Skip to content

Iż-Żona magħrufa bħala ‘Tal-Papa’ f’Birżebbuġa.

 

Iż-Żona magħrufa bħala ‘Tal-Papa’ f’Birżebbuġa.
Awtur mhux magħruf.
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990, Festa 1993.

 

stampa

caption

 

L-uniku ħjiel li nstab f’dokumenti antiki li jsemmi dawn l-inħawi b’isimhom jinsab fil ktieb: Della Descritione di Malta ta’ Commendatore Fra Giovanni Francesco Abela ta l-1647.  F’paġna 104 hemm miktub: “Due chiuse nomate tal Papa” jiġifieri żewġ bċejjeċ art li jisimhom Tal-Papa.  Din l-art bejn Wied il-Qoton u Wied il-Buni hija art għammiela u fiha xi rziezet ‘l hawn u ‘l hemm.  Fuq razzett minnhom li llum ġie mwaqqa’, kien hemm niċċa bi statwa antika tal-ġebel ta’ San Pawl. Kien hemm din l-iskrizzjoni:

JIRBAĦ 40 JUM INDULGENZA CUL MIN
B’DEVOZJONI XIERKA IGĦID IL
MISSIERNA
U ISSLIEMA KUDDIEM DIN IX-XBIA TA
MISSna SAN PAWL MOGĦTIJA MIN MONS ISKOF FRA
GAIETANO PACE FORNO B’DIGRIET
FIT 23 TA MEJU TAL 1873

Wara li kienu nħarġu xi plots tal-Gvern ftit ‘l isfel, fuq l-art magħrufa bħala il-Girgħien, kien imiss li l-bini l-ġdid jiġi estiż anke għal ġo Tal-Papa. Fis-6 ta’ Marzu 1987 ġie ppubblikat avviż fil-Gazzetta tal-Gvern biex inħarġu l-plots fuq din l-art skond l-iskema tal-Home Ownership.  B’riżultat ta’ dan xi rziezet, fosthom dak li kellu n-niċċa ta’ San Pawl, ġew imwaqqa’.  L-istess xorti messet ukoll lil Gun Post ta’ żmien l-aħħar gwerra u ħarruba antika li kienet tiddomina l-għolja.  Posthom ħaduh djar mill-isbaħ li qed jiżviluppaw dawn l-inħawi f’żona residenzjali ġdida.  Fil-futur, il-parroċċa ta’ Birżebbuġa għandha l-ħsieb li tibni knisja u ċentru pastorali fiċ-ċentru tal-post għall-qadi spiritwali tar-residenti.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: