Skip to content

Il-Kappella “Our Lady Star Of The Sea” f’Kalafrana

 

Il-Kappella “Our Lady Star Of The Sea” f’Kalafrana
kitba u riċerka ta’Awtur Mhux Magħruf
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1992.

 

stampa

caption

 

Waħda mill-kappelli – ippermettuli nuża din il-kelma – li llum ma għadhomx jeżistu kienet dik li kienet tinsab fl-inħawi ta’ Kalafrana.  Il-Kappella ta’ l-H.M.S. FALCON, “Our Lady of the Sea” ma kienet xejn għajr kamra fis-“Sea Plane Base” tas-Servizzi Ingliżi ġewwa Kalafrana u li fi żmien iċ-chaplain, Fr. Maurice Grech, (1955-1966), fuq talba tiegħu żidulha bankijiet, panelling u altar.

L-aħħar chaplain kien Fr. Ivo Tonna (1959-1979).  Mat-tluq tal-bażi Ingliża minn Malta fl-1979, ir-reġistru kemm tal-Magħmudijiet u kemm tal-Griżma, intbagħtu l-‘Forces Registry’ fl-Ingilterra.

Meta dan l-aħħar kont qed nagħmel xi tiftix ftiq din l-ispeċi ta’ Kappella, irriżulta li f’dan ir-reġistru hemm tliet Magħmudijiet li seħħu f’Kalafrana: dawn kienu ta’ Thomas Henry Cummings li twieled fil-31 ta’ Ottubru 1901 u tgħammed fit-8 ta’ Marzu 1925, Richard John Gale twieled fl-20 ta’ Lulju u tgħammed fl-20 ta’ Awwissu ta’ l-istess sena u Leo Harold Carmel Boucher imwieled fit-12 ta’ Frar u mgħammed l-għada.

Dejjem jekk kienu qed jirreferu għall-istess Kappella, id-“Daily Malta Chronicle” u “Times of Malta” irrappurtaw fir-rispettivi gazzetti tagħhom tas-Sibt 5 ta’ Marzu, 1938, programm reliġjuż li kellu jibda jsir fir-“Roman Catholic Chapel” ta’ Kalafrana.  Din hi l-ewwel darba li ssemmiet din il-Kappella, fl-inħawi ta’ Kalafrana għaliex il-Knisja Anglikana kellha waħda oħra f’Barrack Room “B” jew “2A Hut” iddedikata lil “St. Michael”.  Din il-Kappella għamlet xi żmien wara tintuża mill-Kattoliċi Maltin ta’ dik ix-xaqliba.  Illum din tagħmel parti mill-kumpless tal-Port Ħieles ta’ Kalafrana.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: