Skip to content

Gun Posts, Depth Posts, u Pillboxes. Wirt Storiku li Qed Nagħtu Kasu Biżżejjed?

 

Gun Posts, Depth Posts, u Pillboxes.  Wirt Storiku li Qed Nagħtu Kasu Biżejjed?
kitba ta’ Michael Balzia, PRO tal-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2005.

 

stampa

caption

 

F’Awwissu tas-sena 1938, jiġifieri bejn wieħed u ieħor sena qabel ma faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija (Hitler flimkien mar-Russja invadew lill-Polonja fl-1 ta’ Settembru 1939 biex fit-3 ta’ Settembru, kemm l-Ingilterra flimkien ma’ Franza ddikjaraw gwerra lin-Nażisti wara ultimatum) l-awtoritajiet militari bdew jibnu diversi gun posts matul il-kosta, inkluża Birżebbuġa, hekk li korrispondent militari fil-ħarġa ta’ The Times of Malta tas-17 ta’ Mejju, 1938 kiteb hekk: … in the drives and walks round the coast one could not fail to notice that in the short pace of 9 months a complete system of infantry defences has been built up.

Mad-daqqa ta’ għajn jidher li dan il-bini militari kien mifrux ‘1 hawn u ‘1 hemm matul il-kosta mingħajr ebda pjan. Pero’, meta wieħed jiflih sewwa jsib li dan kien jagħmel parti minn strateġija militari msejħa stop lines, linji ta’ difiża magħmula minn ostaklu wara l-ieħor. Kull stop line kienet issegwi linja ta’ ostakli naturali, hekk fuq il-kosta wieħed kien jiltaqa’ mal-beachposts u iktar tard ma’ l-in-depth posts jew defence posts, kull linja magħmula minn mini, ostakli għal kontra l-kanuni u barbed wire. Fuq wara kien hemm Il-General Headquarters Line (GHQ) li warajha kien ikun hemm stakkament riserva ta’ suldati lesti għal meta jkun hemm bżonn.

Kull stop line kienet magħmula b’tali mod li tkisser l-avvanz ta’ l-għadu billi tnaqqaslu l-mobilità tiegħu u fl-istess ħin tħalli spazju għat-truppi ta’ riserva tal-GHQ Line jwieġbu bil-kontra attakki. Meta xi pillbox jew linja sħiħa kienet taqa’ f’idejn l-għadu, dan kien jeħtieġlu jibda jattakka mill-ġdid linja oħra ta’ ostakli.

F’Birżebbuġa, raħal ħdejn il-baħar, allura miftuħ għal kull attakk ta’ l-għadu, dawn il-mezzi ta’ difiża ma kinux neqsin. Illum, sfortunatament minn 1l-il beach post li kienu jagħmlu parti minn l-ewwel linja ta’ difiża tħattew maż-żminijiet u ma baqax waħda minnhom. Ħtija tal-progress jew skopijiet oħra?

Dawn il-beach posts kienu jinsabu:

 

BZ0:

fuq l-irdum quddiem San Lucian Oil Company (Ex-Esso/Asiatic Oil Company Ltd.);

BZl:

in-naħa tax-xellug meta tħares lejn il-Batterija Ferretti.   Għad jinstabu xi fdalijiet ta’ din il-beach post.

BZ2:

fuq l-irdum quddiem il-kappella ta’ San Ġorġ;

BZ3:

fuq il-blat fi Pretty Bay quddiem il-Każin tal-Partit tal-Haddiema l-ġdid.  Għad jinstabu xi ritratti ta’ din id-difiża;

BZ4:

f’Wied il-Buni fl-irdum quddiem il-latrina. Fi żmien il-gwerra, (20 ta’ Lulju 1942) 7 suldati stazzjonati fil-XLA 13/10 L.A.A. Bty qrib din il-beach post tilfu ħajjithom fosthom Lance Sergeant Fidele Zarb, MM;

Cl:

ftit ‘il bogħod minn BZ4 bejn il-parti tas-sur preżenti ta’ Wied il-Buni u s-salini tal-melħ;

C2:

fit-tarf ta’ Bajja ta’ Birżebbuġa, in-naħa ta’ Kalafrana;

C3, C4 u C5:

kienu jinstabu ‘l ġewwa fil-bażi tas-Servizzi tas-Seaplane Base ta’ Kalafrana;

Bl:

fil-ponta ta’ Bengħisa.

 

Jekk mill-ewwel linja ta’ difiża ma baqa’ xejn, id-depth posts posts għadhom kważi kollha weqfin għajr xi waħda (niftakar waħda fi Triq tal-Ġebel fejn illum hemm Triq ir-Raddiena). Dawn kienu L32 (fit-tarf ta’ Triq Tal-Barrani sic), L33 (Għar Dalam), L43 (Ħas-Saptan), L35 (Wied il-Qoton), L36 (Tal-Papa). Hawn nixtieq nagħti ħajr lis-Sur Mario Farrugia, fundatur ta’ Wied Artna li għaddieli l-informazzjoni fuq il-pillboxes.  L-informazzjoni fuq l-istrategija tad-Difensive Lines ittieħdet mill-ktieb British Military Architecture in Malta ta’ Stephen C. Spiteri, stampat fl-1996.

Meta kont qiegħed indur sabiex niġbor materjal għal din l-informazzjoni sibt li f’Birżebbuġa baqa’ madwar 10 minn dawn. Dawn jinsabu: tnejn fi Triq Għar Dalam (Telgħa tal-Geru); tnejn fi Triq Wied il-Qoton, waħda ‘l ġewwa mill-oħra; waħda fil-Wied ta’ Għar Dalam, bejn l-Għar u l-Villa Rumana, tnejn fi Triq it-Torri, it-triq li tiġi biswit it-Torri San Luċjan; waħda fi Triq tal-Ġebel; fit-tarf ta’ Triq il-Brolli u oħra f’Wied ix-Xoqqa.  Barra minn hekk, f’Benghisa għad baqa’ xi fdalijiet tal-fortizza ta’ l-ajru magħrufa minn nies tal-lokal bħala ż-żgħira. Ħajr ukoll ukoll għall-istaff 2LX-Records Public Works Department, Floriana (Ex-Chief Draughtsman Office) fir-riċerka tiegħi fil-Volumi 76Q u 76R.

Nagħmel appell sabiex dan il-patrimonju storiku li forsi jġibilna żminijiet inqas sbieħ tal-gwerra nħarsuh u nikkultivawh kif nistgħu għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna u mhux inkissruh għal xejn b’xejn.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: