‘Inti r-Ragħaj tal-Knisja’.

 

Fis-sena 2010

F’din is-sena l-baned f’numru iżgħar ta’ bandisti aktar mis-soltu, tħalltu flimkien bil-bandisti kollha.  Dan jiġifieri li ma daqqewx fejn xulxin imma fejn il-bandisti tħalltu flimkien, minn ta’ naħa ma’ dawk tal-oħra.  Bħas-sentejn ta’ qabel reġgħu ndaqqu biss l-Innu Popolari ta’ San Pietru u l-Innu Marċ ‘Inti r-Ragħaj tal-Knisja’.

 

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: