Skip to content

Ir-Raħal ta’ Birżebbuġa: X’kienu l-iżviluppi!

 

Ir-Raħal ta’ Birżebbuġa: X’kienu l-iżviluppi!
kitba u riċerka ta’ Michael Schembri u Arthur Grima
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1988.

 

Birżebbuġa lejn tmiem it-tmeninijiet.

 

Birżebbuġa, ftit jew wisq, minn dejjem kienet imfittxija għall-villeġġatura u għall-għawm min-nies tan-naħa t’isfel ta’ Malta.  Xi bdiewa u raħħala mill-irħula tal-qrib kien ikollhom xi razzett qrib ir-raba’ tagħhom fosthom f’Bengħisa, Wied il-Qoton u Ħal Far. Dawn ir-raħħala, kif ukoll il-villeġġanti, kienu jqattgħu jiem sħaħ fl-irziezet u d-djar tagħhom hemm u meta l-għadd tagħhom beda jikber bdew jiffurmaw komunitajiet żgħar u aktarx jieħdu ħsieb xi kappella żgħira għalihom.  Hekk insibu li bdew il-Kappella ta’ Bengħisa, il-Kappelli li hemm f’San Ġorġ, kif ukoll dik tas-Sagra Familja f’Żurrieq Road.  Madankollu, ma tantx kienet sitwazzjoni sabiħa ħafna dik li jiġi saċerdot kultant f’xi lokal minnhom biex iqaddes u wara jitlaq.  Kien ikun aħjar jekk għall-inqas dawn il-komunitajiet jingħaqdu f’komunita` akbar li hi Parroċċa u hekk ikollhom saċerdot tal-post li jamministra s-sagramenti.  Għal dan insista u ħabrek ħafna Dun Spir Penza sakemm bdiet il-Parroċċa ta’ Birżebbuġa fid-9 ta’ Settembru, 1913, b’Dun Karm Bugelli bħala l-ewwel Kappillan tagħha.Konna qegħdin fi żmien ta’ żvilupp għall-Parroċċa tagħna.  Hekk insibu li sena wara t-twaqqif tal-Parroċċa, il-Kumpanija SHELL ħadet biċċa art kbira fejn bniet impjant għall-ħażna taż-żejt.  Kien ukoll żmien l-ewwel gwerra dinijija meta nħawi minn Kalafrana ntagħżlu bħala bażi għat-torpedo kif ukoll f’Ħal-Far beda jinbena l-ajrudrom li kien l-ewwel wieħed f’Malta.  Dan l-iżvilupp ġiegħel lil ħafna nies jiġu joqogħdu hawn sabiex ikunu qrib il-post tax-xogħol tagħhom, billi f’dawk iż-żminijiet it-trasport ma kienx tant faċli u komdu.

Kien dan l-iżvilupp kollu li jkabbar lil Birżebbuġa u li ġiegħel li tinħass il-ħtieġa li tinbena knisja ikbar fl-1926.  Iżda t-tieni gwerra tat daqqa ta’ ħarta sew lil Birżebbuġa billi kien hemm ħafna li telqu lil djarhom biex ifittxu kenn f’irħula oħra.  Mandankollu, wara l-gwerra, ir-raħal rega’ ffjorixxa bin-nies, saru bosta żviluppi bħal toroq u djar, tlestiet il-Knisja, nbniet l-iskola u Birżebbuġa bdiet tieħu l-identita` tagħha.  Maż-żmien, in-nies bdew iħossu li huma tal-post, jiġifieri, nies minn Birżebbuġa.  Aktar u aktar meta bdew jilħqu ż-żgħażagħ li twieldu hawn.

lllum l-iżvilupp għadu sejjer: xhieda ta’ dan huma l-oqsma kbar ta’ djar ġodda li nbnew speċjalment fejn in-naħa Tal-Papa u l-Qajjenza.  U billi l-progress ma jwaqqfu ħadd, hekk il-Port il-ġdid li qed jinbena ma jistax jonqos li għad ikompli jinfluwenza sew ir-raħal tagħna fil-ġejjieni.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: