Skip to content

Iż-Żona magħrufa bħala l-Qajjenza f’Birżebbuġa.

 
Iż-Żona magħrufa bħala l-Qajjenza f’Birżebbuġa.
Awtur mhux magħruf.
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 1993.

 

stampa
caption
 

Bejn is-snin 1715 u 1716 kienet inbniet il-Batterija ta’ San Ġorġ fil-Qajjenza. Kien ħallas għaliha l-prijur tal-Ingilterra Fra Francesco Maria Ferretti li kien offra 1000 skud għal dan il-għan. Għalkemm kienet proġettata li jkollha 10 kanuni, fil-fatt kellha biss tmienja ta’ 8 libbri-il wieħed. Wara li nbniet, ġiet stmata li tqum 917 skud, 6 karlini u 4 grani (flus ta’ żmien il-kavallieri).

Fl-1872 ġiet mogħtija b’ċens ta’ nofs lira fis-sena lil Giuseppe Cavazza għal 99 sena. Il-Batterija għadha wieqfa sal-lum u hija l-unika kostruzzjoni f’Malta li ‘l ġewwa mill-ħitan tagħha, għadha mdawra bl-ilma (moat).

Bejn din il-Batterija u l-impjant tal-gass, kien hemm kamra fejn fi żmien il-pesta (probabbli tal-1830) kienet tintuża bħala Guard Room. Fi żminijiet aktar reċenti, imbagħad, din il-kamra kien jieħu ħsiebha Pawlu Degabriele ‘l-Għama’, fejn kull nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar kienu jiltaqgħu diversi għannejja biex jehdew idoqqu u jgħannu għall-frisk tal-baħar. Mikiel Abela il-‘Bambinu’ kien jiġi wkoll b’xarabank antika u jużaha bħala Bar.  Minħabba f’hekk, il-Qajjenza kienet magħrufa bħala l-“Bejta tal-Għannejja”.

Minbarra l-‘Għama’ u l-‘Bambinu’ kienu jgħannu wkoll Fredu Abela l-‘Bamboċċu’, il-‘Bugazz’ minn Ħal Tarxien, Pawlu Seychell l-‘Għannej’, ‘Amletu’ minn Ħal Qormi, Ġużeppi Abela l-‘Fenka’, Salvu Darmanln ir-‘Ruġel’, Ġulina Mifsud iċ-‘Ċalija’, Ġużeppi Barbara il-‘Fukli’, u Ġanni l-‘Qamar’ fost oħrajn. Kien popolari wkoll l-għana stil Bormliż u fost għannejja magħrufa ta’ dan it-tip ta’ għana fil-Qajjenza nsibu lil Lucy tal-belt il-ġdida, Mikiel Bonnici il-‘Grems’ u Ċetta l-Bormliża.

lllum din il-kamra twaqqgħet u postha ħadu l-bini modern li bidel il-forma tal-Qajjenza għal kif narawha llum.

 

One Comment leave one →
  1. charles stroud permalink
    May 31, 2012 5:43 pm

    Jien niftakru l-Ghana fil-Qajjenza u darba xi hadd Kanta Ghana tal-Fatt dwar wiehed li gie mghallaq, b’deskrizzjoni tat-tghalliq b’kollox. Xi darba nixtieq nerga nismahha.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: