Skip to content

Ritratt Mill-Imgħoddi: ‘Pretty Bay’ Birżebbuġa fil-bidu tas-sittinijiet (1960s)

 

Ritratt Mill-Imgħoddi:  ‘Pretty Bay’ Birżebbuġa fil-bidu tas-sittinijiet (1960s)
Kitba u ritratt ta’Arthur Grima
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 2010.

 

Pretty Bay, Birżebbuġa 1960s.

 

Dan ir-ritratt kien mehud fil-bidu tas-snin 60 tas-seklu l-ieħor (1960s).  Hawnhekk qegħdin naraw il-Bajja s-Sabiħa kif kienet, b’mod naturali.  Ta’ interess li wieħed jara f’dan ir-ritratt fuq il-lemin il-ħanut tax-xorb fil-kantuniera bl-isem Corner Bar, jew kif kien aktar magħruf bħala “Tal-Ponta”.  Jidhru wkoll żewġ kartelluni tal-films, wieħed tal-films fil-Lido Cinema u l-ieħor tal-films fl-Embassy.  Aktar lejn in-nofs tidher id-dar li kelu s-Sur Wiġ, bil-parapett li minn fuqu kienet tingħata l-Barka Sagramentali waqt il-proċessjoni tal-Qalb ta’ Ġesu.  ‘Il fuq jidhru ż-żewġ siġriet tal-awrikarja li kien hemm fil-ġnien tal-familja Micallef.  Jidhru wkoll iż-żewġ kampnari tal-Knisja tad-Duluri, li kienet l-ewwel knisja parrokkjali ta’ Birżebbuġa.  Jispikka n-numru kbir ta’ nies li qiegħdin jgħumu fil-baħar bil-ġmiel ta’ xtajta bir-ramel li kien hemm.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: