Skip to content

Il-Banjijet ta’ l-Għawm f’Birżebbuġa.

 

Il-Banjijet ta’ l-Għawm f’Birżebbuġa.
kitba ta’ Arthur Grima f’isem l-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa.
Ippubblikat fuq ‘Leħen il-Banda’, Għaqda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957, Festa 2000.

 


caption

 

Il-baħar ta’ madwar il-gżejjer tagħna huwa ta’ sfog għal ħafna mill-Maltin, kemm għal min iħobb jistad minn fuq l-art jew il-frejgatina, kif ukoll għal dawk kollha li fix-xhur sħan tas-sajf imorru biex jgħumu.  Minħabba li l-baħar huwa daqshekk frekwentat u qrib tagħna, bilfors jidħol fil-folklor u d-drawwiet tagħna.

Jekk inħarsu lura xi sebgħin sena ilu, nistgħu inġibu quddiem għajnejna lil dawk in-nies li kienu jmorru jiffriskaw xi ftit ma’ xatt il-baħar jew biex jgħumu. Dak iż-żmien ma kontx tara malji mqaċċtin bħal ta’ llum, l-iżjed in-nisa. Meta kont tara xi mara fil-baħar, kważi kont taħseb li waqgħet il-baħar, għax kienet tkun bil-ħwejjeġ b’kollox. Dari n-nies kienu aktar skruplużi. Barra minn hekk, kien hemm oħrajn, li jew għax jistħu, jew għax ma kienux jafu jgħumu, kienu jużaw il-banjijiet ta’ ħdejn il-baħar.

Dawn il-banjijiet kienu speċi ta’ ħwat kbar maqtugħin fil-blat ma’ xatt il-baħar. Wieħed jista’ jara minnhom, per eżempju f’Birżebbuġa. Fil-fatt insibu tnejn lejn Wied il-Buni, u kien hemm tnejn oħra ħdejn ‘Ta’ Nagħaġ’ fejn illum hemm il-Waterpolo Pitch, kif ukoll konna nsibu tlieta oħra f’San Ġorġ taħt il-Kappella, waqt li konna nsibu tnejn oħra faċċata int u sejjer lejn il-Qajjenza. Dawn il-Banjijiet kienu jħaffruhom bil-baqqun propju max-xifer tal-baħar. Minn wieħed għal ieħor tista tgħid li kienu jkunu l-istess qisien, ta’ xi tmienja jew għaxar piedi kwadrati, u b’fond ta’ xi tliet piedi. Biex wieħed ikun jista’ jinżel fil-banju, kienu jinqatgħu xi żewġ tarġiet fil-blat ġo waħda mir-rokon. Fl-erba kantunieri tal-banju, kienu jħaffru toqba biex fiha jidħol saratizz u b’hekk il-banju jkun jista’ jiddawwar bil-ħsajjar jew lożor. Dawn il-ħsajjar jew lożor kienu jservu żewġ skopijiet – jew biex min ma jridx jidher jista’ jinħeba warajhom jew biex jilqgħu il-qilla tax-xemx.

Mill-banju għall-baħar, kienet titħaffer trinka dejqa jew tnejn biex l-ilma jista jidħol u joħroġ u jiċċirkola u b’hekk l-ilma tal-banju qatt ma jkun qiegħed. Għalkemm dawk li jgħumu fil-banju mgħotti kienu mistura, xorta kienu jilbsu malji daqshiex. Ħafna minn dawn li kienu jużaw dawn il-banjijiet kienu jkunu sinjuri , u x’aktarx li kienu jħaffru dawn il-banjijiet qrib fejn kien ikollhom id-dar tas-sajf jew villeġġatura, bħal fil-każ ta’ Birżebbuġa fejn xi wħud minnhom kienu tal-familji “Asfar” u “Cachia Zammit” u oħrajn.

F”Rajt Malta Tinbidel” ta’ Herbert Ganado, l-awtur isemmi li f’Marsamxett kien hemm banjijiet li kienu jsejħulhom “Tas-Sur Tankred”. Dawn kienu jikruhom biex dawk li ma kienx ikollhom banju tagħhom, kienu jkunu jistgħu jużawhom għal xi siegħa jew tnejn.

Bl-iskuża tal-progress ħafna minn dawn il-banjijiet għosfru, bħal dawk ta’ ħdejn ‘Tan-Nagħaġ’, jew dawk li baqa’ ma tarafhomx bil-ħmieġ li fihom.  Ghalhekk ikun xieraq li nippriservawhom u ma nitilfux parti mill-wirt storiku tagħna.

 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: