Skip to content

Poeżija antika fuq Birżebbuġa.

 

Poeżija antika fuq Birżebbuġa.
kitba ta’ Conrad D’Amato (30/3/1999)
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 1999.

 

stampa

caption

 

Tul is-snin diversi poeti kitbu poeżiji fuq Birżebbuġa u fuq suġġetti jew postijiet li għandhom konnessjoni ma dan ir-raħal. ll-mibki poeta Ġorġ Pisani li miet fi Frar li għadda wera nteress fuq Birżebbuġa permezz tal-poeżija “Għar Dalam”. Pero’ l-eqdem u fl-opinjoni tiegħi l-isbaħ xogħol letterarju li nsibu fuq dan ir-raħal, hija l-poeżija li ġġib l-istess isem ta’ dan ir-raħal – “Birżebbuġa”-.  Din il-poeżija nkitbet mill-poeta Luiġi Rosato. Dan il-poeta twieled fl-1795 u nistgħu inqisuh bħala wieħed mill-poeti bikrija ta’ pajjiżna li bidlu t-tradizzjoni ta’ l-għana popolari għat-tradizzjoni tal-poeżija letterarja miktuba. Dan il-poeta kiteb diversi poeżiji kemm fuq suġġetti reliġjużi kif ukoll fuq suġġetti soċjali. Fost xogħolijiet li ħallilna nsibu d-dramm “Katarina” li kitbu fl-1847.  Luigi Rosato miet fl-1827 u f’Bormla hemm triq imsemmija għalih bħala triq “Wiġi Rosato”.

ll-poezija ‘Birzebbuġa’, li għandha ‘l fuq minn 130 sena tiddeskrivilna s-sbuħija naturali li biha kien imżejjen dan ir-raħal pittoresk. Lejn l-aħħar tal-poeżija naraw li Birżebbuġa fl-imgħoddi kienet imlaqqma bħala “l-art tal-mistrieħ”. Din il-poeżija nkitbet fi żmien meta Birżebbuġa kienet għadha verġni, ħielsa minn kull ħsara li jaf iġib biss l-iżvilupp industrijali. Hija ħasra li din il-poeżija qatt ma ġiet magħrfa lin-nies ta’ Birżebbuġa. 

Din il-poeżija ġiet ippublikata fuq il-ktieb “Poeżija Maltija” ta’ C. Friggieri paġna 11.

 

“Birżebbuġa”

Min irid ifarraġ qalbu
Tlugħ ix-xemx u f’lejl sabiħ,
Jiġi għandi jsaqsi lili,
Jien parir malajr nagħtih.

Fost l-imrasi tagħha l-gżira
Bihom tisboq ix-xtut kollha;
Fiha ssib li tixtieq qalbek,
Jien tlift għaqli malli rajtha.

Miż-żewġ ponot tal-port tagħha
Truf Bengħajsa u Delimara,
Wied il-Buni u Kalafrana
Issib dejjem fihom x’tara.

Dik ir-ramla, dik l-indafa
Bihom tisboq ix-xtut kollha;
Kull fejn tħares thenni qalbek,
Lejha riesqa n-nies bil-folla.

Bħala ġawhra ġewwa ħatem
Fuqha l-kwiekeb jarmu d-dija.
Jekk tinsab art isbaħ minnha,
Iddew għidu; liema hija?

Koll min raha mar u tenna.
Koll min tenna baqa’ magħha;
Birżebbuġa koll mard tfejjaq:
Birżebbuġa tagħti s-saħħa.

Taħt il-mili tiegħu il-qamar
In-nies tilmaħ qtajja’, qtajja’,
Mixħutin fir-ramla tagħha,
Għax ir-ramla tagħti l-ħajja.

In-nies kollha hemm tarahom
Għaqda waħda lkoll flimkien;
Kemm bin-nhar, hekk kif fl-ijieli
Ma jarawhx igħaddi ż-żmien.

Bil-kitarra ġewwa jdejhom
Ix-xbejbiet ifarrġu l-qlub;
Il-għożżieb idoqqu u jgħannu
Għana xieraq u maħsub.

Hadd ma hemm xellugi fosthom.
Hadd ma jgħid dan mhux pjaċir.
Kulħadd jisma’ u jiddeverti.
Iż-żmien twil tarah qasir.

Raġun kelli nfaħħarielkom
L-art li ħtartu għall-mistrieħ,
Għax fis-sajf, sa wkoll fix-xtiewi,
Tneħħi d-dwejjaq minnufih.

Mela ħudu dil-kuruna
Li għalikom ġiet minsuġa;
Hekk smajt l-eku darba jidwi
Mal-ħitan ta’ Birżebbuġa.

 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: