Skip to content

Niċeċ f’Birżebbuġa

 

Niċeċ f’Birżebbuġa
kitba u riċerka ta’Awtur Mhux Magħruf
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1992.

 

stampa

caption

 

F’Birżebbuġa għandna tlettax-il niċċa, eskluża l-Għar tal-Madonna ta’ Lourdes li jinsab fil-bidu ta’ Wied Saptan.  Għaxra minn dawn huma ddedikati lil xi unur tal-Madonna, fil-waqt li tlieta oħra huma ddedikati lil San Ġużepp, San Pawl u San Ġwann il-Battista.

Erbgħa minn dawn in-niċeċ: ta’ San Ġużepp, ta’ San Ġwann il-Battista, tal-Kunċizzjoni u tal-Madonna tar-Rużarju jinsabu f’Bengħajsa, tnejn oħra – dik tal-Kunċizzjoni u titlu ieħor tal-Madonna jinsabu f’Tal-Ġebel Road qrib Ħal-Far, fil-waqt li dik ta’ San Pawl tinsab f’Tal-Papa Road ukoll qrib Ħal Far.  L-oħrajn jinsabu fil-qalba ta’ Birżebbuġa.

In-niċċa ddedikata lid-Duluri tinsab f’Brolli Road, titlu ieħor tal-Madonna f’Żurrieq Road, u żewġ niċeċ b’żewġ titli oħra tal-Madonna jinsabu waħda ħdejn il-Venda tal-Karozzi tal-linja ta’ Birżebbuġa u l-oħra fi New Street.  Hemm niċċa tal-Madonna tar-Rużarju f’Birżebbuġa Road u niċċa oħra tal-Madonna li tinsab f’St. Patrick Street.

Interessanti wieħed jinnota li dawn in-niċeċ jinsabu kollha f’toroq jew naħat l-aktar antiki tal-Parroċċa.  Wieħed jinnota wkoll li ħamsa biss m’għandhomx kitba taħthom, għalkemm dik ta’ San Ġwann l-Għammiedi xi darba kellha xi kitba ta’ Indulġenza fuq l-irħama li għadha tidher taħt il-qaddis.

Ma’ dawn nistgħu nżidu żewġ speċi ta’ niċeċ oħra.  F’razzett f’Bengħajsa tinstab statwa mdaqqsa tal-Qalb ta’ Ġesu li fil-gwerra li għaddiet bomba tajritilha rasha barra.  Illum din hija rranġata.  Fuq il-pedistall jinstab imnaqqax l-annu 1912.  Ftit taż-żmien ilu, ukoll, f’Our Lady of Sorrows Street tqiegħdet statwa tal-Qalb ta’ Ġesu f’niċċa tal-mużajk.

Sfortunatament dwar dawn in-niċeċ kważi ma nsibu xejn dokumentat u l-istorja tagħhom tgħaddi lilna minn fomm għall-ieħor jekk ma ssibx magħhom marbuta xi leġġenda.  L-unika li sibna xi ħaġa dwarha hi dik tal-Kunċizzjoni ta’ Bengħajsa.  Din saret minn Feliċ Schembri u tbierket mill-Kappillan Dun Karm Bugelli fil-5 ta’ Ottubru 1918.  Ir-rikors ġie ppreżentat fis-7 ta’ Ottubru mill-istess Feliċ u l-Indulġenza ngħatat dakinhar stess.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: