Skip to content

FESTI INTERNI

 

Il-Festi Interni f’Birżebbuġa
Opinjoni u Preambolu
Festa ta’ San Pietru in Vinculis, Birżebbuġa

 

L-ewwel enfasi dwar il-festi għandha tkun illi dawn iżommu d-dekor ta’ festi reliġjużi, u jinbnew fuq il-parteċipazzjoni tal-fidili f’dan il-lat, qabel ma lkoll, kif xieraq ngawdu barra permezz tal-marċi, l-armar, l-isparar, l-ikel, ix-xorb, u l-affarijiet l-oħra konnessi mal-festi. Dwar dan il-fatt, ta’ kull sena jintqalu bosta affarijiet, iżda dejjem iseħħ dan? Għad hawn bosta postijiet illi għadhom jagħtu piż lill-festi interni, madankollu, sfortunatament qed jiżdiedu dawk il-postijiet illi jaqtgħu għad-dritt, u ngħidu aħna minflok l-għasar ta’ filgħaxija wara t-Translazzjoni, toħroġ quddiesa ħafif, ħafif fuq l-altar. Il-quddiesa hija l-akbar sagrifiċċju u l-isbaħ talba, imma ma tistax issir wara l-Kant Solenni tal-Vespri? Sfortunatament, aktar nies qed jinxteħtu bl-attenzjoni fuq il-festi esterni, jagħtu l-ġenb lill-festi interni, u xi kultant, għax il-ġeneralizzazzjoni hija dejjem ħażina, issib xi membri tal-Kleru, illi jieħdu dik l-opportunità ħalli jaqtgħu għad-dritt u jfittxu jeħilsu.

 

Il-festi Interni ta’ San Pietru qabel l-1973

F’Birżebbuġa kellna x-xorti sas-snin Sebgħin illi ngawdu festa interna dekoruża. Jekk inħarsu lejn fuljett fqajjar, illi fih ma hemm l-ebda data stampata, iżda żgur li mhux aktar tard mis-sena 1973, minħabba li r-ritratt ta’ quddiem juri l-istatwa titulari qabel l-intervent illi seħħ fl-1974, u minn dak iż-żmien, minkejja bosta appelli min-nies differenti, l-istatwa baqgħet ma reġgħetx intmesset, ninnutaw illi taħt it-tmexxija tal-mibki Kappillan Monsinjur Ġużeppi Minuti, wara tliet ijiem ta’ Tridu Solenni, il-festa interna, lejlietha, fis-7am kienet saret quddiesa solenni ta’ għeluq it-Tridu u wara tkanta solennement it-Te Deum.

 

 

Filgħaxija, imbagħad, il-mibki Isqof Emmanuel Gerada, mexxa t-Translazzjoni Solenni, u warajha kien hemm GĦASAR KANTAT SOLENNI, KOMPIETA, SALVE REGINA, LITANIJA U ĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA. Dwar il-mużika tal-festa, din kienet afdata f’idejn il-famuż Frankie Diacono, iben il-kompożitur Zejtuni, Carlo Diacono.

Hekk ukoll seħħ fis-sena 1972. Il-fuljett, li ma kienx tal-livell li hu llum, naturalment minħabba li llum kważi kull parroċċa tippubblika ktejjeb informattiv fi żmien il-festa u anke matul is-sena, il-mużika reġgħet kienet taħt it-tmexxija ta’ Frankie Diacono. Is-Sibt 29 ta’ Lulju ħabat il-ħruġ tal-vara min-niċċa. Għalhekk, fis-18.15 ingħad ir-Rużarju, fis-18.30 kien hemm quddiesa letta bil-kant, u wara l-ħruġ tal-vara, tkantat l-Antifona u saret Ċelebrazzjoni Ewkaristika, ħaġa li llum m’għadhiex issir, u kif appena tidħol lura l-istatwa, titpoġġa fuq il-bankun u ma jsir xejn.

 

 

Il-ġranet tat-Tridu kienu jipprovdu l-għasar bil-vuċijiet fis-18.00, filwaqt illi fis-18.30 kienet toħroġ il-quddiesa letta u fiha kien ikun hemm il-prietka tat-Tridu. Wara dan kollu, kienu jitkantaw l-Innu, l-Antifona u ssir iċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-Ħamis u l-Ġimgħa filgħodu, fis-07.00, kienet issir quddiesa kantata, filwaqt illi s-Sibt kienet issir fit-08.00 u fi tmiemha jitkanta solennement it-Te Deum. Fl-16.00 kienu jinġiebu xi konfessuri barranin għall-qrar u fis-18.30 kienet saret it-Translazzjoni Solenni segwita mill-Primi Vespri. Wara kienet issir il-quddiesa, u fi tmiemha, Kompieta, Salve Regina, Litanija u Ċelebrazzjoni Ewkaristika, ħaġa li llum inqatgħet ukoll, għax filwaqt illi jinstab post kemm-il darba ħalli tingħata l-Barka Sagramentali, Lejlet il-Festa Titulari, din tingħata l-ġenb!

Dwar Jum il-Festa, qabel il-quddiesa Solenni, kienet titkanta t-Talba ta’ Nofs il-Jum (it-Terza), filwaqt illi qabel il-purċissjoni bl-istatwa u r-relikwija ta’ San Pietru Appostlu Patrun ta’ Birżebbuġa, kienu jitkantaw is-Sekondi Vespri.

 

Il-festi Interni ta’ San Pietru fit-tmeninijiet (1980s)

Fis-snin tmenin, dan kollu sfortunatament beda jitnaqqas u sfortunatament spiċċa fl-istat illi huwa llum. Huma bosta parroċċi li forsi f’dak iż-żmien ħasbuha differenti minna, u għalhekk għadhom sal-lum igawdu minn liturġija sinjura u li televa lil kull min iżur dik il-parroċċa fi żmien il-festa. Fost dawn nistgħu nsemmu l-Festa ta’ Marija Bambina fin-Naxxar u fl-Isla, Santa Katarina fiż-Zejtun u fiż-Zurrieq, San Filep f’Ħaż-Zebbuġ, l-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla, San Ġorġ f’Ħal Qormi, San Lawrenz fil-Birgu, Santa Marija l-Qrendi, il-Gudja, l-Imqabba, u bosta parroċċi oħra li nistgħu nibqgħu nsemmu. Jeżistu parroċċi oħra li jista’ jkun illi qatt ma kienu jorganizzaw dawn l-affarijiet, inkella neħħewhom u riċentament ħassew illi għandhom jerġgħu jdaħħluhom. Fost dawn il-parroċċi ta’ min ifaħħarhom insemmu lil Madonna ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid u San Bastjan f’Ħal Qormi, li riċentament reġgħu bdew jagħmlu t-Talba tal-Għasar Solenni mal-poplu f’jiem il-festa tal-patrun.

Żgur illi San Pietru Appostlu jixraqlu l-aħjar, u j’Alla jieħu ma jdumx dak illi huwa l-aħjar. L-ewwel ħaġa li jeħtieġ issir hija li l-partijiet kollha konċernati jiltaqgħu flimkien u jressqu l-proposti tagħhom ħalli jekk Alla jrid tirrennja l-għaqda u l-imħabba bejn l-ulied ta’ San Pietru, li għalkemm b’opinjonijiet differenti xorta waħda jistgħu jingħaqdu flimkien.

 

One Comment leave one →
  1. December 26, 2011 10:15 am

    i want to listen the antiphon of st peter that write from carlo diacono

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: