Skip to content

Tifkiriet minn Dr. Alexander Cachia Żammit

 

Tifkiriet minn Dr. Alexander Cachia Żammit.
Rakkont minn Dr. A. Cachia Żammit innifsu.
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: 75 Sena Parroċċa” (Edizzjoni Speċjali Settembru-Ottubru 1988)

 

stampa

caption

 

  • Imwieled Birżebbuġa u għal ħafna snin villeġġant

  • Ambaxxatur għas-Santa Sede

Meta nkun miexi filgħodu għall-quddiesa u nkun dort mal-knisja ta’ San Gorġ, nilmaħ it-triq il-ġdida li twassalni sal-knisja parrokkjali ta’ San Pietru, bla ma rrid niftakar fi tfuliti. Niftakar fiż-żmien sabiħ ta’ kważi 16-il sena li fihom trabbejt u ngħid bejni u bejn ruħi: kemm tbiddlet Birżebbuġa, kemm tela’ bini u kemm infetħu toroq ġodda!

Meta twelidt jien kienet l-ewwel sena tal-Kappillan Dun Anġ Fenech. Niftakru jgħid kemm kien ferħan li wara 6 xhur biss li kien ilu hawn, kellu x-xorti li jdoqq il-mota lill-Arcisqof Mauro Caruana li kien gie jgħammidni fil-Knisja l-qadima. Niftakar lill-Kappillan jiġi jżurna regolarment fl-iskola elementari tal-Gvern f’bini llum imwaqqa’ fil-Bajja ta’ Birżebbuġa. Niftakru wkoll jagmlilna l-eżamijiet tad-duttrina, jorganizza r-reċti u jagħtina rigali sbieħ fil-Milied u fl-Għid.

Quddiem għajnejja tiġi l-mixja sa l-iskola minn qalb ir-raba’ mimli ħarrub b’waqfa fejn kien hemm il-pedament tal-Knisja l-ġdida biex nilagħbu flimkien. Niftakar ix-xogħol tal-bini tiela’ bil-mod u s-salib ta’ l-injam fin-nofs ta’ fejn illum hemm il-kor, u ta’ tifel li kont, kont naħseb li x-xogħol ma kien se jitlesta qatt. Imma I-Arċisqof Caruana, li kien ta’ spiss iżur lill-familja tagħna hawn San Ġorġ, għen ħafna lill-Kappillan biex il-Knisja tinbena malajr. Hu kien kważi kull ġimgħa jimxi sal-post tal-bini tal-knisja l-ġdida, jara l-pjanti u jqis ix-xogħol.

Avolja l-parroċċa kienet dedikata lid-Duluri l-Arċisqof kien insista u fil-fatt hekk sar, li jkun hawn Malta ta’ l-anqas parroċċa waħda ddedikata lil San Pietru. Peress li l-festa titulari kellha tkun bilfors fis-sajf, il-Kappillan kien issuġerixxa l-ewwel Ħadd ta’ Awwissu bħala I-ġurnata l-aktar adattata u li l-festa tkun ta’ San Pietru fll-Ktajjen.

Niftakar sew il-purċissjoni tat-titular, bil-vara tad-Duluri li kienet issir fit-tielet Ħadd ta’ Settembru u li kienet tgħaddi minn Strada Addolorata għal Strada S.Katerina, tinżel Strada Sta. Maria, iddur għal Sacred Heart Promenade, imbagħad taqsam il-bajja ta’ ġewwa ta’ San Ġorġ għal Triq Birżebbuġa sat-Triq taż-Żurrieq, u tinżel fit-Triq il-Ġdida (għax għall-antiki kienet waħda mill-ġodda), u tgħaddi x-xatt kollu.

Ta’ min isemmi wkoll il-purċissjoni tal-Qalb ta’ Gesu’ fl-ewwel Ħadd ta’ Lulju. Kienet tingħata l-barka wara priedka fix-xatt ta’ Birżebbuġa mill-parapett tad-dar tal-familja Cachia Randon. Hemmhekk kien jintrama altar apposta, u jien bħala abbati kont nieħu sehem. Ġieli Ibist ukoll ta’ Paġġ ħdejn il-Baldakkin. Kemm jiġu sbieħ quddiem għajnejja dawk it-tazzi taż-żejt għall-illuminazzjoni ġenerali speċjalment mal-facċata tal-Knisja u x-xatt; u l-fjakkoli fuq il-bjut tad-djar kollha minn lejiet il-festa! Sakemm sar qassis Dun Manwel Bonnici, ruħ tajba ħafna li kien il-ħin kollu jgħin fil-parrooċa bla ma gatt igerger.

Fil-Ġimgħa I-Kbira kien jintrama s-sepulkru fuq l-altar maġġur, u l-funzjoni kienet issir fuq altar żgħir ta’ l-injam fin-naħa tal-ġenb. Niftakar ukoll lill-Arċisqof Caruana jżewweġ lil waħda li kienet toqqħod il-Brolli u li kienet midħla tal-familja tagħna. Avolja I-Arċisqof ma kien iżewweġ lil ħadd barra mill-Palazz tiegħu ħlief lil tal-familja, ried jonora lill-parroċċa l-ġdida u lin-nies tagħha u jferraħ lill-koppja l-ġdida billi jżewwiġhom hu.

In-nies ta’ żmieni kollha niftakru kemm stinka I-Kappillan Fenech biex jiġbor il-flus għall-knisja I-ġdida; kemm organizza waħdu fieri, tombli, lotteriji u ġabriet. Darba niftakru jgħid: “Kemm ġew nies għall-villeġġatura din is-sena, ilħaqna s-600 ruħ!” Ħafna mill-villeġġanti kienu jibqgħu hawn anke sa Ottubru. Meta fi żmien l-istess Kappillan ġiet inawgurata I-knisja l-gdida naħseb li konna xi 400 ruħ u niftakar domna żmien sew nisimgħu l-quddies f’parti mill-knisja magħluqa bl-injam, bl-altar fejn hemm il-kor illum. Meta mbagħad ġiet il-vara ta’ San Pietru, il-purċissjoni bdejna ngħadduha bil-kontra, jiġifieri d-dawra li ssir illum. Ta’ min jgħid iżda, li ma konniex ngħaddu minn St. George’s Street u lanqas nitilgħu minn B’Bugia Road, imam mix-xatt nibqgħu sejrin sat-Triq il-Ġdida u nidħlu l-knisja minn Żurrieq Road, għaliex Birżebbuġa Street damet żmien ma nfetħet sewwa.

F’Malta kellna Gvernatur, Sir Bonham Carter, li kien iħobb iżur il-parroċċi kollha ta’ Malta – ħaġa li ta’ qablu ma tantx kienu jagħmluha. Il-viżta tiegħu fostna kienet okkażjoni mill-isbaħ għan-nies ta’ Birżebbuġa u speċjalment għall-Kappillan Fenech li għamillu diskors ta’ merħba bl-Inqliż.

Nistgħu ngħidu li l-gwerra għarqitha lil Birżebbuġa. Fit-13 ta’ Ġunju 1940 ordnawlna biex nitilqu minn hawn. Ħadd ma kien jiġi jbiegħ hawn isfel, tal-forn kellu jagħlaq u veru konna se mmutu bil-ġuħ! Imma ma nistax ma nfaħħarx lill-Kappillan li baqa’ hawn u ma ċċaqlaqx. Naħseb li kienu l-għexieren tan-nies li baqgħu hawn u għalhekk, il-quddiesa ta’ kuljum ma naqsitx.

Għaddew iż-żminijiet koroh tal-gwerra u kull min f’Malta ma kellux dar fejn joqgħod, beda jfittex djar vojta. F’Birżebbuġa kien hawn ħafna u b’hekk erġajna mtlejna bin-nies – eluf ta’ nies li mal-ftit li kien għad baqa’, iffurmaw lil Birżebbuġa I-ġdida li aħna nafu llum. J’Alla I-Verġni Mariia u San Pietru Appostlu jibqgħu jħarsuna u jgħinu lill-mexxejja spiritwali tagħna fix-xogħol fejjiedi li qed jagħmlu bħal ma għamlu ta’ I-imgħoddi għall-ġid tagħna u l-glorja ta’ Alla.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: