Skip to content

L-Emblema ta’ Birżebbuġa

 
L-Emblema ta’ Birżebbuġa.
Kitba ta’ Joe Balzan.
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 1993.

 

stampa
caption

 

JINGĦAD li fi żmien, mhux bogħod wisq mill-bajja ta’ Marsaxlokk, kienu nstabu xi bjar miżbugħin bil-qatran fuq ġewwa. Skond tradizzjoni antika ħafna, f’dawn il-bjar kien jinħażen iż-żejt taż-żebbuġa li dak iż-żmien kien jiġi prodott fir-Raħal taż-Żejtun. Minn hekk wieħed jaħseb li nbeda l-isem tar-Raħal ta’ Birżebbuġa (Bir taż-Żebbuġ).

Hemm verżjoni oħra, u wisq naħseb li din kienet l-idea li kellu f’moħħu Ġino Muscat Azzopardi meta pinġa u ħoloq l-emblema ta’ Birżebbuġa. Dln saret f’Mejju tal-1965 u ġiet aċċettata mill-għaqdiet kollha. ll-verżjoni hi li l-isem tar-raħal ġej minn Bur Żebbuġa.  Dan ifisser medda jew fetħa ta’ art b’ħafna siġar taż-żebbuġ.  Minħabba dan tidher tiddomina fl-emblema is-siġra taż-żebbuġ.  Naraw ukoll il-baħar kaħlani li dan ir-raħal hu magħruf għalih u li b’dispjaċir qed narawh jitlef is-safa’ tiegħu minħabba l-hekk imsejjaħ progress.

Fl-emblema nsibu wkoll għamla ta’ dwejra jew kenn. Dan il-fatt ifisser ħafna; għax kull min kien jersaq lejn ix-xtut ta’ gżiritna dejjem kien jirfes l-art Maltija minn dawn l-inħawi. Għalhekk dejjem inħass il-bżonn li jkun hemm forma ta’ għassa. Biżżejjed wieħed jirrimarka li l-pirati u t-Torok kienu jidħlu diversi drabi minn dawn l-akwati. Ta’ min jsemmI wkoll li l-ewwel nies li daħlu f’Malta, daħlu wkoll minn Birżebbuġa. Dan jixhdu l-fatt li ġewwa Għar Dalam instab l-aktar għadam uman antik.

B’hekk wieħed jara u jifhem li din l-emblema turi l-identità tar-raħal tagħna bil-passat u l-ġmiel naturali tiegħu u fuq kollox bil-motto sabiħ tiegħu:- “Paċi u saħħa lil kulħadd”

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: