Skip to content

Is-Sorijiet tal-Karita’ f’Birżebbuġa

 

Is-Sorijiet tal-Karita’
(60 Sena Fostna)
kitba u riċerka ta’Michael Balzia
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1993.

 

stampa

caption

 

Din is-sena (1993), il-komunità tas-Sorijiet tal-Karità tagħlaq 60 sena fost il-poplu ta’ Birżebbuġa.  Dan l-Ordni kien ġie f’Birżebbuġa wara digriet tal-Awtoritajiet Ekklesjastiċi mogħti nhar l-10 ta’ Mejju, 1993 fuq rikors tal-Kappillan Dun Anġ Fenech ippreżentat fil-Kurja fis-26 t’April, 1993. (1)

Sentejn wara, l-istess kappillan talab li dawn is-sorijiet jingħataw żewġ appartamenti ħdejn il-Knisja Parrokkjali (Tad-Duluri) biex fihom setgħu jgħallmu lit-tfal kemm subien kif ukoll bniet.  It-talba saret fis-16 t’Awissu 1935 u ntlaqgħet dakinhar stess. (2)

Il-Kunvent ta’ din il-komunità inbena fis-snin ħamsin wara li l-Provinċjala Sr. Geltrude Rosa Vicari ppreżentat rikors lill-Awtoritajiet Ekklesjastiċi nhar it-13 t’April, 1953 biex tkun tista’ takkwista b’ċens żewġ biċċiet art (numri 54 u 55) skond il-pjanta tal-Perit Carmelo Chetcuti A. & CE tat-18 t’April 1936 u tas-16 ta’ Diċembru 1949.  It-talba ntlaqgħet fl-20 ta’ Mejju, 1953. (3)  Il-Kunvent infetaħ fl-1954.

Qabel ma nbena dan il-Kunvent, is-sorijiet għamlu żmien jgħixu f’diversi nħawi ta’ Birżebbuġa, bl-aħħar dar fi Triq il-Kurat Fenech.  Għamlu xi żmien ukoll jgħallmu fl-iskola tal-Gvern tal-lokal. (4)

 

Referenzi:

  1. AAM. Suppliche 1933 – Vol III – 191.
  2. A.A.M. Suppliche 1935 – Vol III – 327.
  3. A.A.M. Suppliche 1953 – Vol II – 278A.
  4. Direttorju Ekklesjastiku, 1984 p. 140.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: